Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat FOST l-aktar atleti li riċentament kisbu suċċess fit-triathlon fil- gżejjer Maltin, insibu lill-Għawdxija Felicienne Mercieca. L-ILLUM iltaqgħet ma' din it-triatleta ewlenija f 'pajjiżna fejn spjegatilna aħjar. Hija qalet li: "Minn dejjem kont inħobb l-isport u sa minn età żgħira, kont involuta fil-basketball u fil-futbol. Fl-2014 bdejt il-ġiri u kont gwidata mill-kowċ li għandi llum Fabio Spiteri. Wara sena nitħarreġ fil-ġiri mort nara tellieqa tat-triathlon. Hemm indunajt immedjatament bil-passjoni tiegħi għal dan l-isport. Reġa' kien Fabio Spiteri li għenni nikber fit-tliet dixxiplini li jinvolvi fih it-triathlon. Kont u għadni nitla' l-pixxina Malta tliet darbiet fil-ġimgħa biex inkompli ntejjeb l-abilità tiegħi tal-għawm, speċjalment fix-xitwa minħabba n-nuqqas ta' riżorsi ġo Għawdex. Għall-fatt li ngħix Għawdex u nistudja Malta biex inlaħħaq mat-taħriġ u x-xogħol tal-iskola jkolli nqum kmieni aktar milli kieku ngħix Malta minħabba l-ivjaġġar. Hu pjaċir tiegħi li nipprattika t-triathlon f 'Għawdex anke għall-fatt li għandi ħafna minn sħabi jiġru jew jiprattikaw t-triathlon, iżda sfortunatament għandna ċerti nuqqasijiet ta' riżorsi bħall-pixxina u anke trakka tal-ġiri tal-400m. L-aktar żewġ avvenimenti li jibqgħu ġo moħħi huma l-ewwel maratona li għamilt f 'Venezja fl-2014 u l-ewwel Half Ironman ġewwa Budapest fl-2016. It-tnejn kienu esperjenzi ġodda fejn ġabuli ħafna sodisfazzjon meta rnexxieli nispiċċahom. Issa l-akbar ħolma tiegħi ssir realtà f 'Lulju li ġej jekk jirnexxieli nġib it-titlu tal- Ironman fl-Awstrija. Nixtieq ngħaddi messaġġ speċjalment lit-tfal u ż-żgħażagħ li l-isport huwa ta' importanza kemm fiżikament, mentalment u anke soċjalment. Għalhekk inħeġġiġhom biex jinvolvu ruħhom kemm jista' jkun fih. Il-bidu hu diffiċli f 'kollox iżda wara ftit żmien l-isport jiġi parti minnek. Biex wieħed jibqa' jikseb suċċess fit-triathlon, qatt m'għandu jaqta' qalbu - konsistenza, passjoni u determinazzjoni huma ċ-ċwievet tas-suċċess fit- Triathlon. Nixtieq nagħlaq billi niringrazzja minn qalbi lill- familja tiegħi speċjalment lil ommi tal-għajnuna konsistenti li tagħtini. Inrodd ħajr ukoll lil sħabi tal-qalb li huma l-ispalla tiegħi, lil sħabi li nittrenja magħhom għax fihom insib kuraġġ biex b'hekk nikbru dejjem aktar, lill-kowċ tiegħi Fabio Spiteri li kien hu li għallimni dan kollu u għadu jagħtini kuraġġ sal-ġurnata tal-lum. Nirringrazzja wkoll lil Maria Mifsud Bonnici li tgħinni fin-nutrizzjoni tiegħi speċjalment meta jkunu ġejjin xi avvenimenti iebsa u finalment lill-klabb tiegħi Athletix AC li dejjem ikunu hemm għalija," temmet tgħid Mercieca. 'Konsistenza, passjoni u determinazzjoni huma ċ-ċwievet tas-suċċess t-Triathlon' - Felicienne Mercieca Feicienne Mercieca -azzjoni Team Malta tat-Tennis wara l-partita kontra l-Irlanda Kirkop United Nursery se ssir skola tal-futbol ta' Torino FC GĦAL dawn l-aħħar diversi xhur l-amministraturi ta` Kirkop United FC YN bnew relazzjoni tajba mal-klabb professjonali tas-Serie A Torino FC. Dan wassal sabiex iż-żewġ partijiet waslu biex jintlaħaq ftehim importanti bejn iż- żewġ klabbs fejn għat-tliet snin prospettivi in-nursery ta' Kirkop United se ssir skola tal-futbol ta' Torino F.C. Dan il-proġett huwa mmirat biex tfal subien kif ukoll bniet li jagħmlu parti min-Nursery imorru bi prova jew esperjenza mal-klabb Taljan. Matul din l-esperjenza minkejja l-opportunita` li se tingħata għall-plejers, se jaslu f 'pajjiżna kowċis ta' esperjenza biex jassistu u jwettqu sessjonijiet ta' taħriġ. Dan se jwassal biex in-Nursery tibda taħdem b'mod professjonali kemm fuq bażi teknika kif ukoll dik amministrattiva. Dan il-proġett se joħloq ukoll opportunitajiet ġodda għall- kowċis lokali tal-istess klabb. Għal din in-nursery li bdiet 22 sena ilu u fejn l-avvanzi qatt ma waqqfu dan huwa pass importanti sabiex in-nursery tkompli tikber fil-mentalita` u fil-mod professjonali . Fil-ġimgħat li ġejjin, il-persuna responsabbli tal-Akkademja tat-Torino F.C. Teodoro Coppola flimkien ma' Uffiċjali oħra tal- Granata, ser ikunu qed iżuru pajjiżna biex flimkien mal-istaff tekniku u l-amministrazzjoni tal-klabb ta' Kirkop United jibdew iwettqu dan il-proġett. F'din il-mawra, l-uffiċjali ta' Torino F.C. ser ikollhom ukoll l-opportunità li jitkellmu u jagħmlu workshops mal- ġenituri tat-tfal tan-nursery . Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lid- Director of Youth Coaching Charles Borg fuq l-indirizz elettroniku, chborg1897@ onvol.net, jew billi jċempel fuq in-numru ċellulari tiegħu, 99516062.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018