Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018| illum Aħbarijiet 'Nittama li jibqa' Joseph Muscat ' Minn Yendrick Cioffi ILMINISTRU għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li jekk hemm xi ħaġa li jista' jagħmel biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa' fit-tmexxija tal-Partit Laburista, lest li jagħmilha. Huwa qal dan meta kien qed jiġi intervistat mill- Editur Maniġerjali ta' MediaToday, Saviour Balzan waqt il-programm Xtra. Meta mistoqsi dwar il- futur tal-Prim Ministru, Bonnici qal li jawgura u jittama li d-deċiżjoni ta' Joseph Muscat tkun li jibqa' Mexxej tal-Partit Laburista u eventwalment Prim Ministru. Minkejja dan, il-Ministru Owen Bonnici saħaq li jiġri x'jiġri u tkun xi tkun id- deċiżjoni ta' Joseph Muscat, "il-futur tal-Partit Laburista huwa wieħed sabiħ." "Joseph irnexxielu mhux biss jibni moviment għal- lum...imma anke għas- snin li ġejjin," qal Bonnici. "Joseph bena ġenerazzjoni sħiħa ta' nies tajbin fil- Partit." Kompla jgħid li meta jkun waqt laqgħa tal-Kabinett mhux l-ewwel darba li jħares madwaru u kien hawn li saħaq li Joseph Muscat irnexxielu jattira "l-aqwa mħuħ," lejn il-Moviment tal- Partit Laburista. Tenna li l-futur tal-Partit Laburista huwa sabiħ waqt li saħaq li l-aktar ħaġa importanti hija li dan ifisser li l-partit se jkompli jikkontribwixxi aħjar għall- pajjiż. "Hemm fejn inkomplu nikbru bħala pajjiż u nkomplu nilħqu qċaċet importanti," kompla Bonnici. Il-Prim Ministru kemm- il darba qal li mhux se jkun qed jikkontesta għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, b'ħafna jemmnu li Muscat jirriżenja ftit wara l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dawk tal- Kunsilli Lokali, f 'Mejju tas-sena d-dieħla. L-ewwel darba li Joseph Muscat semma "il-pjan ta' 15-il xahar" kien lura fl-2015 waqt il-programm Xtra. Dakinhar, il-Prim Ministru kien qal li l-pjan tiegħu minn dejjem kien li jagħmel ħames snin fl- Oppożizzjoni u għaxar snin fil-Gvern. Il-Ministru Owen Bonnici jitkellem dwar kif iħares lejn il-futur tal-Partit Laburista mingħajr Joseph Muscat. Jispjega l-protezzjoni li l-Gvern jixtieq joff ri lill-każini tal-baned u x'legat jixtieq li tħalli l-Valletta 2018. Matul l-istess intervista, il- Ministru għall-Kultura tkellem ukoll dwar il-futur tal-Valletta 2018 u fakkar li l-għan tal- Fondazzjoni huwa li tagħti spinta 'l quddiem lill-Belt Valletta u li ma tintemmx malli tgħaddi s-sena. Fost affarijiet oħra, il-Ministru wera x-xewqa li x-xogħol ta' Valletta 2018 jitkompla fuq żewġ binarji. L-ewwel nett spjega li t-tir huwa li ċertu festivals li twieldu matul din is-sena, bħall-'Valletta Green Festival' u l-'Pageant of the Seas' jitkomplew fis-snin li ġejjin. Apparti minn hekk wera x-xewqa wkoll li jitkomplew proġetti infrastrutturali li għaddejin fil-Belt Valletta. "Laqqatna l-flus kollha li stajna għalihom. Jekk hemm borża ta' flus li ġejja mill-Ewropa laqqatnieha sal-aħħar ċenteżmu. Ma ħallejna xejn lil ħadd," saħaq il-Ministru. Fost dawn fakkar li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jiftaħ MUŻA, mużew ġdid tal-arti, iżda semma wkoll proġetti oħra li huma ppjanati għall-futur, fosthom il-Villaġġ tal-Karnival, aktar spazji għall-arti kontemporanja, il-Mużew ta' Għawdex u anke r-'rock hub', li x-xogħol fuqha miexi ġmielu. "Nittama li jkolli x-xorti li nkun hemm meta dawn jinfetħu," kompla l-Ministru Bonnici. Faħħar ukoll il-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat għażel lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista biex ikun responsabbli mill-Valletta 2018 waqt li ddeskrivieh bħala "Belti per eċċellenza." "Għall-Valletta 18 laqqatna kull ċenteżmu li stajna nieħdu mill-Ewropa" Ma setax jonqos li l-Ministru Owen Bonnici jwieġeb ukoll dwar it-tħassib ta' numru ta' każini tal-baned, wara l-każ tas-Soċjetà Filarmonika GM. Fra Antoine De Paule. Dan apparti l-artiklu ppubblikat mill-gazzetta ILLUM li tefa' aktar dawl fuq każini tal-baned li qed jaffaċjaw każijiet fil-Qorti miftuħa mis-sidien li mingħandhom jikru s-sede. Bonnici kien skjett meta saħaq li s-soluzzjoni żgur ma kinitx li wieħed joqgħod b'idu fuq żaqqu u ma jagħmel xejn. "Bir-rispett kollu lejn min ġie qabilna, fejn jidħlu l-każini, baqgħu passivi u ma għamlu xejn, iżda aħna ħadna deċiżjoni," saħaq il-Ministru. Huwa kien qed jirreferi għall- Abbozz ta' Liġi, imressaq ftit tal-jiem ilu, fejn fost affarijiet oħra jindirizza s-sitwazzjoni li jistgħu jsibu ruħhom fiha soċjetajiet mużikali li jispiċċaw żgumbrati, bħalma ġara fil-każ ta' De Paule. Fi kliem il-Ministru, din il-liġi se tkun qed tipprovdi 'saqqu' lil dawk il-każini tal-banda li jsibu ma wiċċhom ordni ta' żgumbrar. Spjega kif, jekk din il-liġi tidħol fis- seħħ, soċjetà mużikali se tingħata d-dritt li tibqa' fil-proprjetà iżda, biex jinħoloq bilanċ, tintalab tħallas kera ogħla. "Qed noħolqu bilanċ bejn l-interess tas-sid, għax qed jieħu kera ogħla, iżda fl-istess waqt qed naraw li l-każini tal-baned, li tant jagħmlu ġid, ikunu rrispettati," temm jgħid Bonnici. Aqra aktar dwar dan l-Abbozz ta' Liġi f 'paġni 4 u 5. "Qed nipprovdu saqqu lill-każini tal-banda"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018