Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 27 'Is-sodisfazzjon u l-hena li jtini t- Trail Running huma inspjegabli' - Tara Abdilla minn Cristian Antony Muscat Tara Abdilla - atleta ew- lenija tat-Trail Running f'pajjiżna - sport li kulma jmur qed jikber fil-popo- larità f'Malta. L-ILLUM tkellmet ma' Tara Abdilla nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward dan l- isport li tant tħobb. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Trail Run- ning? L-imħabba tiegħi lejn it- Trail Running tista' tgħid li bdiet b'kumbinazzjoni. Sentejn ilu ħadt sehem f' tellieqa il-Munxar f'Għawdex. L-esperjenza għoġbietni però dak iż- żmien kont aktar interes- sata fit-tlielaq fit-Triq u fit-'Track' aktar minn ħaġ'oħra. Din is-sena, wara li kont ili wieqfa mill-ġiri għal ftit aktar minn sena, iddeċidejt li nerġaż nagħti ċans lit- Trail, permezz ta' League organizzat tajjeb ħafna mill-Klabb Agones. Dan l-isport kif jiddever- sifika minn dixxiplini oħra tal-atletika? Filwaqt li fit-triq jew it-Trakka, dejjem tiġri fuq art lixxa u l-moviment huwa dritt, it-Trail joffri art diversa: ħamrija, ġebel, tafal u iktar. Għalhekk l-għekiesi iridu jaħdmu aktar. Irid ikollok stabilità tajba u trid tkun iffukat il-ħin kollu. Żball ċkejken kif tpoġġi saqajk jista' jkollu effett kbir. X'tikkummenta fuq il-fatt li dan l-isport f'Malta meta kkumparat ma' pajjizi ohra ghadu mhux daqshekk popo- lari? B'mod pożittiv irrid ngħid li dan l-isport mexa sew 'il quddiem, speċjalment meta nik- kumpara mal-attendenza f'dik l-ewwel tellieqa tiegħi ta' sentejn ilu. Jid- her li maż-żmien qed isir aktar popolari. Ovvja- ment ikun sabiħ li kieku l-għadd ta' dawn it-tip ta' tlielaq jikber, kif kiber sew in-numru ta' tlielaq fit-toroq. Int ħadt sehem f'diversi tlielaq kemm lokalment waqt li fil-qrib se tkun qed tieħu sehem ukoll f'tellieqa internazzjonali f'dan l-isport. Tina iktar dettalji. In ġenerali, f'Road Running, ipparteċipajt f'diversi tlielaq u dis- tanzi. Ta' sodisfazzjon personali hija r-rebħa tal-MAAA Road Run- ning League 2014/15. Id-distanzi favoriti jibqgħu d-distanzi tal- 5km fit-triq u tal-1500m fit-Track. Però, nam- metti li sibt imħabba speċjali fit-tlielaq Trail. Din is-sena ħadt sehem f'sitt tlielaq trail, li l- andament tagħhom kien sodisfaċenti ferm. Insem- mi b'mod speċjali l-Xter- ra Gozo, 21km. Kienet l-itwal distanza tiegħi fit-trail, u kienet tinvolvi ħafna tlajja' u nżul. Ma kontx ċerta x'għandi nistenna minn din l-es- perjenza, għalhekk huwa ta' sodisfazzjon personali li apparti li dħalt bħala l-ewwel mara, dħalt ukoll bħala s-seba' atleta. Issa qed inħares 'il quddiem b'ħerqa għall-aveniment li jmiss: Il-European Mountain Running Championships li se jsiru fl-1 ta' Lulju fi Skopje, il-Maċedonja. Hawnhekk se nkun parti mit-tim Malti magħmul minn tliet atleti maskili u tlieta femminili. F'Malta hawn biżżejjed lokazzjonijiet fejn tista' tipprattika dan l-isport? Qed ngħid dan minħabba li t-territorju Malti huwa wieħed kemmxejn ċatt. Peressli Malta hija ur- bana mhux ħażin, meta kkumparat ma' pajjiżi oħra, wieħed irid jagħmel sforz żejjed biex ifit- tex postijiet adekwati. Waħda mill-aktar punti interessanti li sibt f'dan l-isport huwa propju li skoprejt hafna postijiet rurali sbieh. Meta wieħed jaħseb fit-tlajja', huwa diffiċli jew impossibli li jsib inklinazzjoni jew kundizzjoni li tixbah dik ta' muntanja. Għalhekk, fil-preparamenti ta' tlielaq barranin, fil-muntanja, apparti trejning fit-trail, jintużaw ukoll mezzi oħra. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprat- tikaw dan l-isport. L-isport tal-ġiri huwa speċjali ħafna għalija. Ak- tar u aktar il-ġiri fit-trail. Is-sodisfazzjon li jtini, u l-hena huma inspjegabli. Għalhekk jien nittama li nkompli miexja 'il quddi- em bit-tama li jkolli ċans nipparteċipa fi tlielaq oħra barra minn xtutna. Dan l-isport huwa sabiħ immens. Huwa attività fiżika mill-aqwa li jip- promwovi s-saħħa u joffri ċ-ċans li wieħed jagħmel ħbieb ġodda. Wieħed għandu dejjem jibda bil-mod billi jsib trails li ma jinvolvux ħafna art teknika biex jevita li jweġġa'. Ta' min wieħed jinnota li l-istabilità, il- flessibilità kif ukoll mus- koli b'saħħithom huma importanti ħafna għal dan l-isport. Nixtieq niringrazzja ħafna lill-familja tiegħi tas-sapport kontinwu, speċjalment lir-raġel, Duncan, li flimkien naqs- mu l-imħabba għall-isport u għalhekk jakkumpan- jani fit-trejning ukoll. Nixtieq ukoll insemmi lil Barry Whitmore tal-'Malta International Challenge Marathon' tal- għajnuna tiegħu. Tara Abdilla -azzjoni Ritratt - wJorgen Palsson