Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Il-ġimgħa d-dieħla, Joseph Muscat jagħlaq 10 snin bħala Mexxej Laburista. Hekk hu, 10 snin! Imma qishom għaddew ħafna u ħafna aktar u jekk qatt kellna bżonn prova li ġimgħa fil-politika hija twila u 10 snin huma eternità, huma propju dawn. Din il-gazzetta diġà għamlet analiżi ta' dawn l-għaxar snin illi fihom Muscat mar minn Kap tal-Oppożizzjoni bil-goatee jappella biex 'inħobbu lil Michelle', għal Prim Ministru illi mexxa l-Presidenza Maltija tal-UE, li daħħal drittijiet ġodda, li qed imexxi lil Malta fi żmien ekonomikament b'saħħtu ħafna, imma wkoll li rnexxielu jsalva l-akbar mewġ, u fost l-akbar skandli u akkużi li saru fuq Gvern jew membru tiegħu fl-istorja tal-politika moderna. Illum se nagħtu ħarsa lejn l-aqwa mumenti u l-agħar mumenti ta' Muscat, kemm bħala PM kif ukoll bħala Kap tal-Oppożizzjoni. L-aqwa mumenti ta' Muscat • Rebħa 2017 – Ir-rebħa tal-2017 ma kinitx tkun possibbli kieku mhux għal dik tal-2013 u fil-verità d-distakk huwa xi ftit jew wisq l-istess. Mela għalfejn r-rebħa tal-Partit Laburista (PL) fl-2017 hija l-aqwa mument ta' Muscat? Għax din ir-rebħa kkonsolidat lil Muscat b'mod qawwi ħafna fost il-Laburisti u anke lil hinn. Rebħa b'distakk ta' iktar minn 36,000 vot, wara li Muscat kien ilu fil-Gvern erba' snin u fid-dawl ta' kritika qawwija minħabba diversi kwistjonijiet, primarjament il-kontijiet fil-Panama, kif ukoll kritika minn setturi tal-għeruq tal-PL, kienet l-akbar u l-aqwa ċertifikat tal-poplu lil Muscat bħala PM. Ir-rebħa Laburista fl- 2017 poġġiet lil Muscat fuq pedestall għoli ħafna fost il-Laburisti u fil-partit. B'din l-elezzjoni Muscat ingħata impetu qawwi minn poplu li wera illi minkejja mistoqsijiet u dubji, xorta rieduh jibqa' fit-tmun. Dan kollu apparti l-fatt li din ir-rebħa dgħajfet lill-PN sa livell li huwa pjuttost serju. Dan ifisser li apparti r-rebħa għalih, l-2017 serviet biex tat daqqa ta' ponn kbira u allura dgħajfet bil-kbir l-oppożizzjoni ta' Muscat. • L-elezzjoni 2013 – Naturalment it-tieni l-aktar mument pożittiv għal Muscat kienet ir-rebħa ta' madwar 36,000 vot ukoll fl-2013. Din kienet rebħa storika f 'termini ta' distakk f 'elezzjoni ġenerali u tat lill-pajjiż it-tieni l-iżgħar Prim Ministru mill- 1924 u l-iżgħar mill- Indipendenza. Bħall-2017, ir-rebħa tal-PL fl-2013 kienet mistennija imma bħall-2017 ukoll, fl-2013 kien id-daqs tal-istess rebħa li ma kienx mistenni. Dan anke jekk diversi kmamar tal-aħbarijiet, inkluż dik tagħna, kienet qed tipprevedi fi stħarriġ differenti, li d-differenza bejn il-partiti kienet se tkun ta' madwar 11%-12%. Dik tal-2013 kienet ukoll l-ewwel rebħa Laburista sa mill-1996, jew fi 17-il sena. • Unjoni Ċivili/Żwieġ ugwali – Muscat kien il-moħħ wara l-LGBT Labour u sussegwentement wara d-drittijiet l-ġodda li daħħlu għal koppji LGBTIQ u persuni trans. Id-dħul tal-Unjoni Ċivili għall-approvazzjoni tal- eluf fi Pjazza San Ġorġ jibqa' mument storiku għax immarka l-bidu ta' katina ta' avvenimenti li wasslu biex fil-pajjiż daħlu drittijiet li lanqas biss konna noħolmu li se jiddaħħlu. Kien mument ukoll li ssiġġilla d-differenza essenzjali bejn Partit Laburista progressiv u PN aktar soċjalment konservattiv. Politikament, kien mument sinjifikanti għaliex Muscat irnexxielu jirbaħ eluf ta' voti b'xi ħaġa li sa ftit snin qabel kienet meqjusa bħala kwistjoni li ttellef il-voti. • Referendum Divorzju – Imma qabel biss bdejna niddiskutu l-Unjoni Ċivili u drittijiet oħrajn għal persuni LGBTIQ, kien hemm ir-referendum dwar id-divorzju. Kien dan l-ewwel test ta' Muscat fl-għalqa ta' dak li hu progressiv u aktar liberali. Muscat kien poġġa lilu nnifsu ma' dawk favur, filwaqt li Gonzi ma' dawk kontra. Dan ir-referendum li ntrebaħ mill-'Iva', anke jekk ma kienx politiku kien l-ewwel sinjal ċar li b'aġenda iktar liberali, anke jekk kontra forzi qawwijin, Muscat jista' jirbaħ. Dan ir-referendum ressaq aktar nies lejn il-PL, b'mod speċjali lil eks Deputat tal-PN Jeffrey Pullicino Orlando li llum huwa wieħed mill-akbar difensuri ta' Muscat u Chairman tal-Esplora, lil Deborah Schembri eks Deputata Laburista u llum konsulent tal-Gvern kif ukoll lil Cyrus Engerer li kien ir-rappreżentant tal- PM fi Brussell. • L-aktar ekonomija li qed tikber – Fit-3 ta' Mejju li għadda l-Kummissjoni Ewropea bassret illi l-ekonomija Maltija din is-sena u s-sena d-dieħla se tkun l-iktar waħda li tikber mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Ekonomija li qed tiġri tibqa' l-akbar ass għal Muscat u l-iktar ħaġa li żżommu popolari. Bħalissa fil-pajjiż, anke fost dawk li ma jaslu qatt li jivvutaw lill-PL, teżisti sens ta' aċċettazzjoni li l-ekonomija qed tikber, li hawn ħafna xogħol u li bħalissa huwa ż-żmien li wieħed jagħmel negozju jew ftit flus tajba. Dak li jifred lil-Laburisti min-Nazzjonalisti huwa iktar il-kwistjoni ta' grazzi għal min qed nesperjenzaw dan it-tkabbir, jekk dan it-tkabbir huwa għat-tul u jekk il-Gvern hux qed jagħmel biżżejjed biex il- pajjiż ikun lest għal tnaqqis eventwali fit-tkabbir. • Presidenza, CHOGM u Valletta Summit – Anke jekk fil-fatt il-pajjiż ma rax xi benefiċċji tanġibbli immedjati dawn it-tliet avvenimenti poġġew lil Malta iktar fuq il-mappa, kif ukoll l-immaġini ta' Muscat fuq livell Prim Ministerjali. Il-Presidenza politikament u fil- perċezzjoni pubblika, fissret illi Muscat tal-2003, il-ġurnalist u preżentatur favur il-'Partnership' sar xi ħaġa tal-passat. Muscat issa sar il-mexxej Ewropew u konvint li jidher jitħabbeb u jiddiskuti ma' mexxejja Ewropej oħrajn, biċ-ċans li xi darba jittanta xortih ikun f 'pożizzjoni għolja fl-UE. Apparti li dawn l-avvenimenti poġġew lil Muscat fiċ-ċentru tal- attenzjoni, kienu wkoll test organizattiv li pajjiżna għadda minnu b'mod tajjeb ħafna. • Rikonċiljazzjoni ma' Mintoff – Lura għal meta kien Kap tal-Oppożizzjoni Muscat kien reġa' bena agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 10 snin ta' Muscat: L-aqwa Din il-ġimgħa jagħlaq 10 snin Mexxej Laburista. L-10 snin tal-era Laburista Muscatjana. Imma liema kienu l-aħjar mumenti ta' Muscat? U liema kienu l-agħar? 14-il mument li Muscat u l-pajjiż mhuma se jinsew qatt... minn Kap tal-Oppożizzjoni bil-goatee jappella biex 'inħobbu lil Michelle', għal Prim Ministru illi mexxa l-Presidenza Maltija tal-UE, li daħħal drittijiet ġodda, li qed imexxi lil Malta fi żmien L-aqwa mumenti ta' Muscat • Rebħa 2017 – Ir-rebħa tal-2017 ma kinitx tkun possibbli kieku mhux għal dik tal-2013 u fil-verità d-distakk huwa xi ftit jew wisq l-istess. Mela għalfejn r-rebħa tal-Partit Laburista (PL) fl-2017 hija l-aqwa mument ta' Muscat? Għax din ir-rebħa kkonsolidat lil Muscat b'mod qawwi ħafna fost il-Laburisti u anke lil hinn. Rebħa b'distakk ta' iktar minn 36,000 vot, wara li Muscat kien ilu fil-Gvern erba' snin u fid-dawl ta' kritika qawwija minħabba diversi kwistjonijiet, primarjament il-kontijiet fil-Panama, kif ukoll kritika minn setturi tal-għeruq tal-PL, kienet l-akbar u l-aqwa ċertifikat tal-poplu lil Muscat bħala PM. Ir-rebħa Laburista fl- 2017 poġġiet lil Muscat fuq pedestall għoli ħafna fost il-Laburisti u fil-partit. B'din l-elezzjoni Muscat • • ttellef il-voti. lill-PL, teżisti sens ta'