Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter LAVVANZ teknoloġiku tal-aħħar għoxrin sena, b'mod speċjali l-internet, ċertament li biddel mhux ftit il-ħajja tagħna. Mill- mod ta' kif nikkomunikaw sal-mod kif inħallsu l-kontijiet. Allura mhux għaġeb li anke l-aċċess u l-popolarità għall- pornografija nbidel. Għalkemm il-pornografija mhix xi innovazzjoni ġdida ta' dan is-seklu, l-innovazzjoni teknoloġika fasslet qafas li jiffaċilita l-aċċess għal dan il-materjal. Ma għadx hemm bżonn abbonament ma' revisti pornografiċi, jew xi ħarba għand tal-films biex tikri filmat jew saħansitra li titla' fuq il-bejt fis-satra tal-lejl idawwar ir-rotator. Fid-dawl ta' dan kollu din il-gazzetta tkellmet ma' Dr Nicholas Briffa Psikologu u Sesswologu li reċentement ħadem fuq studju lokali li tratta r-relazzjoni tal-Maltin mal-pornografija. Skont l-istudju ta' Briffa, li kien ibbażat fuq nies Maltin ta' bejn it-18-il sena u l-40 sena, 84% tal-irġiel Maltin qalu li jaraw il- pornografija. Min-naħa l-oħra 54% tan-nisa li qalu li jaraw il-pornografija. Il- maġġoranza tal-parteċipanti f 'dan l-istudju qalu li huma tal-fehma li l-pornografija tista' ttejjeb ir-relazzjonijiet sesswali fost l-adulti. F'kummenti li ta lill- gazzetta ILLUM fuq dan kollu Briffa stqarr li "huwa ċar li ħafna rġiel qed jagħmlu użu mill- pornografija. Apparti minn hekk, għalkemm 52% tan-nisa qalu li huma jaraw il-pornografija, naħseb li kieku s-suq tal-pornografija jirrifletti aktar l-preferenzi tan-nisa, din ir-rata tkun akbar. Ir-rata ogħla tal- irġiel hi minħabba l-fatt li hemm aktar materjal li jappella għalihom," saħaq is-sesswologu. L-istudju li ħejja Briffa li hu wkoll membru elett tal-Kumitat eżekuttiv tal- 'European Federation of Sexology' ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra fl-14-il edizzjoni tal-Kungress tal- Federazzjoni tas-Sessoloġija, fil-Portugall. L-istudju kien jinkludi diversi sezzjonijiet ta' gruppi tematiċi. Minkejja r-rata għolja ta' Maltin li qalu jaraw il- pornografija, 42% tal- irġiel u 49% tan-nisa qablu li l-produzzjoni ta' pornografija hi degredanti għan-nisa li jaħdmu fis-settur. Fuq din il- kontradizzjoni, Briffa flimkien mal-kollegi tiegħu Davide Pappalardo u Kate Dawson jaħseb li din hi minħabba l-fatt li l-pornografija hu qasam wiesgħa. Fuq din Briffa qal li "hemm varjetà ta' tipi ta' pornografija, xi wħud huma pjuttost estremi u pjuttost degradanti għan-nisa u l-irġiel, però hemm materjal iktar rispettuż", sostna Briffa. Il-pornografija kif qed taffetwna? Skont is-sesswologu, "porzjon konsiderevoli ta' dawk li jagħmlu użu mill- pornografija b'mod regolari jagħmlu dan bl-għan li jiksbu informazzjoni dwar is-sess, fost raġunijiet oħra. Minħabba dan il-fatt, meta l-istess individwi jiġu biex jagħmlu s-sess mas- sieħeb jew sieħba tagħhom jistennew riżultat simili għal dak li kienu raw huma. Tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu li l-pornografija mhix realtà u għalhekk tagħti stampa mpċapjra tas-sess għaliex tinkludi fiha biss il-pjaċir sesswali," spjega Briffa. L-istudju sab ukoll li, 4% tal-irġiel Maltin u 1% tan-nisa Maltin ibatu mill-problema ta' vizzju tal-pornografija. Intant dawk li qalu li ma jarawx pornografija, ġeneralment kienu akbar fl-età jew inkella jħaddnu twemmin reliġjuż. Litteriżmu pornografiku? Mal-gazzetta ILLUM, Briffa aċċena wkoll għall- proposta li hu flimkien mal-kollegi tiegħu jaħsbu li tista' tkun ta' potenzjal fl-edukazzjoni sesswali tas-soċjetà. "Naħseb li wassal iż-żmien, li l-edukazzjoni sesswali tibda tinkludi wkoll il-litteriżmu pornografiku." B'xorti tajba għandna diversi għalliema tal-PSCD li jagħmlu biċċa xogħol tajba fit-tħarriġ tal-edukazzjoni sesswali. Minkejja dan jeħtieġ li nkomplu nibnu, filata oħra li tinkludi fiha l-pornografija," saħaq Briffa. Hu kompla jispjega kif, "skont studju li għamlet il- kollega tiegħi Kate Dawson fl-Irlanda, bħala medja l-irġiel jibdew jaraw l-ewwel filmati pornografiċi bejn l-etajiet ta' 10 u 13-il sena, u għalhekk din hi realtà." Mal-ILLUM, is-sesswologu kompla jispjega l-kunċett ta' litteriżmu pornografiku, "din ma tfissirx li waqt xi lezzjoni tal-edukazzjoni sesswali nuru l-pornografija però, noħolqu programm edukattiv li jkun jinkludi fih tagħlim dwar il- pornografija li tinkludi fatturi psikoloġiċi bħall- mistħija. Hi komuni li l-mistħija ta' xi ħadd għax jara l-pornografija ġġib magħha ċertu ansjetà li terġa' u tgħid tista tqanqal lill persuna biex tara aktar pornografija biex tnaqqas Sesswologu jappella għall-introduzzjoni tal-litteriżmu pornografi ku fl -iskejjel Maltin pornografija, 42% tal- irġiel u 49% tan-nisa iktar rispettuż", sostna Briffa. li tista' tkun ta' potenzjal Sesswologu jappella għall-introduzzjoni tal-litteriżmu 84% tal-irġiel u 52% tan-nisa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018