Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Sports 28 'L-unuri jiġu meta t-tim ikun magħqud u dan kien is-sigriet tas-suċċess ta' Qormi HC' - Juan Sarcia minn Cristian Antony Muscat JUAN Sarcia - wieħed mill-plejers ewlenin tal- hockey f 'pajjiżna, fejn jilgħab ma' Qormi HC u mat-tim nazzjonali tal-hockey. Matul l-aħħar staġun, kien tassew strumentali biex il- Qormin kaxkru l-unuri kollha tal-hockey lokali fosthom il-Kampjonat u n-Knock-out ftit tal-jiem ilu. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hockey? L-imħabba tiegħi lejn il-hockey bdiet 13-il sena ilu meta sempliċiment mort nara lill-kuġin tiegħi li kien għadu kif beda dak iż-żmien fis-sajf minħabba li kien wieqaf mit-trejning tal-futbol. Minnhemm nibtet l-imħabba tiegħi għall-hockey u bdejt ninżel għat-'training sessions', filwaqt li Qormi Hockey Club tani ċ-ċans li nkompli nitgħallem biex nikber f 'dan l-isport. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Wara li bdejt nittrenja regolarment kull nhar ta SIbt, il-kowċis ta' dak iż-żmien urew interess fija u offrewli opportunità li nibda nattendi għat- trejning tal-U-13. Minnhemm bdejt il-ġirja għall-ewwel kompetizzjoni tiegħi. Minn wara dik il- kompezizjoni bdejt tiela' għall-kompetizzjonijiet fosthom U-14 u U-16 fejn il-livell tiegħi sadanittant kompla jevolvi filwaqt li ngħatajt il-pożizzjoni ta' Captain fejn kont responsabbli fil-grawnd kemm għat- team tal-U-14 kif wkoll dak tal-U-16 . Minnhemm komplejt tiela' 'l fuq bħala kompetizzjonijiet u ngħaqadt mat-tim tan- 9-a-side fejn kien il-pass qabel ma tidħol mat-team tal-kbar. Wara li ksibt bosta esperjenza f 'din il-kompetizjoni, il-kowċ ta' dak iż-żmien xtaq li nibda nittrenja mat-tim tal-kbar. Minnhemm, il- karriera tiegħi fil-hockey ħadet spinta 'l quddiem minħabba l-fatt li ksibt bosta esperjenza kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta kemm mat- tim ta' Ħal-Qormi kif ukoll meta ġejt magħżul mat- tim nazzjonali. Esperjenzi li żgur huma ta' unur għalija meta nirrapreżenta lil pajjiżi f 'dan it-tip ta' logħob. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera brillanti tiegħek fil-Hockey? Irbaħt kull unur li l-hockey Malti jipprovdi. Meta kont nilgħab fil kategoriji tat-tfal irbaħt l-Under 14, Under 16 (tliet darbiet) u r-Reserves league (erba' darbiet). Dan filwaqt li meta bdejt nilgħab mal-kbar irbaħt il- Kampjonat Nazzjonali disa' darbiet, in-Knock-Out erba' darbiet, Challenge Cup erba' darbiet u s-Super Cup ħames darbiet. Meta rrappreżentajt lill-club fil- kompetizzjonijiet Ewropej irbaħt darba l-European Challenge Division 3 u darbtejn il-European Challenge Division 4. Man-Nazzjonal Malti ħadt sehem f 'żewġ Nations European Competitions u lgħabt disa' darbiet u skurjajt tliet gowls. Fuq bażi personali rbaħt il-Plejer tas-Sena tal- Klabb u l-Aqwa Skorer Nazzjonali għal tliet snin, filwaqt li minn mindu bdejt nilgħab mal-klabb, irnexxieli niskorja 221 gowl. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal- Hockey? It-tim nazzjonali huwa xi ħaġa li jtik sodisfazzjon kbir. Huwa ta' unur u sodisfazzjon kbir meta tiġi magħżul biex tirrapreżenta lill-pajjiż li tant tħobb filwaqt li tipprattika l-isport li daqstant ieħor tħobb. Il- livell tan-nazzjonal huwa livell kemmxejn differenti minn kompetizzjonijiet oħrajn. Huwa livell aktar iebes filwaqt li jgħallmek tkun aktar b'saħħtek bħala persuna kemm mentalment kif ukoll fiżikament. Dan il-livell jiftaħlek ukoll opportunitajiet ġodda sabiex int tkompli tiela' 'l fuq fil-livell tiegħek fil- hockey. Hija opportunità biex tifhem iktar kemm tista' ssir plejer aħjar, kemm bħala teknika kif ukoll fid-dixxiplina u l-karattru tiegħek. Hija xi ħaġa sabiħa meta tisma' l-innu ta' pajjiżek jindaqq qabel ma tikkompeti u kulħadd għandu jkun onorat meta jasal biex jilgħab għal pajjiżu. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun memorabbli għal Qormi HC u li fih kaxkartu l-unuri kollha disponibbli? Kellna staġun tajjeb ħafna din is sena. Nibdew miż- żgħar u nibqgħu telgħin għall-kbar. Għandna ħafna enerġija ġejja min-nies ta' età żgħira li qed tgħin biex fiżikament fil-grawnd nibqgħu għaddejjin tul il-logħba kollha. L-unuri jiġu meta t-tim dejjem ikun magħqud u apparti li tiġik xi ħaġa ħażina trid tqum u tkompli tilgħab sakemm jispiċċa l-ħin. Jekk tiġi logħba li t-tim ikun tilef, trid tqum, titgħallem minnha u tagħmel aħjar fil-logħba li jkun imissek. Naħseb li dik kienet waħda mill-ingredjenti ewlenin li ġabet l-unuri kollha lejn Ħal-Qormi. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- hockey. Inħeġġeġ lil dawk kollha li qatt ma ppruvaw dan l-isport biex jippruvawh. Huwa sport differenti minn oħrajn u b'hekk għandek bżonn titgħallem ċerti ħiliet li ma ssibhomx ġo sports oħrajn. Li tikseb il-kapaċità li tikkontrolla ballun bi stikka u tippożizzjonah fejn trid inti huwa skill iebes imma hi xi ħaġa sabiħa kif tkun kapaċi tagħmilha. Inħeġġeġ lil min għadu żgħir biex jipprova dan it- tip ta' sport għaliex hu vera sabiħ u fil-fehma tiegħi tani dixxiplina kbira tul ħajti u fil-karriera tiegħi tax-xogħol. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas persważ li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess li ksibtu bħala Qormi Hockey Club. Nixtieq nirringrazja l-ewwel nett lill-ġenituri tiegħi li tul dan il-vjaġġ fil-karriera tiegħi tal- hockey, wassluni fejn qiegħed illum. Tawni għajnuna finanzjarja u anke moralment biex qatt ma naqta' qalbi u dejjem inqum fuq saqajja meta jiġri xi ħaġa ħażina. Nirringrazja wkoll lill-kowċis talli dejjem emmnu fija u tellawni kemm setgħu fil-karriera tiegħi tal-hockey. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nagħti wkoll ringrazzjament lill- kumitat ta' Qormi Hockey Club u sħabi tat-tim li flimkien dejjem imxejna biex niksbu dawn is- suċċessi kollha flimkien li ħa nibqgħu ngħozzu u niktbu fl-istorja tal-hockey f 'Malta. Plejers u diriġenti ta' Qormi HC jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tan-Knock-Out

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018