Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 78% tal-Maltin jgħidu li f 'sena ma jattendux Ċifri ġodda juru li l-Maltin ma tantx huma ħerqana sabiex jattendu xi avveniment sportiv Minn Liam Carter ERBGĦA minn kull ħames persuni li jgħixu f 'Malta qalu li tul l-aħħar sena fl-ebda ħin, ma attendew għal avveniment sportiv; bħal ngħidu aħna xi logħba futbol. L-istudju sab li 10% biss tal-Maltin qalu li attendew għal xi avveniment sportiv għal tliet darbiet fis-sena. Filwaqt ukoll li 11.5% qalu li marru għal xi avveniment ta' dan it-tip erba' darbiet f 'sena. Meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi tal-UE, il-Maltin huma r-raba' fost dawk li l-anqas isegwu avvenimenti ta' dan it-tip. Bl-aktar pajjiż fejn l-interess huwa fjakk ikun ir-Rumanija (83.8%). L-istess studju kkonkluda li teżisti probabbiltà akbar li dawk ta' livell ogħla ta' skola jsegwu avvenimenti sportivi (85.3%) meta kkumparat ma' dawk inqas livell ta' skola (67.8%). Fl-istess waqt 83.2% tan- nisa qalu li f 'sena sħiħa ma marru jaraw l-ebda avveniment sportiv. Għall- irġiel din ir-rata kienet ftit anqas baxxa, b'73.2%. Dawn il-figuri ġew żvelati minn studju ġdid tal-Eurostat, li hi l-fergħa responsabbli mill-ġabra u ħażna ta' statistika fl- Unjoni Ewropea (UE). Ir-rapport għalkemm iffukat fuq l-isports, ġabar fih aspetti differenti dimunitattivi mill- isports bħal: kummerċ, parteċipazzjoni, attendenza u impjiegi f 'dan is-settur. Għal fini ta' riċerka, l-informazzjoni provduta f 'dan ir-rapport kienet titratta individwi ta' 'l fuq minn 15-il sena. Antvin Monseigneur - ġurnalist u preżentatur sportiv Il-Maltin kif jinvolvu ruħhom fl- eżerċizzju fiżiku? Fid-dawl ta' din il-figura, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' mal-ġurnalist u preżentatur sportiv, Antvin Monseigneur. Fil-kummenti skjetti tiegħu Antvin sostna li "din hi figura, inkwetanti ħafna. Naħseb li fattur prinċipali li qed wassal għal dan in-nuqqas huwa, il-korruzjoni li sfortunatament fniet l-isport lokali b'mod speċjali il-futbol," saħaq Monseigneur. "Fil-każ tal-football, intilfet il-fiduċja kollha minn dawk li kienu tant isegwu mill-viċin. Meta għal darba, darbtejn u saħansitra tliet darbiet il-korruzzjoni laħqet l-ogħla livell meta għeżżet it- tim nazzjonali tal-kbar u dak ta' taħt-il 21 sena, dan l-iskandlu ġab fix-xejn il-valuri morali tal-plejer lejn il-flokk wisq aktar lejn pajjiżu," saħaq Monseigneur. F'Jannar ili għadda, il-Bord tal-Kontroll, l-Etika u d-Dixxiplina tal-UEFA impona sospensjoni fuq sitt plejers ta' taħt-il 21 sena ta' Malta. Dan wara każ ta' tixħim li sar lura fl-2016 waqt il-logħbiet kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka. Fost is-sitt plejers Kyle Cesare ta' 22 sena, u Emanuel Briffa ta' 23 sena kienu ġew sospiżi għal għomorhom. Il-ġurnalist kompla jgħid kif "min suppost qed jaċċerta li l-futbol jimxi 'l quddiem mhux qed jagħti kas u qed jieħu ħsieb li jkompli jżomm il-kariga. Huwa diffiċli immens biex wieħed jerġa' jiġġenera interess fil-futbol biss nemmen li jekk ikun hemm bidla kompleta speċjalment fil-mentalità nistgħu nerġgħu nibdew naraw tibdil kif ukoll suċċessi," irrimarka Monseigneur. "Imbagħad għandek sport ieħor f 'pajjiżna li ħa daqqa 'l fuq insemmu: il-waterpolo, weightlifting, bowling, snooker kif ukoll karozzi hekk kif Malta għandna l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa tad-dragster," sostna Monseigneur. Hu kompla jgħid kif, "minkejja dan għad hemm min jemmen l-isport huwa futbol biss... jiena nemmen bil-kontra, il-futbol qed nagħtuh importanza li ma jistħoqlux u qed ninsew l-isport li qed jagħmel suċċess. L-isport l-ieħor ma għandu l-ebda promozzjoni, però bis-suċċessi li qed jikseb il-popolarità aktar ma tmur, aktar qed tikber," temm jgħid il-ġurnalist. Apparti mill-attendanza għal avvenimenti sportivi, l-istudju stħarreġ il- parteċipazzjoni tal-Maltin fl-isport u eżerċizzju fiżiku. 50% tal-parteċipanti f 'dan l-istudju qalu li l-isports aerobiku jiġifieri attivitajiet sportivi bħal; mixi, ġiri, għawm u futbol kien il-mod kif huma jipparteċipaw fl-isport. Filwaqt li 8% kienu dawk li qalu li jagħmlu eżerċizzju fiżiku fil-gym. Intant kienu 73% Maltin jgħidu li l-pass huwa l-mod kif huma jaslu minn post għal ieħor. Skont l-istatistika l-Finlandja, id-Denimarka u l-Isvezja kienu l-aktar tliet pajjiżi li huma ingaġġati fl-eżerċizzju fiżiku b'aktar minn 70% tal-parteċipanti jgħidu li jagħmlu eżerċizzju fiżiku ta' tip differenti tul il-ġimgħa. Fuq nota differenti, Malta rreġistrat ukoll it-tieni l-agħar rata ta' użu ta' roti fit-toroq, b'3.9%. Opportunitajiet ta' xogħol fl-isport? L-istħarriġ tal-Eurostat indaga wkoll ir-relazzjoni bejn l-isport u l-impjiegi fl- UE. Skont l-informazzjoni provduta, b'kollox aktar minn miljun u nofs persuna huma ingaġġati f 'dan is-settur madwar il-pajjiżi kollha tal-UE. Minn dawn li jaħdmu f 'dan is-settur, 55% huma rġiel filwaqt li 45% huma nisa. L-impjiegi jvarjaw minn kowċis u atleti professjonali kif ukoll pożizzjonijiet li huma imperativi għall-operat ta' ċentri ta' eżerċizzji bħal receptionists.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018