Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt 10 snin wara: l-aqwa u l-agħar FIDDAWL tal-fatt illi din il-ġimgħa l-PM Joseph Muscat jagħlaq 10 snin fit-tmun tal-Partit Laburista, dan l-editorjal se jagħti ħarsa lejn l-akbar kontribut s'issa ta' Muscat u s-settur fejn s'issa falla mit-test, kemm ilu Prim Ministru. Lil hinn minn kemm sejra tajjeb l-ekonomija (anke jekk l-ekonomija sejra tajjeb grazzi għal miżuri li ħa Muscat imma wkoll grazzi għas-setturi li bnew gvernijiet ta' qabel) u lil hinn mill-pass pożittiv tal-introduzzjoni ta' diversi drittijiet ċivili, din il-gazzetta tħoss li l-akbar kontribut li Muscat ta lill- pajjiż s'issa huwa t-tnaqqis fil-faqar. Għad hawn 85,000 persuna f 'riskju ta' faqar, kif ifakkar rapport tal- Bank Ċentrali li qed nippubblikaw dettalji minnu fuq paġna 1 u 9, huma ħafna. Imma wieħed ma jistax fl-istess nifs jinjora l-fatt li dan in-numru naqas u naqas drastikament, speċjalment in-numru ta' dawk il- persuni li lanqas biss għandhom il-bażiku biex jgħixu (severe material deprivation). Nifhmu illi dan seħħ minħabba diversi fatturi u miżuri pożittivi li ħa dan il-Gvern, fosthom child care b'xejn għal dawk il- ġenituri li jaħdmu, tapering tal-benefiċċji, żidiet fil- pensjonijiet għall-ewwel darba wara snin, għajnuna ikbar lir-romol u dawk li jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb lill-ġenituri, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma (sa fejn mhux qed isiru żbalji mill-ARMS) u stabilizzar fil-prezz taċ- ċilindri tal-gass. Dawn il-miżuri flimkien ma' ekonomija li qed tiġġenera ħafna xogħol nemmnu li kienu fatturi importanti biex il-faqar jibda jbaxxi rasu. Wasalna? Dażġur li le. Għad għandna problema kbira ta' dawk li qed jgħixu f 'kirjiet privati; persuni li qed jgħixu f 'inċertezza għax ma jafux jekk il- ġimgħa d-dieħla hux se jkollhom saqaf fuq rashom. Fuq il-kwistjoni tal- housing Muscat ċertament illi għadu m'għaddiex mit-test, iżda qed nittamaw li l-White Paper dwar il- kirjiet li suppost għandha toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin u anke l-proġetti ta' housing soċjali (fl-1 ta' Mejju Muscat qal li l-Gvern issa se jkun qed jaħdem fuq 1,000 post – 600 li fuq uħud minnhom beda x-xogħol u 500 oħra li għadhom wegħda) jibdew itaffu xi ftit minn din il- pjaga. Jekk Muscat jara dawn iż-żewġ wegħdiet jitwettqu sal-aħħar ikun ikkonsolida fuq ir-riżultati li kiseb s'issa fit-tnaqqis tal-faqar. Imma hemm il-ħażin. Mhux se nidħlu fuq il- kwistjoni ta' trasparenza u kontabilità għas-sempliċi raġuni li hemm numru ta' inkjesti li għandna ma nafux il-konklużjoni tagħhom u/jew li għadhom għaddejjin. Jiġifieri l-ġudizzju definit fuq l-intenzjonijiet ta' min fetaħ kont il-Panama, Egrant ta' min hi, x'ġara eżattament fil-kuntratt tal-VGH u jekk vera kienx hemm tixħim fil-każ tal- tanker tal-gass, għad irid isir. Din il-gazzetta taf biss li l-ebda waħda mill- mistoqsijiet li staqsiet dwar il-kuntratt mal-VGH ma kienu mwieġba. Aħna mhux se ngħidu żgur hemm korruzzjoni, jew żgur m'hemmx. Aħna ma naħilfu għal ħadd. Nistennew u naraw. Imma l-użu tal-art madwarna, il-bini bla kontroll, il-krejnijiet li qed jiddominaw is-sema fuq il-bliet u rħula tagħna, in-nuqqas ta' ħeġġa biex żoni saħansitra turistiċi jkunu verament nodfa u estensjonijiet fil-ħin tal- kaċċa juru illi m'hemmx biżżejjed rieda biex l-art li tant hi skarsa nieħdu ħsiebha. Jekk hemm settur (għalkemm hemm oħrajn) fejn dan il-Gvern m'għamilx wisq differenza huwa proprju l-użu tal-art. L-iżvilupp huwa importanti u aħna m'aħniex kontrih, imma l-pass li qed jimxi bih l-iżvilupp huwa mitt darba iktar mgħaġġel mill-progress ambjentali. Irridu nisimgħu baraxx żviluppi u torrijiet u bini ta' pompi tal-petrol qabel ma nisimgħu b'inizjattiva pożittiva li permezz tagħha jinħolqu aktar spazji miftuħa u aktar parks f 'pajjiżna. Fuq nota pożittiva, matul dawn il-ġimagħtejn, twaqqgħet il-Power Station tal-Marsa u bdiet titwaqqa' l-Power Station ta' Delimara. Dawn huma aħbarijiet pożittivi ħafna għal pajjiżna, imma b'mod speċjali għall-Marsin, ix-Xlukkajri u l-poplu ta' Birżebbuġa. Kellu bżonn Muscat ikun ugwalment determinat biex dal-pajjiż tant sabiħ u li bħalissa tant huwa mfittex jingħata naqra lostru tajba u kull fejn hu possibbli jimtela bis-siġar li tant aħna neqsin minnhom u fejn l-indafa tingħata l-ewwel prijorità. Naturalment hemm ħafna punti oħrajn dwar l-ewwel 10 snin ta' Muscat fit- tmun tal-Partit Laburista u l-ewwel ħamsa fit-tmun tal-pajjiż. Hemm fejn eċċella, hemm fejn biddel, hemm fejn issorprenda imma naturalment hemm fejn iddiżappunta wkoll. Analiżi aktar dettaljata fuq paġni 4 u 5 Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018