Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet ĦAFNA drabi, persuna li tiġi nieqsa tibqa' mfakkra għal xi ħaġa li tkun għamlet. Min jibqa' mfakkar għal xi ktieb li kiteb, għal xi organizzazzjoni li waqqaf jew għal xi kanzunetta li kanta. Ftit aktar minn xaharejn ilu, Christa Formosa, mudella ta' 23 sena, tilfet ħajjitha f 'inċident tat-traffiku. Ma sħabha tibqa' mfakkra għall-karattru u t-tbissima li kellha. Għal min ma kienx jafha, il-gazzetta ILLUM tixtieq li tfakkarha permezz tat-teżi li kitbet biss ftit xhur qabel mietet, anke għax nemmnu li t-tema li għażlet hija importanti u dwarha fadal ħafna xi jsir. Qabel iggradwat bħala ħaddiema soċjali, Christa kitbet it-teżi tagħha fuq l-esperjenza li jgħaddu minnha dawk it-tfal li xi ħadd mill-ġenituri tagħhom ikollu problema ta' saħħa mentali. Hija stess tgħid li kienet ilha snin thewden fuq dan is-suġġett, u kif sabet ċans ma qagħditx b'idha fuq żaqqha iżda kienet hi stess li esplorat din il-kwistjoni. Fost waħda mill- konklużjonijiet li għamlet, Christa tisħaq fuq il-bżonn li dawn it-tfal jibdew jingħataw aktar għajnuna professjonali mhux biss biex ikollhom l-appoġġ iżda biex jifhmu aħjar il-kundizzjoni ta' ommhom jew missierhom għax hekk ikunu jistgħu jaddattaw aħjar għas- sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom. Fl-introduzzjoni għat-teżi, hija stess tikteb li ħafna drabi l-attenzjoni tingħata biss lill- persuna li tkun qed tbati minn kundizzjoni ta' saħħa mentali u ftit li xejn tingħata attenzjoni lill-qraba, speċjalment lit-tfal. "Is-saħħa mentali ma taffettwax biss lill-individwu iżda lill-familja kollha. Minkejja dan, l-attenzjoni ġeneralment tingħata biss lill- persuna li tkun qed tbati minn saħħa mentali u l-familjari ma tantx jingħataw attenzjoni," kitbet Christa. "It-tfal ta' dawn il-persuni jista' jkun li jkollhom bżonn numru ta' servizzi biex ikunu kapaċi jilħqu ċertu bżonnijiet li minħabba din l-esperjenza ma jkollhomx." B'kollox Christa tkellmet ma' ħames persuni. Erbgħa minnhom huma adulti li meta kienu tfal kellhom xi ħadd mill-ġenituri li jbati minn kundizzjoni ta' saħħa mentali. Persuna oħra kellha r-raġel ibati minn kundizzjoni ta' saħħa mentali u li tkellmet dwar l-effetti li l-kundizzjoni tal-eks raġel tagħha kellha fuq it-tfal. Dawn huma wħud mill- konklużjonijiet li Christa waslet għalihom f 'dan l-istudju: Is-saħħa mentali: l-aħħar kontribut 'Meta persuna tfittex l-għajnuna, se tibbenefika l-familja kollha' Mhux faċli li wieħed jaċċetta jew ifittex l-għajnuna meta jkun qed ibati minn problema ta' saħħa mentali, aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra l-istigma li għadha teżisti fuq dan is- suġġett. Dwar dan tkellmet ukoll Christa, u saħqet kif anke l-parteċipanti stess qalulha li meta l-problema kienet aċċettata u indirizzata, il- familja kollha ħassitha aħjar anke għax il-ġenitur jidher qed jagħmel kambjament. Anke b'referenza għal studji li saru qabel, Formosa tispjega kif meta l-kundizzjoni tkun aċċettata, kemm mill-persuna u anke mill-qraba stess, ir- relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tmur għall-aħjar. L-appoġġ familjari huwa importanti Tema oħra li identifikat Christa kienet l-importanza tal-appoġġ li toffri l-familja u kemm dan huwa importanti biex bħala familja jkampaw mas-sitwazzjoni. "L-appoġġ fil-familja huwa importanti biex ġenitur bi problema ta' saħħa mentali jkampa mas-sitwazzjoni u jkun kapaċi jgħix b'kumdità," tikteb Christa. Formosa sabet ukoll kif f 'dawk il-familji fejn hemm preżenti ż-żewġ ġenituri, l-aktar persuna "bi kwalitajiet b'saħħithom", x'aktarx se tkun il-mara jew ir-raġel tal-persuna b'kundizzjoni ta' saħħa mentali. Iżda, meta jkun hemm ġenitur wieħed nieqes, huma t-tfal li jieħu dan l-irwol u joffru l-appoġġ mhux biss lill-ġenitur, iżda lill-kumplament tal- familja. L-istigma tibqa' l-akbar barriera Nisimgħu ħafna dwar l-istigma li teżisti fuq is- saħħa mentali u dwarha tkellmet ukoll Christa Formosa. Waqt li kompliet titkellem fuq l-importanza li l-kundizzjoni tkun aċċettata spjegat li dan mhux dejjem ikun faċli, aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra li l-istigma li teżisti dwar is- saħħa mentali. Ikkwotat studji li jisħqu kif l-istigma ma taffettwax biss il-persuna li tbati minn saħħa mentali iżda jista' jkollha effett negattiv fuq il-familja kollha, fosthom problemi emozzjonali u anke diskrimazzjoni soċjali. Il-parteċipanti stess, li għaddew minn din il- problema, jgħidu ċar u tond li minħabba l-istigma li teżisti, persuna tispiċċa żżomm pass lura milli taċċetta l-kundizzjoni, aħseb u ara kemm hu aktar diffiċli li tfittex l-għajnuna. Formosa tikkwota persuna partikolari li tispjega kif ir-raġel tagħha qatt ma ried jaċċetta li jmur Monte Karmeli għax kien jikkunsidra dan bħala tabù. Ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied Mill-intervisti li wettqet, Christa spjegat kif ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied kienet tiddependi fuq kemm it-tfal jifhmu l-kundizzjoni li minnha jkun għaddej il-ġenitur. Dan apparti li l-karattri differenti tal-aħwa jistgħu jaffettwaw għax mhux kulħadd iħares lejn kundizzjoni bl- istess mod. F'din it-taqsima tat-teżi, Christa tesplora d-diffikultajiet li affaċjaw dawn it-tfal, kemm għax mhux dejjem kienu jifhmu l-aġir tal-ġenitur, għax mhux dejjem sabu fuq min iduru u anke minħabba l-biża' (li ħakmet lil xi wħud) li l-ġenitur jerġa' jaqa' koppi meta l-kundizzjoni kienet indirizzata u kkontrollata. Christa tinnota xi ħaġa partikolari wkoll għaliex il-persuni li intevistat, kollha kemm huma esprimew kif iħossuhom li mmaturaw qabel tfal oħra. Din il-konklużjoni ħarġet ukoll fi studji li saru minn diversi akkademiċi oħra. Minkejja dawn id-diffikultajiet kollha, Christa Formosa tispjega kif anke dawn il-ġenituri kienu kapaċi joffru pariri tajba lil uliedhom, anke jekk studji li saru qabel mhux dejjem ikkonfermaw dan. Rabja, frustrazzjoni , konfużjoni, uġigħ u mistħija Fid-dawl ta' dak li ddiskutiet Christa u anke minn studji li saru qabel, jidher li tfal ta' ġenituri bi problemi ta' saħħa mentali normalment iħossuhom iffrustrati, irrabbjati u konfużi minħabba s-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha, partikolarment meta jiġu biex jifhmu l-kundizzjoni tal-ġenituri. "Irriżulta li ħadd qatt ma poġġa bilqiegħda u spjega lil dawn it-tfal dak li kienu għaddejjin minnu l-ġenituri, ir-reazzjonijiet jew kwalunkwe sintomu pożittiv ta' din il-kundizzjoni," kitbet Formosa. "Minħabba f 'hekk dawn it-tfal spiċċaw iħossuhom konfużi, irrabbjati u frustrati minħabba l-ġenituri." Waħda mill-parteċipanti f 'dan l-istħarriġ tispjega kemm ħassitha frustrata meta kienet qed tgħix f 'dar residenzjali, 'il bogħod minn ommha li ma kienet qed tirċievi l-ebda kura. Tkompli tippreżenta dak li għaddew minnu parteċipanti meta bdew jinnotaw lill-ġenituri tagħhom jaġġixxu b'mod differenti u kkwotat studju akkademiku biex issostni l-argument tagħha, jiġifieri li t-tfal iħossuhom konfużi meta ma jifhmux il- kundizzjoni li jkun għaddej minnha xi ħadd mill-ġenituri. Dawn huma biss ftit mill-emozzjonijiet li ssemmi Christa, hekk kif fost oħrajn issemmi wkoll l-uġigħ li jħossu t-tfal meta ma jifhmux il-komportament ta' dawn il- ġenituri. Ftit aktar minn sena qabel ma mietet, Christa Formosa kitbet it-teżi tagħha fuq dak li jgħaddu minnu t-tfal ta' ġenituri bi problemi ta' saħħa mentali. Yendrick Cioffi jagħti ħarsa lejn it-teżi u x-xewqat ta' Christa għal dan is-settur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018