Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Sports 30 GEVORG 'Giorgio' Petrosyan twieled fil-belt Armena ta' Yerevan fl-10 ta' Diċembru 1985. Huwa għandu 32 sena u huma mlaqqam bħala The Doctor. Hu jikkompeti fil-kategorija middleweight u huwa magħruf għall-ħiliet tekniċi, il- kunfidenza li għandu fuq ir-ring kif ukoll il-latdifensiv li jgħinu sabiex dejjem jaqbad it-triq tas-suċċess. Dan kollu għenu sabiex jirbaħ kickboxers ferm aktar ikkwotati minnu u dan il-fatt tah ir-ranking numru tlieta fid-dinja fil-kategorija lightweight. Dan kollu ġie ddikjarat mis-sit combatpress.com. Fl-età ta' 13-il sena huma mar jgħix l-Italja fejn hemmhekk kompla jiżviluppa t-teknika fil-kickboxing. Ta' 16-il sena beda l-karriera professjonali fil- MuayThai. Fl-2008 beda jikkompeti f 'avvenimenti bħal Showtime u K1 u kompla jirbaħ aktar avvenimenti fost l-oħrajn il-K-1 World MAX ChampionshipTournament għal sentejn konsekuttivi fl-2009 u l-2010. Il-karriera professjonali tiegħu kompliet tikber aktar u aktar hekk kif waqqaf rekord ta' sitt snin bla telfa fejn rebaħ 42 ġlieda f 'dan il-perjodu. Hu ngħaqad mat-tim Glory u eventwalment rebaħ il- LightweightSlamTournament fl-2012. F'Novembru tas-sena 2013, ġie ddikjarat bħala l-iktar atleta middleweight dominanti fid-dinja. Għal Petrosyan, il-kickboxing ifisser ħafna għax skont hu jtik ħafna valuri bħal onestà, rispett u dixxiplina. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- kickboxing? Bdejt ftit tas-snin ilu meta kont għadni żgħir. Niftakar li ma' missieri kont nara l-films ta' Van Damme u Bruce Lee u kont nitgħaxxaq narahom jiġġieldu bil-mod u l-istil tagħhom. M'hemmx xi ngħidu jien kont nimita ħafna l-mossi tagħhom u kien għalhekk illi tal-familja ħallewni mmur nipprattika l-kickboxing fil-belt fejn kont twelidt. Bil-mod il-mod bdejt nitħarreġ fil- MuayThai ta' 14-il sena iżda għal bidu ma ġejtx aċċettat minħabba li qalu li kont għadni żgħir. Minkejja kollox jien ma qtajtx qalbi u komplejt nitrenja taħt il-gwida tal-kowċ Alfio Romanut. Kont immur nitħarreġ fis-Satori Gladiatorium Nemesis Gym u bis-sewwa jew bid- dnewwa ġejt aċċettat mal-klabb meta għalaqt 16-il sena. F'dan l-istess żmien kelli l-ewwel ġlieda tiegħi u għalija dan kien mument ta' sodisfazzjon kbir. Meta mbagħad iċċaqlaqt mill-Armenja u mort ngħix fil-belt ta' Gorizia, il- karriera tiegħi bdiet tiela' 'l fuq u qatt ma ħarist lura. X'inhi d-differenza bejn il- kickboxing u l-boxing? Fil-boxing tuża biss idejk filwaqt illi fil-kickboxing tuża kemm idejk kif ukoll saqajk, huwa iktar spettakolari u tista' tgħid għandek iktar ċansijiet illi tuża moħħok fil-mument l-iktar kruċjali. Kemm huwa importanti illi l-partijiet ta' ġismek li l-iktar tuża fil-kickboxing bħal idejk u saqajk ikunu bilanċjati sabiex tkun tista' tiġġieled aħjar? L-ewwel nett huwa importanti illi fil-kickboxing ikollok ġismek lest għad-daqqiet li tirċievi u oħrajn li lest biex tagħti. Nasal ukoll biex ngħid li hawnhekk parti tal-ġisem ferm importanti huwa l-moħħ għax int trid tieħu deċiżjoni fi ftit sekondi sabiex tirbaħ il-punti u ġġib lill-avversarju tiegħek litteralment għarkopptejh. Issa meta tiġi biex tagħti daqqa ta' sieq jew oħra ta' ponn, importanti li żżomm ġismek bilanċjat sabiex tibqa' għaddej bil-ġlieda. Tinsiex li int ma tistax tieqaf u għalhekk trid tagħti numru ta' daqqiet f 'ħin relattivament qasir. Dan il-bilanċ huwa importanti biex tilħaq l-għanijiet tiegħek. Apparti minn hekk trid tkun fiżikament b'saħħtek. Naf li int ipprattikajt il-Muay Tai. X'tiftakar minn din l-esperjenza? Bdejt nipprattika l-Muay Thai meta kelli 16-il sena fejn bdejt fil-kategorija tal-54 kilogramma bantam weight. Biż-żmien komplejt inżid fil-kategoriji u mort għal dik tas-70 kilogramm middle weight. Kont niġġieled bil-minkeb u tista' tgħid illi għoġbitni din id-dixxiplina. Kienu proponewli biex immur il-Ġappun fejn hemmhekk bdilt l-istil tiegħi u din l-esperjenza għenitni sabiex inkun kickboxer aħjar. Wara li tlift kontra avversarju ferm aktar kapaċi minni, ħadtha wisq bi kbira u bdejt nieħu t-taħriġ bis-serjetà. Dan il-fatt għeni sabiex nagħmel 42 ġlieda mingħajr ma nsofri telfa u tista' taħseb x'sodisfazzjon kelli. Madankollu f 'Novembru 2013 tlift il-ġlieda tiegħi kontra Andy Ristie għalkemm kont naf li wara kollox ma stajtx inkompli nirbaħ dejjem. Kemm hu popolari dan l-isport fl- Armenja? F'pajjiżi dan l-isport huwa popolari ferm. Apparti minn hekk hemm atleti verament b'saħħithom li qed jiksbu popolarità kbira. Barra minn hekk diversi dixxiplini oħra individwali bħal weightlifting u arti marzjali huma miżgħuda b'atleti li jibdew mill-Armenja iżda mbagħad immorru jsibu xortihom barra mill-pajjiż. Minkejja n-numru ta' atleti li jipprattikaw sport individwali, fl- Armenja m'hemmx l-istrutturi meħtieġa u dik hija r-raġuni li ħafna jsiefru lejn pajjiż ieħor. Kif tipprepara għall-ġlieda li jkun ser ikollok? Bla dubju li trid tipprepara għaliha kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Jekk trid tagħti l-mija fil-mija tiegħek trid tkun lest għall-ġlieda u tiffoka fuqha minħabba li se ssib avversarju li jkun preparat daqshekk u xi kultant anke aktar minnek. Fl-istess ħin nista' ngħid li jekk fiżikament m'intix lest, imbagħad lanqas psikoloġikament mhu ser tkun komdu minħabba li hekk tkun qiegħed fi żvantaġġ. X'sagrifiċċji tagħmel biex tirnexxi bħala atleta? Trid tagħmel ħafna sagrifiċċji filwaqt li tieħu dan l-isport b'serjetà kbira. Jien nitħarreġ darbtejn kuljum, l-aktar filgħodu u filgħaxija. Trid toqgħod attent x'tiekol speċjalment f 'ċerti ġranet qabel ġlieda partikolari. Għalhekk aktar qabel għedtlek li l-ewwel u qabel kollox trid tkun ippreparat sew fiżikament. Int qed tgħix l-Italja. X'differenza tara bejn il-kickboxing Taljan ma' dak tal-Armenja? Tista' tgħid illi dan l-isport qed isir aktar popolari, speċjalment f 'dawn l-aħħar snin meta jien bdejt nirbaħ ħafna unuri u ġlidiet. B'xorti ħażina fl-Italja ma tantx hemm ħafna kickboxers magħrufa u għalhekk dan ipoġġihom xi ftit fl- iżvantaġġ. Fil-fatt jien għalkemm ngħix l-Italja, ma niġġilidx ma' atleti minn dan il-pajjiż għax il-livell mhux daqshekk għoli. B'hekk grazzi għall-manager tiegħi Vladi qed nikkompeti kontra kickboxers barranin sabiex dejjem ikolli sfidi ġodda. Immorru issa f 'Malta. Hawnhekk jekk issemmi l-isport tal-kickboxing, moħħok mal-ewwel imur fuq master Noel Mercieca. Xi tgħidli dwar dan il-bniedem? Jien ninsab hawn Malta grazzi għalih. Noel jieħu dan l-isport bis-serjeta' u għalhekk li nistgħu ngħidu li huwa l-fundatur tal-kickboxing f 'pajjiżkom. Meta kelli ċ-ċans nagħmel diversi dimostrazzjonijiet, stajt nosserva kemm għandu atleti minn kull kategorija, kemm maskili kif ukoll femminili u kellhom ħerqa kbira biex jitgħallmu l-mossi li jien ġibt bl-esperjenza. Jien ħadt sehem f 'aktar minn mitt ġlieda u għalhekk kelli ħerqa kbira biex nuri lil dawk preżenti xi ħaġa mit-teknika li tgħallimt jien stess meta kont fil-bidu ta' dan l-isport. Kif nistgħu nqisu l-kickboxing? Arti marzjali jew sport? Il-kickboxing għalija huwa sport. Bħal kull sport ieħor, il-kickboxing għandu r-regoli tiegħu. Kif diġà għidt fiżikament L-aqwa kick-boxer tad-dinja Cristian Antony Muscat Gevorg 'Giorgio' Petrosyan - imlaqqam bħala The Doctor u meqjus bħala l-aqwa kick-boxer tad-dinja l-preżent. "Huwa importanti li tipprattikaw xi tip ta' sport. Mhux bilfors il-kickboxing iżda anke sport ieħor bħal futbol, basketball jew tennis. L-isport tajjeb għas-saħħa." "Fil-kickboxing wieħed jitgħallem diversi valuri fejn apparti li tuża l-edukazzjoni, wieħed jitgħallem juża rispett lejn ħaddieħor u jkun dixxiplinat fl- istil ta' ħajja li jqatta'. Barra minn hekk l-isport ibiegħdek minn kull periklu li jkun hemm barra bil- vizzji kollha li jkun hemm li b'xorti ħażina żdiedu xi ftit."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018