Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Valletta ĠORĠ Borg Olivier twieled il- Belt Valletta, iben Olivier Borg Olivier de Puget Paleologo (1866–1939) u Rosa Amato- Pace. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u fl-Università Rjali ta' Malta, minn fejn iggradwa bħala avukat fl-1937. Fl-1939 Borg Olivier ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern. Fl- 1947 kien elett fl-Assemblea Leġislattiva f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Meta l-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Nerik Mezzi, fl-1950 intalab imexxi gvern ta' minoranza, Borg Olivier inħatar Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni u Ministru tal-Edukazzjoni. Wara l-mewt ta' Nerik Mizzi tliet xhur biss wara li dan sar Prim Ministru, f 'Diċembru tal-1950 Borg Olivier, ta' 39 sena, inħatar Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja. Wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-1951, Borg Olivier ifforma Gvern ta' koalizzjoni mal-Malta Workers Party ta' Pawlu Boffa. F'dak il- Gvern, Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru u kien ukoll il-Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni. Fl-1953, għal darb'oħra reġa' mexxa l-Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal- Malta Workers Party. L-elezzjoni tal-1955 intrebħet mill-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. Għalhekk, mill-1955 sal-1958 Borg Olivier kien Kap tal-Oppożizzjoni. Bejn Ġunju u Settembru tal-1955 huwa mexxa delegazzjonijiet fil- Malta Round Table Conference u f 'Novembru tal-1958 mexxa delegazzjoni għal taħdidiet f 'Londra biex Malta terġa' tingħata d-dritt li tiggverna lilha nnifisha. Wara l-elezzjoni ta' Frar tal- 1962, iddominata mill-kwistjoni Politiko-Reliġjuża bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru fi gvern ta' koalizzjoni. Kellu wkoll f 'idejh il-Ministeru tal-Ippjanar Ekonomiku u l-Finanzi. F'Ġunju tas-sena 1962, huwa għamel talba formali lill-Gvern Ingliż biex Malta ssir stat sovran u ndipendenti u f 'Settembru 1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth. Fit-13 ta' Lulju 1963, Borg Olivier mexxa id-delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir stat indipendenti. Wara dan huwa kompla jmexxi diversi taħdidiet mal-Gvern Ingliż. Il-Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill-Parlament, u ġiet approvata mill-poplu f 'referendum fi Frar tal-1964. Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Din hija silta mid-diskors li baqa' magħruf, mill-Prim Ministru Borg Olivier fil-lejl tal-Indipendenza fl-Arena tal- Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh li kien qed jirrapreżenta lir-Reġina Elisabetta II f 'dik l-okkażjoni: " Jekk jogħġob lill-Altezza Rjali tiegħek għan-nom tal- Gvern u tal-Poplu ta' Malta jien noffri r-ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl-ordni tal-Maestà Tagħha tajtni d-dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l-Indipendenza ta' Malta. Bir-rispett kollu jiena nitlob lill-Altezza Rjali Tiegħek biex twassal lill-Maestà Tagħha l-gratitudni l-aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir-Reġina tagħna. Aħna noffru t-talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal żmien twil u fil-prosperità. Bil-permess tal-Altezza Rjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil-Malti lill- poplu maħbub tiegħi. Ħuti Maltin u Għawdxin. Il-programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien illum, meta qed naraw il-bandiera tagħna tperper fuq gżira indipendenti nifraħ magħkom, nifraħ magħkom u niftakar f 'dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq, min b'mod u min b'ieħor ħadem biex jara dil-ġurnata. Nirringrazzjaw 'il Alla illi tana x-xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir-rappreżentant speċjali tal-Maestà Tagħha jagħtina dokument ta' kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana. Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli, ma jista' jeħodilna ħadd, ma jista' ħadd ineħħilna l-indipendenza tagħna, kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s-sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjiżna konna nieħdu d-diżappunt li naraw ħafna nies tista' tgħid tal-pajjiżi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta, lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet teżisti. Illum intom u jiena u sħabi tal-kabinett poġġejna Malta fuq il-mappa darba għal dejjem. Għandna s-sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad-dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom, nibqgħulhom grati talli ġew juru l-ferħ tagħhom magħna f 'din il-ġurnata hekk storika, hekk għażiża li ma ninsewha qatt. Dawn id-delegati kollha qed jixhdu llum illi Malta ħadet l-indipendenza tagħha u jridu jixhdu 'l quddiem għaliex illum raw Malta x'inhija, illum raw id-determinazzjoni u l-kuraġġ; jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw, aħna denji tal-indipendenza u tas- sovranità illi akkwistajna għal pajjiżna. L-indipendenza ma tfissirx illi se ġġibna pajjiż li ma għandu bżonn 'l ħadd, illi n-nies tiegħu ma għandhomx bżonn jaħdmu, illi ma għandhomx bżonn għajnuna ta' ħbieb. L-indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil-qalb għaliex irridu nagħtu prova lid-dinja illi l-indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha, nafu naħdmu demokratikament, nafu lill-poplu tagħna mmexxuh lejn il-bon ordni u l-liġi fil-pajjiż, lejn il-prosperità ekonomika, lejn il-ġid tagħna, ta' wliedna u ta' wlied uliedna. " F'Marzu tal-1965, Borg Olivier ħa f 'idejh ukoll il- Ministeru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin. Fl-elezzjonijiet ġenerali li saru f ' Marzu 1966, il-Partit Nazzjonalista reġa' ġie elett fil-Gvern, u Borg Olivier inħatar Prim Ministru u Ministru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin. Fl-1971 u fl-1976, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali. Fl-1974, Borg Olivier kien ivvota kontra fil-Parlament li Malta ssir Repubblika, b'differenza mill-pożizzjoni li ħadu l-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti. Wara t-telfa elettorali tal-1976, il-Partit Nazzjonalista għażel lil Dr Eddie Fenech Adami bħala Kap tal-Partit minfloku. F'ħajtu Dott Borg Olivier irċieva dawn l-unuri: CLIFFORD GALEA Personalitajiet Beltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018