Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 FTIT ġimgħat wara li l-gazzetta ILLUM ippubblikat artiklu dwar id-diffikultajiet li qed jaffaċjaw u li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom każini tal-baned li mhumiex is-sidien tas- sede tagħhom, il-Gvern ressaq emenda għall- Kodiċi Ċivili bil-għan li jipproteġihom. L-emenda hija indirizzata għal dawk il-każini li jkunu ġew ordnati jiżgumbraw mill-proprjetà. Minkejja dan ma tgħoddx jekk ir-raġuni għall-iżgumbrar kienet in- nuqqas ta' ħlas ta' kera. Jekk l-emenda, inkluża f 'Abbozz ta' Liġi, ippubblikat fil-11 ta' Mejju li għadda, tidħol fis-seħħ, każini tal-banda li ntalbu jiżgumbraw se jingħataw id-dritt li jibqgħu jokkupaw il-fond, jekk jaqblu li jħallsu kera li tammonta għal għaxar darbiet aktar il-kera li tkun qed titħallas qabel is-sentenza. Din tapplika kemm jekk is-sentenza ngħatat mill- Bord tal-Kera jew minn xi Qorti. L-emenda tistipola li l-kirja, għal dawn il-każini, ma għandhiex tkun inqas minn €5,000 fis-sena u lanqas ma tkun tammonta għal aktar minn 1% tal- valur tal-fond fl-1 ta' Jannar 2018. Is-sid, apparti kera ogħla, qiegħed jingħata l-jedd li jitlob varjazzjoni fil-kundizzjonijiet tal- kera biex tagħmel tajjeb f 'każ ta' 'sproporzjonalità' li tirriżulta minn dak imsemmi hawn fuq. Kien għalhekk li l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, saħaq li l-emendi proposti se joħolqu bilanċ bejn id- drittijiet tal-proprjetarju iżda anke dawk tal-kerrej wara deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali u anke mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Minkejja li l-liġi tipproteġi lil dawk il-każini li kienu diġà jikru qabel l-1995, kien hemm każi, bħal dak tal- Banda King's Own tal-Belt Valletta, fejn is-sidien, wara li l-każ inqata' kontrihom f 'Malta, kienu ħadu l-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem għax qed jinsistu li l-kirja li qed jitħallsu mhijiex biżżejjed u qed jinkisrilhom id-dritt bażiku li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Minħabba f 'hekk, lura fl-2014, il-Gvern kien diġà daħħal Avviż Legali li permezz tiegħu, il-kirjiet protetti tal-każini għolew b'10% fuq il-kera tas-sena ta' qabel għal tliet snin. Mill-2016, il-kera tal-każini bdiet togħla b'5% kull sena sal-2023 u kull kellu jibda jagħti 5% tad-dħul tiegħu lis-sid. Aħbar tajba għal ta' De Paule... Dan ifisser, li jekk l-emenda tidħol fis-seħħ, is-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid, li kienet ordnata toħroġ mill-każin sal-aħħar ta' Settembru, se tkun tista' tibqa' fis-sede li ilha tokkupa għal aktar minn 70 sena, dejjem jekk tobbliga dak li qed tistipola l-istess emenda (ara aktar 'il fuq). Il-Qorti kienet ordnat l-iżgumbrament wara xogħlijiet strutturali li kienu twettqu mis-Soċjetà, meta nifdu l-każin ma' proprjetà oħra mingħajr ma infurmaw lis-sidien. U jekk isiru xogħlijiet mingħajr il-kunsens tas- sid? L-abbozz kif imressaq mill-Gvern jaħseb ukoll għal din is-sitwazzjoni. L-emendi proposti jgħidu li l-Bord tal-Kera jew il-Qorti ma għandhiex tordna l-iżgumbrament tal-każin tal-banda meta l-alterazzjonijiet strutturali ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Gvern b'emenda biex jipproteġi MINISTERU GĦALL-FINANZI Il-Ministeru għall-Finanzi huwa impenjat li jippromwovi u jtejjeb l-operazzjonijiet amministrattivi tiegħu billi jissimplifika l-proċessi u jasal għall-miri mitluba fiż-żmien stipulat. Il-Ministeru qed ifittex li jirrekluta individwi li huma lesti biex jingħaqdu ma' tim dinamiku u b'hekk joffri wkoll opportunità lil dawk l-individwi li jixtiequ jibdew karriera fis- Servizz Pubbliku. Il-Ministeru qed jirċievi applikazzjonijiet għall-post ta': Customs Officer L-applikazzjonijiet flimkien ma' curriculum vitae se jintlaqgħu permezz tal-Portal tal-MEDE fuq Reklutaġġ fuq https://edurecruitment.gov.mt/, mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tal-Ġimgħa 25 ta' Mejju 2018. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Gażżetta tal-Gvern, numru 19,990 datata 11 ta' Mejju 2018: https://www.gov.mt/en/Government/Government%20Gaze tte/Documents/2018/05/Government%20Gazette%20- %2011th%20May,%202018.pdf jew billi tibgħat e-mail lis- Sezzjoni tar-Reklutaġġ fuq: recruitment.mfin@gov.mt. Ministeru għall-Finanzi 158, Cavalier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta Tel: 25998431 Emejl: recruitment.mfin@gov.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018