Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 23 TV/Ċinema FLAĦĦAR ġimgħa ta' Ġunju u l-bidu ta' Lulju 1976, avveniment internazzjonali tassew qajjem lill-midja fuq tagħha. Ajruplan tal-Air France, titjira 139, kien sejjer minn Tel Aviv għal Pariġi, b'waqfa f 'Ateni l-Greċja. Hemmhekk, żewġ terroristi Palestinjani u tnejn Ġermaniżi ta' grupp estrem, ħatfu dan l-ajruplan fl-ajru, żammew lill- passiġġieri u l-ekwipaġġ bħala ostaġġi u wara waqfa fil-Libja, fejn m'aċċettawhomx, baqgħu sejrin u niżlu fl-ajruport ta' Entebbe l-Uganda. Huma talbu rahan ta' 5 miljun dollaru biex iċedu lura l-ajruplan u l-ħelsien ta' 53 militant Palestinjan, 40 minnhom fil-ħabs f 'Iżrael. Meta kull sforz diplomatiku falla, il-Gvern Iżraelit ma riedx jinnegozja u baxx baxx ħejja kontro-attakk mill-'commandos' Lhud biex jeħilsu lil dawk li baqgħu miżmumin, wara sebat ijiem. Din il-missjoni msejħa 'Operation Entebbe' tassew għaġbet lid-dinja bis-suċċess li twettaq. Sa inqas minn sentejn wara, ħarġu tliet films biex ifakkru dan l-attakk inkredibbli. 'Entebbe', wieħed u erbgħin sena wara hu r-raba xogħol, però ma jittrattax din l-operazzjoni b'mod dirett. Parti sostanzjali ta' din il-produzzjoni tiffoka fuq il-President Izraelit Yitshak Rabin (Ashkenazi), li dam jaħsibha kif se jirreaġixxi, b'Shimon Peres (Marsan) ta' taħtu, jniggżu biex jieħu azzjoni konkreta. Punt ieħor mogħti importanza hu dwar it-terrorist Ġermaniż, Wilfried Bosè (Bruhl) li l-għanijiet ewlenija tiegħu fl-aħħar ma jkollux kontroll fuqhom. Entebbe, għall-ġenerazzjoni ġdida li forsi ma jafu xejn dwarha għandu jgħaddi tajjeb! Entebbe Atturi Ewlenin: Daniel Bruhl; Rosamunde Pike; Eddie Marsan; Ben Schnetzer; Lior Ashkenazi; Denis Menochet. Direttur: Josè Padilha. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 107 min. Ċert. 12A Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa ILĦAJJA Brittanika qabel seħħew bidliet radikali soċjali qawwija li hezzew kull strata tas-soċjetà u b'xi mod taffew id-dominanza tal-klassi għolja u aristokratika, kienet tassew waħda kważi perfetta u l-għira tan-nazzjonalitajiet l-oħra. In-novella 'On Chesil Beach' ta' Ian McEwan li barra li kienet 'best seller', intgħażlet għall-Booker Prize fl-2007, iddewwaqna xi ftit minn din it-tip ta' eżistenza ideali qabel l-Ingliterra ġiet invaduta mill- Beatlemania, ir-rivoluzzjoni sesswali, kif ukoll mill-moda ta' Swinging London u Carnaby Street. Il-film, bl-istess isem, li McEwan stess addatta l-iskript tiegħu, jeħodna f 'Dorset, fis-sajf tal-1962, fix-xatt ta' Chesil. Żewġ karattri ħelwin, simpatiċi u anki karizmatici, Florence (Ronan) u Edward (Howle), ġejjin minn ambjent differenti, wara għerusija, jiżżewġu u jgħaddu l-qamar il- għasel f 'lukanda antika, mhux daqshekk akkomodanti, viċin il-baħar. Wara reazzjoni rżina u bews ġentili jasal l-ewwel lejl ta' mħabba intima u fiżika fejn kollox imur żmerċ. Din il-ħaġa ġġib tensjoni interna bejn żewġ maħbubin suppost maħluqin għal xulxin. 'On Chesil Beach' jiffoka fuq żewġ karattri fraġli, li ma jafux biżżejjed xi ssarraf il-ħajja, u b'hekk forsi mhux ippreparati sewwa għall-ħajja miżżewġa. F'din ir-rabta serja li daħħlu għaliha se jsibu ruħhom mimlijin dubbji u biża', f 'soċjetà ġentili mehdija b'ħajja ta' restrizzjoni. On Chesil Beach Atturi Ewlenin: Saoirse Ronan; Billy Howle; Emily Watson; Anne- Marie Duff; Samuel West. Direttur: Dominic Cooke. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 110 min. Ċert. 15 IDDOMINJU tal-films animati tal- kumpaniji Disney/Pixar, DreamWorks, Blue Sky Studios u oħrajn tal-kumpaniji kbar ta' Hollywood, qed ikun invadut bil-mod il-mod minn dawk ta' bnadi oħra. 'Maya The Bee - The Honey Games' hi koproduzzjoni Awstraljana/Ġermaniża, bl-immaġini ġġenerati bil-kompjuter, ibbażata minn fuq ktieb Ġermaniż, għat-tfal, Maya The Bee ta' Waldemar Bonselo. Dan hu 'sequel' għall-film tal-2014, Maya The Bee, produzzjoni Ġermaniża/Awstrijaka. Maya, naħla vivaċi xi ftit żbukkata, li ma taħsibhiex darbtejn xi tlissen, b'entużjażmu żejjed fuqha aċċidentalment timbarazza lill-Imperatriċi ta' Buzztropolis, li timpediha li tieħu sehem f 'logħbiet kompetittivi għar-rebħ ta' trofew tal-għasel. Wara maħfra u ċerti kundizzjonijiet, tkun sfurzata tikkompeti ma' tim ta' insetti ineffiċjenti u ta' nofs kedda. Violet, naħla b'xagħarha vjola, akkost ta' kollox trid tirbaħ dan il-logħob kompetittiv u hi, bit-tim tassew ippreparat tagħha ssir rival kbira ma' Maya u l-grupp tagħha. L-affarijiet hawn isiru aktar sħan u akkaniti. Maya The Bee - The Honey Games li jimita b'xi mod lil The Hunger Games b'andament ħafna aktar ġentili, jiżvolġi bi stil imħarrek, ikkulurit u tassew pjaċevoli għat-tfal ta' ċerta età. Maya The Bee - The Honey Games Vuċijiet Ewlenin: Coco Jack Gillies; Benson Jack Anthony; Richard Roxburgh; Linda Ngo; Justine Clarke. Diretturi: Noel Cleary u Sergio Delfino. Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas. Tul: 85 min. Ċert. U