Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656
9 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet jattendux għal avveniment sportiv wieħed L-isport kif qed jiġġenera l-kummerċ? Liema prodotti sportivi huma l-aktar popolari? Skont dan ir-rapport l-isport qed ikun fattur importanti fl-ekonomija tal- pajjiżi membri stati, dan minħabba ż-żieda ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' tagħmir sportiv mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. F'temp ta' disa' snin dawn il-figuri f 'Malta żiedu, żieda stratosferika hekk kif lura għal 2016 Malta kienet timporta mas-67,769 f 'tagħmir sportiv, fl-2016 Malta importat 668,372 f 'tagħmir sportiv. L-iktar tliet pajjiżi li jesportaw tagħmir sportiv huma: il-Ġermanja b'4,152,652, l-Italja b'3,835,672 u l-Olanda b'3,501,930. F'Malta l-esportazzjoni ta' dan it-tagħmir sportiv tlaħħaq l-€3,992. Skont l-informazzjoni li ġabret l-EUROSTAT, l-aktar prodotti u tagħmir sportiv li jiġi esportat mill-pajjiżi tal-UE huma dgħajjes u affarijiet oħra relatati mal-isport tal-baħar. Dawn kienu segwiti minn, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ġinnastika, għawm u atletika b'10.6% u affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iskijar b'5.8%. Min-naħa l-oħra, l-aktar affarijiet li ġew importati mill-pajjiżi tal-UE kienu żraben sportivi b'total ta' 25.7%, apparat tal-ġinnansitika, għawm u atletika b'21.2% u dgħajjes u tgħammir sportiv tal-baħar, 20.6%. Għada tibda l-ħidma sabiex jitneħħa l-vapur inkaljat fil-Qawra GĦADA mistennija tibda l-ħidma sabiex jitneħħa l-vapur Hephaestus li jinsab inkaljat fil-Qawra. Din il-ġimgħa ġie approvat ir- wreck-removal-plan flimkien mal-permess ambjentali. Il-kumpanija tal- assikurazzjoni P&I, f 'isem is-sidien tal-vapur ħarġet sejħa għall-kuntratturi li jridu jwettqu din l-operazzjoni. Kumpanija lokali, Cassar Ship Repair, ingħatat il-kuntratt u minnufih bdew il-preparamenti biex tibda l-ħidma. L-ewwel fażi tinkludi evalwazzjoni tar-riskji tal- operazzjoni. Imbagħad il-kuntrattur ser ikun qed ineħħi l-perikli li hemm preżenti fil-bastiment bl-għan li l-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu fih. Il-ħaddiema se jkunu qed inaddfu l-kompartimenti kollha u jsewwu t-tiċrit fil-qoxra tal- vapur. Fl-aħħar nett, il-vapur se jkun qed jintrefa' minn fuq il-blat u jitniżżel lura fil-baħar imbagħad irmunkat għat- tarzna tal-kuntrattur fil-Marsa. L-operazzjoni sħiħa mistennija tieħu madwar 35 ġurnata, Transport Malta u l-ERA se jkunu qegħdin isegwu l-operazzjoni kollha mill-qrib. It-tanker, ta' 60 metru rreġistrat it-Togo, kien inkalja fil-Qawra wara maltempata kbira lura fl-10 ta' Frar. Transport Malta qed tappella lill-pubbliku biex ma jidħolx fiż-żona ristretta.