Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Sports 29 'Il-plejers tiegħi wrew il-qawwa tagħhom biex lgħabna l-aqwa logħba tal-istaġun u rbaħna dan il-Kampjonat' - Silvan Gauci minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, Fleur De Lys Royal Panda huma ir-rebbieħa l-ġodda tal-kampjonat lokali tal- volleyball wara li għelbu lil Balzan Flyers bl-iskor ta' 3-2 f ' logħba deċisiva wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw b'punti ndaqs fil- Kampjonat. Dan kien ir- raba' unur li rebħu Fleur De Lys Royal Panda dan l-istaġun wara li rebħu s-Super Cup, il-John Bugeja Cup u l-Christmas Cup. Balzan Flyers immexxija mil-kowċ Serb Muncin rebħu l-ewwel set 27-25 wara li rnexxilhom jirbħu żewg punti konsekuttivi fuq services ta' Dworniczak. Fit-tieni set Fleur de Lys Royal Panda naqsu l-iżbalji tagħhom u rnexxielhom iżommu il-vantaġġ inizjali b'services tajbin ta' El Gasi u block tajjeb ta' Sebok biex rebħu is-set 25-15. Fit-tielet Fleur De Lys Royal Panda ħargu tajjeb ħafna u bnew vantaġġ tajjeb pero' Balzan Flyers b'attakki ta' Maleseroka irnexxielhom idawru dan is-set favur tagħhom biex marru 2-1 min fuq. Il-logħba kompliet tkun kumbattuta u Fleur De lys Royal Panda mmexxija mil- kowċ Silvan Gauci qamu għall-okkażjani biex rebħu r-raba' set 25-22 b'attakki tajbin minn Grech u Gatt biex kellu jkun il-ħames set li jiddeċiedi r-rebħ tal- logħba u tal-Kampjonat. Fl-aħħar set Fleur de Lys Royal Panda kienu superjuri u b'difiża mpekkabli ta' Polato u b'attakki ta' Sarcina u Xuereb għalqu il-loghba 15-9 biex saru ir-rebbieħa l-ġodda tal-kampjonat Malti. Il-logħba kienet irrefjata min Nello Calleja assistit min Mark Soler. Wara l-logħba l-president tal-Assoċjazzjoni Jesmond Saliba ippreżenta t-tazza lill-captain ta' Fleur De Lys Royal Panda Maria Costa fost il-ferħ tal-partitarji numerużi li attendew għal din il-finali. Saliba faħħar il-kwalità ta' logħob li ntwera tul l-istaġun li laħaq il-qofol tiegħu kemm fid-decider tal-League kif ukoll fil- finali tat-Tazza Nazzjonali, li ntrebħet minn Balzan Flyers wara li dawn għelbu l-isfida ta' Sliema Wanderers bl-iskor ta' 3-2. L-istess livell intwera f 'għadd ta' logħob li kellna fl-ewwel divizjoni, li din is-sena ntrebħet mit-tim ta' Swieqi Phoenix. L-ILLUM għamlet kuntatt mal-kowċ ta' Fleur De Lys Royal Panda Silvan Gauci kif ukoll mal-captain ta' dan it-tim, Maria Costa li fost affarijiet oħra, tawna iktar dettalji rigward x'kien ifisser dan ir-rebħ tal- Kampjonat għalihom. Beda l-kowċ Silvan Gauci li qal li: "Dan il-kampjonat wasal grazzi għal ħafna sagrifiċċji fejn ħdimna ħafna biex iffurmajna skwadra kompetittiva biex irbaħna erba' tazzi matul dan l-istaġun. Kellna staġun pożittiv fejn irbaħna l-ewwel tliet tazzi mbagħad kellna mumenti diffiċli fejn stajna għalaqna dan il- kampjonat, ħadna żewġ telfiet u b'hekk wasalna għall-finali. Hawnhekk, il-plejers tiegħi wrew il-qawwa tagħhom biex lgħabna l-aqwa logħba tal-istaġun u rbaħna dan il-kampjonat." Tkellmet magħna wkoll il-captain ta' Fleur De Lys Royal panda, Maria Costa, li qalet li: "Għalina dan kien staġun sabiħ. Il-maġġoranza tat-tim ilna nilagħbu flimkien għal dawn l-aħħar ftit snin. Il-fatt li sirna aktar magħqudin għenitna niksbu dawn ir- riżultati kollha matul dan l-istaġun. Ma kinitx dejjem faċli għalina imma aħna l-plejers kollha flimkien mal-kowċis kellna għan wiehed u bqajna naħdmu sal-aħħar b'determinazjoni u grinta. Kien ta' sodisfazzjon kbir għalina li wasalna s'hawnhekk u rbaħna. Kellna teamwork tajjeb, kulħadd għamel il- parti tiegħu u konna uniti sal-aħħar," temmet tgħid Costa. Plejers u diriġenti ta' Fleur De Lys Royal Panda jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tal-Kampjonat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018