Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum LAPPLIKAZZJONIJIET għall-iskola ta' kurazija li se tkun qed torganizza l-Valletta 2018, bejn it-3 ta' Settembru u l-Ġimgħa 7 ta' Settembru issa jinsabu miftuħa. Din l-iskola se tkun qed tipprovdi opportunità unika sabiex studenti tal-arti jtejbu l-iżvilupp tal-karrieri tagħhom fil-qasam tal-kurazija, permezz ta' serje ta' lekċers informattivi minn kuraturi u esperti internazzjonali li huma rinomati f 'dan il-qasam filwaqt ukoll opportunitajiet għal netwerking professjonali. It-tema ta' din is-sena hi 'prattiki soċjali fl-arti kontemporanja u l-kurazija', li se tiffoka fuq prattiki artistiċi ta' kurazija li jinvolvu udjenzi u gruppi speċifiċi ta' nies direttament. Arti ta' prattika soċjali hi tipikament kollaborattiva, performattiva u interdixxiplinarja, u tgħaqqad flimkien diversi setturi fosthom l-etnografija, l-arti tal-komunità, l-attiviżmu, u forom ta' kurazija esperimentali. Il- preżentazzjonijiet minn kelliema individwali kif ukoll workshops li se jsiru, se jitrattaw suġġetti bħal kif kuratur jista' jipproduċi proġetti li jinkludu elementi partiċipatorji u li jimmanifestaw ruħhom f 'mużew għal perjodu twil ta' żmien, kif l-involviment politiku fl-istituzzjonijiet jista' jiġi formulat u ppjanat bl-għan li jistimula l-bidla soċjali, kif nistgħu nibnu ftehim kollettiv dwar it-territorju meta t-territorji huma mkissrin, kif kuraturi jistgħu jattivaw u jintervjenu f 'kuntesti fil-ħajja ta' kuljum, u kif il-prattika tal- arti tista' titħallat mal-politika l-attiviżmu b'mod sinifikanti. Waqt workshops interattivi li se jiġu offruti kuljum, dawk li jipparteċipaw se jingħataw l-opportunit li jirrispondu għal kompiti ppreparati mill-kuraturi mistiedna, kif ukoll li jingħataw rispons estensiv dwar aspetti tal-kurazija, ir-riċerka, il- produzzjoni u l-preżentazzjoni ta' ideat ġodda. Kull workshop hu mmirat għal grupp żgħir ta' studenti, li għandhom jindikaw il- preferenza tagħhom fil-formola tal-applikazzjoni (f 'ordni ta' preferenza minn 1 sa 3). L-istudenti kollha se jiġu allokati minn tal-inqas workshop wieħed. Il-kelliema mistiedna huma l-kuratur, artist, kittieb u edukatur Irlandiż Dr Paul O'Neill; l-artista internazzjonali Jeanne van Heeswijk; il-kuratur tal prattiċi pubbliċi ta' Tate Liverpool u lettur anzjan tal-istudji tal- esibizzjoni fl-università John Moores f 'Liverpool Dr Michael Birchall; l-istorjografa, kuratriċi u kittieba Nina Möntmann; kuratriċi u artista Kelly Large, u l-kittieb, kuratur, u xandar Alfredo Cramerotti. Il-lekċers se jsiru bejn id- 9.00am u t-3.30pm fil-Kampus tal-Belt Valletta tal-Università ta' Malta. Il-ħlas biex wieħed jattendi din l-iskola hu ta' €110, iżda qed jiġi offrut prezz ridott għal €60 lil studenti li bħalissa huma reġistrati f 'xi kors ta' studju ieħor. L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħa sal-11 ta' Ġunju, 2018. L-iskola kuratorjali hi proġett ta' Valletta 2018, u hi parti mill-programm kulturali ta' Valletta 2018. Għall-programm sħiħ ta' lekċers u workshops, il-bijografiji tal-kuraturi u biex tapplika żur valletta2018.org/curatorial- school-2018. Valletta • F'Jum l-Indipendenza, il-21 ta' Settembru 1964, Borg Olivier ingħata Dottorat fil-Letteratura (Honoris Causa) mill-Università Rjali ta' Malta. • Fil-25 ta' Ġunju 1964, Papa Pawlu VI tah it-titolu ta' Kavallier tas-Salib tal- Ordni ta' San Silvestru. • F'Novembru tal-1964, kellu udjenza mal-Papa Pawlu VI fejn ingħata t-titolu ta' Kavallier tas-Salib tal-Papa Piju IX. • Fl-14 ta' Ġunju 1968, Borg Olivier ingħata l-midalja tal-mertu tas-Salib tal- Ordni ta' Malta mill-Gran Mastru tal-Ordni Sovrana Militari Ospitalieri ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, Rodi u Malta. Borg Olivier iżżewweġ lil Alexandra Mattei (li mietet nhar il-25 ta' Frar 2009) fl-1943. Huma kellhom tlett itfal: Angela li mietet fit-18 ta' Frar 2008, Alexander u Peter li miet fid-19 t'April 2012. Meta miet Dott Borg Olivier fid- 29 t'Ottubru 1980, il-Gvern Laburista ta' Dom Mintoff tah l-unur ta' funeral statali. F'Ġunju 2010, l-ulied subien ta' Borg Olivier iddeċiedew li jagħmlu rkant ta' diversi oġġetti ta' missierhom, fosthom kwadri, għamara, pitturi, mapep, u affarijiet dekorattivi. Fosthom kien hemm l-iskrivanija personali ta' Borg Olivier li nbiegħet għas-somma ta' €25,000. Beltin : Ġorġ Borg Olivier Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-iskola kuratorjali tal-V18 Opportunità unika sabiex studenti tal-arti jtejbu l-karrieri tagħhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018