Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Intervista 12 T he Travellers. Kulħadd sema' bihom u bil-ħoss mużikali tagħhom li saħħar ix-xena tal-mużika lokali. Il-grupp żagħżugħ hu kompost minn, Chris Gatt bħala l-kantant, Andrew Vella; il-kitarrist, Clayton Bonello fuq il-baxx, Michael Camilleri fuq it- tnabar u Sylvano Mizzi fuq is-sassofonu. F'temp ta' ħames snin, dawn is-sitt żgħażagħ Għawdxin irnexxielhom jilħqu l-quċċata tax-xena mużikali lokali. Il-gazzetta ILLUM intervistat lill- kantant Chris Gatt u l-kitarrist Andrew Vella. Propju fil-post fejn ta' kull ġimgħa huma jiltaqgħu biex jipprattikaw u joħolqu ħsejjes ġodda, il-kantant ewlieni Chris Gatt jibda biex jispjega l-formazzjoni tal-grupp. "Konna grupp ta' ħbieb indoqqu flimkien, imbagħad wara xi żmien iddeċidenja li ndaħħlu xi membri oħra, bħad-drummer Michael u Sylvano li jdoqq is- sassafonu. B'hekk il-grupp kien komplut," spjega l-kantant. L-isfidi li saħħewhom u dawk li kważi kissruhom Staqsejt liż-żewġ żgħażagħ biex jaqsmu magħna l-isfidi li affaċċjaw s'issa, b'Gatt pront jisħaq li "l-akbar sfida kienet fil-bidu, meta bħal f 'kull ħaġa oħra, tkun trid issib saqajk. Kienet iebsa, tagħmel tliet snin iddoqq 'l hawn u 'l hemm b'xejn, ma ddaħħalx lira. Veru li konna nagħmluha biex nieħdu pjaċir però fl-istess waqt konna nixtiequ naħdmu fuq xi ħaġa li ninvestu fiha," sostna Gatt. Il-kollega tiegħu Vella żied jgħid li "għall-bidu kienet sfida wkoll il-fatt li konna kollha Għawdxin. Kienet problematika għaliex min kien jaħdem jew jistudja f 'Malta u min kien għadu jistudja Għawdex," spjega Vella. Madankollu, għal Vella l-fatt li kienu kollha Għawdxin, hu dejjem raha "bħala vantaġġ li tagħmilna aktar differenti minn ħaddieħor u nisslet aktar sens ta' fraternità bejnietna." L-għażla tagħhom biex jiktbu diski bil-Malti Donnu hi prassi li l-maġġoranza tal-gruppi jew kantanti Maltin jagħżlu l-Ingliż bħala l-lingwa tal-ħoss tagħhom. Allura għaliex huma għażlu triq oħra? Vella stqarr, li "għalkemm fil-bidu huma kienu kitbu xi materjal bl-Ingliż, l-għan aħħari tagħhom kien li jagħmlu xi ħaġa differenti fix-xena mużikali lokali. "Wara xi ftit żmien konna bdejna nesperimentaw u niktbu xi materjal bil-Malti. Meta kienu jisimgħuna ngħidu li se nipproduċu diski bil-Malti kienu jibqgħu mistagħġba u jaqtgħulna qalbna għaliex għal ħafna, il-lingwa Maltija kienet meqjusa monotona," saħaq Vella. Hu kompla jispjega kif huma xtaqu li bid-diski tagħhom, iż-żgħażagħ ma jibqgħux jaraw il- lingwa Maltija bħala xi ħaġa 'qadima u monotona' iżda jesponu s-sbuħija tagħha. "Xtaqna li nġiegħlu ż-żgħażagħ japprezzaw il-Malti u mhux biss tibqa' lingwa li japprezzaha biss persuna ta' ċertu età, imma anke żgħażagħ li għadhom tilgħin illum," sostna Vella. Minkejja kollox, mal- ILLUM, Vella xorta waħda stqarr li huma kienu fehmu sew ir-riskju tal-avventura mużikali tagħhom, "konna nafu li se jkun riskju li nipproduċu album sħiħ bil- Malti. Konna ilna tliet snin għaddejjin qatta' bla ħabel biex inġemmgħu sabiex nagħmlu l-ewwel diska. Ħadna ċans tfajna kollox fuq diska waħda, u għidna jew tirnexxi jew infallu." B'xorti tajba l-ewwel diska tagħhom, 'Sempliċità' kellha rispons pożittiv immens mill-pubbliku inġenerali madwar gruppi ta' etajiet differenti. "Il-mira tagħna kienet li għall-inqas diska waħda mill-ewwel album tindaqq fuq stazzjon tar- radju lokali. Ir-rispons tant kemm kien tajjeb fuq il- midja soċjali li f 'temp ta' 24 siegħa, l-istazzjonijiet tar- radju kollha f 'Malta, anke dawk li kellhom tendenzi li ma jdoqqux diski bil-Malti, xandru x-xogħol tagħna," sostna Vella. Li tipproduċi diski bil- Malti aktar diffiċli minn lingwi oħra? Staqsejthom jekk l-għażla li jipproduċu diski bil-Malti toħloqx sfidi differenti fix- xena mużikali. Gatt kien pront jirrimarka li "hu żgur li l-lingwa Maltija xi drabi tinstema' ħarxa minħabba l-għerq Semitiku tagħha. Minn dak l-aspett wieħed irid joqgħod attent fl-għażla tal-kliem tiegħu. Min-naħa tiegħu, Vella li apparti li huwa l-kitaerrist hu wkoll l-awtur tad-diski sostna li "l-ikbar żvantaġġ li għandu l-Malti għall- fini ta' mużika, huwa li m'hemm xejn kurrenti li tista' timmudella fuqu. Mentri bl-Ingliż għandek ħafna materjal li tista' tuża bħala mudell u għalhekk tista' titgħallem ħafna iktar faċli. Minkejja dan kollu hu stqarr li "bħal kollox dan sakemm tidra." Interess kbir fid-diski ta' The Travellers barra minn xtutna Però li tikteb diski bil- Malti, tkun qiegħed tillimita ruħek? Vella kien pront sabiex iwieġeb "iva u le. Fil- bidu l-għan tagħna dejjem kien li nilħqu l-quċċata tas-suq lokali. Ix-xogħol tagħna wassalna fil-livell li nixtiequ. Allura issa qed naraw x'nistgħu nagħmlu iżjed. Għalkemm huwa fatt li l-għażla tal-Malti, għall- fini ta' mużika jillimita, qed nindunaw li nistgħu nisfruttaw swieq li qabel ma kinux qed jiġu sfruttati. Pereżempju kellna rispons pożittiv ħafna għall-mużika tagħna minn pajjiżi bħat- Tuneżija, it-Turkija u l-Marokk," saħaq Vella. Apparti minn hekk hu żvela li rispons pożittiv ġej mhux biss minn pajjiżi f 'din iż-żona, iżda anke minn pajjiżi bħar-Renju Unit u pajjiżi Nordiċi. "Ħafna minnhom jammettu li ma jkunux qed jifhmu kelma fid-diska. Però, mill-kummenti li nirċievu hemm ħafna li japprezzaw il-mużika." Minkejja din it-tweġiba staqsejt liż-żewġ żgħażagħ jekk għandhomx ħsieb li jipproduċu materjal ġdid bl-Ingliż. Huma qalu; "s'issa qatt ma eskludejna xejn. Bħalissa li hu żgur li se nkomplu ninvestu bil-Malti. Għadna kif ħriġna materjal ġdid u fil-ġimgħat li ġejjien ħierġa diska ġdida oħra." Hemm ċans li xi darba jieħdu sehem fil- Eurovision? Ma stajtx nonqos milli nistaqsihom fuq xnigħat li dehru fil-midja lokali reċentement, li kienu jitrattaw il-pjanijiet tal- lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Meta għidna li se nagħmlu bil-Malti kulħadd qatgħalna Il-Eurovison huwa spettaklu tat-televixin, u qatt ma tirbaħha l-isbaħ diska iżda l-isbaħ spettaklu. " " The Travellers jispjegaw mal-ILLUM għaliex s'issa ħarġu biss diski bil- Malti, l-aspirazzjonijiet tagħhom u jekk fil-futur aħniex se narawhom jikkompetu fil-Eurovision. Kellna rispons pożittiv ħafna għall-mużika tagħna minn pajjiżi bħat- Tuneżija, it-Turkija u l-Marokk. " "