Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Sports 31 trid tipprepara ruħek sew filwaqt li mentalment trid tipprova tbassar dak li l-avversarju tiegħek qed jipprepara. Taħseb li l-kickboxing jista' jgħinek sabiex tgħix ħajja iktar b'saħħitha kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament? Jien nara l-kickboxing bħala sport fejn int litteralmenttiżvoga jew aħjar titfa' l-enerġija kollha fuq il-logħba. Mill-banda l-oħra, dan l-isport trid tkun b'saħħtek għax mhux darba jew tnejn li tweġġa' u tkun trid tirkupra. Fuq livell soċjali, il-kickboxing jgħallmek diversi valuri interessanti fil-ħajja bħall-edukazzjoni, ir-rispett, l-għaqda u d-dixxiplina. Naf diversi professjonisti bħall-avukati, tobba u għalliema li jipprattikaw dan l-isport minħabba li jgħinhom sabiex imorru lura għax-xogħol b'enerġija ġdida wara l-istress li jgħaddu minnu matul il- ġurnata. Meta l-aħjar li wieħed jaqbad jitħarreġ il-kickboxing? Jiddependi mill-individwu. Naħseb li tmien snin tista' tkun l-aħjar età għalkemm wieħed irid jara kemm kiber it-tifel fiżikament minħabba li hawn min jiżviluppa qabel u hawn minn idum ma jikber. Kemm ikun hemm injuries f 'dan l-isport? Nerġa' ngħidlek jiddependi mill- persuna. Jien kelli xi ftit ta' injuries fejn weġġajt fi ġlidiet partikolari iżda fuq livell professjonali trid tkun lest għal li jista' jinqala' peress li dawn huma parti mil-logħba. Il-kickboxing tarah bħala sport maskili jew inkella anke n-nisa jistgħu jipprattikawh? Jien għalija m'hemm l-ebda differenza. Il-kickboxing jistgħu jipprattikawh kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa. It-tnejn kapaċi u apparti minn hekk ġieli joħorġu talenti kbar minn din id-dixxiplina. Imma taħseb li raġel jista' jiġġieled kontra mara? Fil-verità raġel jista' jiġġieled kontra mara iżda jien ma narahiex sew din il-ħaġa minħabba li fiżikament raġel hu iktar b'saħħtu minn mara.. Jekk qed nitkellmu fuq dan l-isport, mara trid tikkompeti kontra mara oħra. Għallinqas jien hekk narahom l-affarijiet. X'tippreferi tkun kickboxer jew inkella kowċ fejn int tmexxi xi atleti oħra? Biex ngħidlek il-verità bħalissa qed nokkupa żewġ rwoli, dak ta' kickboxer kif ukoll ta' kowċ tal-kickboxing fejn jien għandi l-istudenti tiegħi u qed ngħallimhom it-teknika u t-tattika involuta f 'dan l-isport. Bħalissa għandi proġetti kbar minħabba li għadna kemm ftaħna post fejn studenti qed jiġu jitgħallmu din id-dixxiplina u qed inżidu ħafna l-livell ta' logħob tagħhom. Għandna champions Ewropej iżda anke mondjali li għadhom żgħar li iżda qed juru potenzjal kbir. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-kickboxing. L-ewwel nett ngħidilhom illi mportanti li jipprattikaw xi tip ta' sport. Mhux bilfors il-kickboxing iżda anke sport ieħor bħal futbol, baskitbol jew tennis. L-isport tajjeb għas-saħħa. Iżda warakollox fil-kickboxing wieħed jitgħallem diversi valuri fejn apparti li tuża l-edukazzjoni, wieħed jitgħallem juża rispett lejn ħaddieħor u jkun dixxiplinat fl-istil ta' ħajja li jqatta'. Barra minn hekk l-isport ibiegħdek minn kull periklu li jkun hemm barra bil-vizzji kollha li jkun hemm li b'xorti ħażina żdiedu xi ftit. tad-dinja fil-preżent Twieled l-belt Armena ta' Yerevan -10 ta' Diċembru 1985. Għandu 32 sena u huwa mlaqqam bħala The Doctor. Huwa meqjus bħala l-aqwa kick-boxer tad-dinja l-preżent. Jikkompeti l-kategorija middleweight u huwa magħruf għall-ħiliet tekniċi, il-kundenza li għandu fuq ir-ring kif ukoll il-lat difensiv li jgħinu sabiex dejjem jaqbad it-triq tas-suċċess. GEVORG 'GIORGIO' PETROSYAN "Huwa importanti illi fil-kickboxing ikollok ġismek lest għad-daqqiet li tirċievi u oħrajn li lest biex tagħti. Nasal ukoll biex ngħid li hawnhekk parti tal-ġisem ferm importanti huwa l-moħħ għax int trid tieħu deċiżjoni fi ftit sekondi sabiex tirbaħ il- punti u ġġib lill-avversarju tiegħek litteralment għarkopptejh."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018