Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656
illum Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Sports 26 Ritratt - Domenic Aquilina 'Li tirbaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena għar-raba' darba mhix xi ħaġa faċli iżda ta' unur kbir' - Andrew Cohen Minn Cristian Antony Muscat META fil-jiem li għaddew ingħa¬taw l-MFA Awards 2018, liema serata saret f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta, l-aktar unur prestiġjuż intrebaħ mill- attakkant veteran ta' Gzira United, Andrew Cohen, hekk kif ġie dikjarat bħala l-MFA Player tas-Sena, biex b'hekk rebaħ dan l-unur prestiġjuż għal rekord ta' erba' darbiet. Huwa ntgħażel minn ħames kandidati finalisti li kienu jinkludu wkoll lil Steve Pisani (Floriana), Paul Fenech (Balzan), Andrè Schembri (Apollon Limassol) u Jake Grech (Birkirkara). Il-ġurnalisti, il-kowċis tal- klabbs u l-captains tagħ¬hom, kif ukoll il-kowċis taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, ħadu sehem fil-pro¬ċess tal-votazzjoni. Immedjatament wara li rebaħ dan l-unur personali ferm prestiġjuż, l-ILLUM għamlet kuntatt ma' Andrew Cohen innifsu fejn tana l-kummenti esklussivi tiegħu. Huwa afferma li: "Il-fatt li tirbaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena għar-raba' darba mhix xi ħaġa faċli iżda ta' unur kbir. Ninsab ferm kuntent u kburi b'dan kollu. Meta nqis il-kummenti li rċevejt f 'dawn l-aħħar mumenti, nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li għamilt biċċa xogħol kbira speċjalment għall-fatt li rnexxieli nikseb il-lealtà u r-rispett ta' bosta persuni u ta' dan nirringrazzja lil Alla tal- qawwa li jtini ta' kuljum. Irrid inrodd ħajr ukoll lill- president ta' Gzira United, Sharlon Pace, lill-Kowc tas-Sena Darren Abdilla, kif ukoll lil dawk kollha nvoluti b'xi mod jew ieħor ma' Gzira United. Nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi talli rabbewni b'tant għożża u mħabba tellgħuni fit-triq it-tajba u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-mara tiegħi Maria Cremona tas-sagrifiċċji kollha li hi u binti Aurora jagħmlu għalija." Intant, b'kollox ingħataw 11-il unur fejn ġew ukoll ippremjati l-aqwa skorers ta' kull diviżjoni li kienu: Kampjonat Premier: Amadou Samb (Gzira U.) - 21 gowl I Diviżjoni: Paul Chimezie (Mqabba) - 24 gowl II Diviżjoni: Timothy Thomas (Kalkara) - 24 gowl III Diviżjoni: Edward John Wileman (Sta Venera L.) - 27 gowl I Diviżjoni Nisa: Dorianne Theuma (Hibernians) - 22 gowl L-attakkant Taljan ta' Valletta, Matteo Piciollo, rebaħ l-award tal-Isbaħ Gowl li ġie vvutat mill-pubbliku permezz tat-tele-voting. Il-Fair Play Award intre¬baħ minn Pietà Hotspurs. Unur ġdid li ġie introdott matul din is-sena kien dak tal-Best Fans Award, liema unur intrebaħ minn Valletta FC. Il-President's Awards in¬għa¬taw lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal- MFA, Louis Micallef, kif ukoll lill-plejer veteran Għawdxi ta' Munxar Falcons, Brian Meilak. Barra minn hekk, l-eks referis internazzjonali, Antonio Briguglio u Sammy Attard, ingħataw rikonoxximent għas- servizz sublimi lil-logħba domestika, mid-dipartiment tar-referis fi ħdan l-MFA mmexxi minn Kevin Azzopardi. L-unuri mirbuħa hu¬ma: Plejer tas-Sena: Andrew Cohen (Gzira U.) Kowċ tas-Sena: Darren Abdilla (Gzira U.) Plejer Żagħżugħ tas-Sena: Jake Grech (Birkirkara) Plejer Barrani tas-Sena: Amadou Samb (Gzira U.) L-Aħjar Plejer - I Diviżjoni: Dylan Agius (Pietà H.) L-Aħjar Plejer - II Diviżjoni: Sebastian Perdomo (Sta Lucia) L-Aħjar Plejer - III Diviżjoni: Edward John Wileman (Sta Venera L.) L-Aħjar Plejer Femminili: Dorianne Theuma (Hibernians) L-Aħjar Plejer tal-Youths: Jan Busuttil (Pietà H.) GFA Plejer tas-Sena: Christian Mercieca (Victoria H.) Futsal Plejer tas-Sena: Jovica Milijic (Valletta) Andrew Cohen bit-Trofew tal-MFA Plejer tas-Sena 'Dan kien l-aktar staġun iebes li qatt kelli li iżda spiċċa bil-kbir' - Zach Muscat ZACH Muscat - plejer indispensabbli tat-tim nazzjonali Malti kellu staġun mimli tlugħ u nżul fl-Italja ma' Arezzo li iżda spiċċa bil- kbir hekk kif propju fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat, salvaw milli jiġu relegati għal diviżjoni inferjuri, u b'hekk staġun ieħor se jkunu qed jerġgħu jilagħbu fis-Serie C. Muscat esprima l-fehmiet sinċiera tiegħu mal-ILLUM rigward x'kien ifisser dan l-istaġun għalih billi qal li: "Żgur u mhux forsi, dan kien l-iktar staġun iebes li qatt kelli, minn kull aspett. Kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament kien meħtieġ kull qatra ta' impenn, speċjalment l-aħħar xahrejn. Fl-ewwel parti ta' dan l-istaġun sibt ruħi nilgħab inqas b'mod regolari minn dak li xtaqt - bejn il-kompetizzjoni iebsa u t-telf ta' regolarità bin-nazzjonal - u f 'pożizzjoni ta' difensur ċentrali mingħajr konsistenza diffiċli tikseb kunfidenza. F'Jannar meta l-affarijiet ħadu żvolta u bdejt nilgħab iktar spiss, tfaqqa' l-aħbar li aktarx il-klabb kien ser ifalli. Avolja kelli opportunità nitlaq ma' klabb ieħor, għal xi raġuni dan ma seħħx u kelli nibqa' Arezzo. Xahar sħiħ weqfin mill- Kampjonat sakemm intlaħaq ftehim fuq il-futur tal-klabb. Issa kien imissna npattu tal-logħob mitluf billi nilagħbu darbtejn fil-ġimgħa u f 'perjodu ta' 19-il ġurnata kellna nilagħbu sitt logħbiet li minnhom lgħabt ħamsa sal-aħħar u waħda nqlajt fis- 70 minuta. Dan kollu kellna nagħmluh waqt li konna nafu li minn ġurnata għall- oħra kellha taslilna bomba ta' tnaqqis ta' punti! Bi 15-il punt imnaqqsin kulħadd kien diġà qatgħalna rasna. Mingħajr kumitat, mingħajr president, mingħajr faċilitajiet ta' stoffa, mingħajr ħafna riżorsi, it-tim ħareġ kull ma seta', u safrattant irbaħna kontra t-timijiet li ġew ikklassifikati fl-ewwel tliet postijiet, u f 'sitta mill-aħħar tmien logħbiet irnexxielna ma naqalgħux gowl. Mhux talli ma waqjniex, imma talli rnexxielna niksbu biżżejjed punti biex salvajna diretti mingħajr bżonn ta' playout. Dan kien miraklu sportiv kif iddeskrivewh ħafna ġurnalisti, u kif deher lilna li dħalna għal din l-isfida xahrjen ilu. Kien żmien ta' ħafna sagrifiċċji fejn spiss kont nagħmel ġranet sħaħ naħseb kienx ser jirnexxielna, u kienx ser ikun kollu għalxejn. Kien żmien iebes, però li sarraf f 'lezzjoni ta' ħajja, fi żvilupp tiegħi bħala persuna, fil-fidi tiegħi, u fuq kollox, konferma importanti fil-ħiliet tiegħi," temm jgħid Muscat.