Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet pontijiet mal-eks Mexxej u l-eks PM Dom Mintoff. Dan wara l-battalja bejn Mintoff u l-eks Mexxej Alfred Sant, li aljenat numru ta' votanti Mintoffjani. Id-dħul mill-ġdid ta' Mintoff, rigwardat bħala figura kardinali fil-PL, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien simboliku u għal ħafna Laburisti kienet ukoll storiku u emozjonanti. • Il-ftuħ u l-għeluq ta' Power Station – Mill- proġetti li saru f 'dawn il-ħames snin jew li huma għaddejin/ippjanati l-aktar mument b'saħħtu ta' Muscat se jibqa' l-għeluq u t-twaqqigħ ta' Power Station li seħħ il-ġimgħa l-oħra u l-qalba għall- gass tal-Power Station ta' Delimara. Lil hinn mill- kontroversji u l-akkużi (ara iktar 'l quddiem) it-twaqqigħ tal-Marsa kienet l-akbar proġett ambjentali fl-aħħar snin u l-qalba għall-gass kien pass 'il quddiem fis-settur tal-enerġija. Il-proġett tal-Power Station marbut mal- wegħda li jitnaqqsu l-kontijiet, kienu ċentrali għar-rebħiet u anke l-kredibilità tal-Gvern ta' Muscat. • L-aħħar diskors, elezzjoni 2017 – Bħal kull politiku, Muscat immatura fil- kariga. Tiftakruh l-ewwel diskors? Kien wieħed mimli teatralità u bi ftit sustanza. Illum, anke l-akbar Nazzjonalist jammetti li Muscat bena ħiliet ta' oratrija impekkabbli. Il-qofol tal-ħiliet fil-komunikattiva u l-konvinzjoni ta' Muscat esebixxew ruħhom kollha fl-aħħar diskors tiegħu tal-kampanja elettorali tal-2017, fil-mass meeting ta' Ħal Far. Kien bla dubju wieħed mill-aktar jekk mhux l-aktar diskors b'saħħtu li qatt ta' Muscat f 'dawn l-10 snin ta' tmexxija. L-agħar mumenti ta' Muscat • Qtil Daphne Caruana Galizia – Il-Punt m'għandu x'jaqsam xejn ma' jekk il-mandant kien jew ma kienx persuna fil-politika, jew saħansitra persuna fil-PL jew qrib tiegħu. Il-punt huwa li l-ebda PM ma jrid illi meta jkun PM hu tinqatel ġurnalista, b'mod speċjali ġurnalista illi l-persuna tagħha kienet tirrapreżenta l-akbar u l-eqqel oppożizzjoni għalih u għall-partit li jmexxi. Mal-ewwel ftit minuti wara l-aħbar li fil-fatt fil-karozza li splodiet kien hemm Daphne, dawk li jsegwu l-politika mill- ewwel intebħu li dan se jkun piż qawwi fuq Muscat u anke jekk mingħajr provi se jkun hemm min se jdawwar il-kanuni kollha fuqu u fuq il-PL, kif fil-fatt ġara. Il-qtil ta' Daphne tefa' sħaba sewda fuq il-pajjiż u anke fuq Muscat. Tat lill-kritiċi ta' Muscat aktar għodda u riħ fil-poppa biex jikkritikawh u jpoġġuh f 'kantuniera. Il-qtil ta' Daphne, jibqa' tebgħa u allura huwa fl-interess tiegħu li qabel ma jinżel mill-poter, ikun ikkonfermat min qatilha u min kien il-mandant. • Egrant – Il-kumpanija fil- Panama, Egrant Inc. tibqa' sinonima mal-battalja bejn Muscat/Gvern Laburista u Daphne Caruana Galizia. Immontata tajjeb biżżejjed biex timmassimizza l-ħsara politika u maħduma bizzilla ma' kampanja politika mmexxija mill-PN u li inċitat l-arrest ta' PM, dik ta' Egrant tibqa' l-aktar akkuża taħraq u l-aktar waħda kkontestata miż- żewġ naħat. L-allegazzjoni li Egrant hija ta' Michelle Muscat u li minnha għaddew mal-$1 miljun mit-tifla tal-mexxej tal-Ażerbajġan, żergħet id-dubju f 'Muscat. Il-PM fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet kien jidher skomdu u rrabjat għall-aħħar, sentiment li naturalment kien trażmess. Kif kien trażmess il-messaġġ tal- eks Kap tal-PN Simon Busuttil li kien pass biss 'il bogħod milli jsejjaħ għal kolp ta' stat. Kien mument politiku ikrah u mimli tensjoni għall-pajjiż, li għen mhux ftit biex l-elezzjoni saret sena kmieni. • Kontijiet fil-Panama – Il-kwistjoni tal-kontijiet fil-Panama (Hearneville, Egrant u Tillgate) kienu u għadhom tema rikorrenti u wġigħ ta' ras għall-Gvern li jmexxi Muscat. Għal darb'oħra l-aġent tal-istorja kienet Daphne Caruana Galizia u l-istorja bdiet b'kumpanija fil-Panama li l-Ministru Konrad Mizzi ma ddikjarax. Wara kienet żvelata wkoll kumpanija taċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri. Minkejja li sal-ġurnata tal-lum qatt ma nġabet prova li flus fil-fatt daħlu fil-kumpaniji rispettivi ta' Schembri u Mizzi (L-iżvelar ta' flus f '17 Black huma l-eqreb, imma pass 'il bogħod minn definittivi) l-eżistenza tal-kontijiet xorta qajmu urugan politiku kbir. Dan għaliex l-eżistenza tal-kontijiet fetħu beraħ il-bibien tal-ispekulazzjoni u dubji dwar l-integrità u l-intenzjonijiet ta' min fetaħhom. L-akbar kritika diretta lejn Muscat tibqa' li dan ma talabx għar-riżenja tagħhom u għalhekk kull darba li jqumu aktar dubji, il-ballun jerġa' jispiċċa f 'saqajn il-PM. Lura fi Frar 2016, l-iżvelar ta' dawn il-kontijiet ma setax kien mument tajjeb għal Muscat. Probabilment kien jaf x'burraxka kienet ġejja. • Jitlef żewġ membri tal- kabinett – Żewġ mumenti partikolari huwa meta Muscat kellu jitlef żewġ membri tal-kabinett tiegħu. Il-każ tal-eks Ministru Manuel Mallia qajjem interess qawwi minħabba d-drammatiċità tiegħu. Kien mument imbarazzanti għal Mallia, diġà kkritikat għal diversi deċiżjonijiet, u aktar u aktar għal Muscat li għal mumenti deher sfidat minn Mallia (Mallia kkontesta talbiet għal riżenja u dejjem insista l-innoċenza tiegħu). Mument ieħor xejn pjaċevoli kien meta Muscat kellu jitlob lil dak li kkontesta l-kariga ta' tmexxija miegħu, Michael Falzon, biex jirreżenja wara l-każ Gaffarena. Dan il-każ ta' esproprijazzjoni wkoll qajjem ħafna għagħa, għalkemm Falzon dejjem insista l-innoċenza tiegħu u bħal Mallia kkontesta wkoll il-bżonn li hu jirreżenja. • Tal-VGH ibigħu... – Frisk minn rebħa elettorali l-aħħar ħaġa li kellu aptit Muscat huwa li jerġa' jinfetaħ il-kapitlu VGH. Imma nfetaħ. It- tħabbira li l-VGH kienu se jbigħu l-konċessjoni, reġgħet fetħet il-kwistjoni kollha dwar il-ftehim biex il-VGH ħadu tliet sptarijiet f 'idejhom. Din il-gazzetta u diversi oħrajn ippubblikaw diversi artikli li kienu juru problemi finanzjarji, kuntratturi li kienu għadhom ma tħallsux u dettalji mill- partijiet differenti tal- kuntratt li baqgħu qatt ma kienu ppubblikati. Din il-kwistjoni reġgħet qajmet il-kwistjoni tat- trasparenza u d-dubji fil-mod kif jopera l-Gvern. Probabilment serviet ukoll biex il-Gvern inaqqas xi ftit mill-popolarità għal xi żmien. • Jitlaq Godfrey bi kliem iebes... – Muscat sab reżistenza minn Marlene Farrugia kważi tul il-leġiżlatura kollha, imma Godfrey baqa' jidher li qed jappoġġja lil Muscat. Ir-riżenja ta' Godfrey Farrugia b'ittra pjuttost dannuża u f 'mument sensittiv ħafna (erbat ijiem qabel tħabbret l-elezzjoni) għalkemm wieħed jista' jargumenta li ma ħalliet ebda effett elettorali, xorta nifdet u dehret bħala stallett ikrah f 'dahar Muscat. Xi ħaġa li naturalment l-Oppożizzjoni Nazzjonalista użat għall- akbar vantaġġ tagħha. Godfrey u Marlene Farrugia jibqgħu l-aktar tnejn min-nies li kienu fil- PL u li rreżistew lil Muscat b'mod apert. Għalkemm Muscat rebaħ, in- Nazzjonalisti u votanti tal- Partit Demokratiku, xorta għoġobhom jeleġġu lil Godfrey u Marlene biex jibqgħu xi ftit ta' skalda għal Muscat għal ħames snin oħra. u l-agħar mumenti tiegħu l-kontijiet, kienu ċentrali għar-rebħiet u anke l-kredibilità tal-Gvern ta' L-aħħar diskors, elezzjoni – Bħal kull politiku, Muscat immatura fil- kariga. Tiftakruh l-ewwel diskors? Kien wieħed mimli teatralità u bi ftit sustanza. Illum, anke l-akbar Nazzjonalist jammetti li Muscat bena ħiliet ta' oratrija fil-komunikattiva u l-konvinzjoni ta' Muscat esebixxew ruħhom kollha fl-aħħar diskors tiegħu tal-kampanja elettorali tal-2017, fil-mass meeting ta' Ħal Far. Kien bla dubju wieħed mill-aktar jekk mhux l-aktar diskors b'saħħtu li qatt ta' Muscat f 'dawn l-10 snin ta' L-agħar mumenti ta' Qtil Daphne Caruana – Il-Punt m'għandu x'jaqsam xejn ma' jekk il-mandant kien jew ma kienx persuna fil-politika, jew saħansitra persuna fil-PL jew qrib tiegħu. Il-punt huwa li l-ebda PM ma jrid Galizia. Immontata tajjeb biżżejjed biex timmassimizza l-ħsara politika u maħduma bizzilla ma' kampanja politika mmexxija mill-PN u li inċitat l-arrest ta' PM, dik ta' Egrant tibqa' l-aktar akkuża taħraq u l-aktar waħda kkontestata miż- żewġ naħat. L-allegazzjoni li Egrant hija ta' Michelle Muscat u li minnha għaddew mal-$1 miljun mit-tifla tal-mexxej tal-Ażerbajġan, żergħet id-dubju f 'Muscat. Il-PM fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet kien jidher skomdu u rrabjat għall-aħħar, sentiment li naturalment kien trażmess. Kif kien trażmess il-messaġġ tal- eks Kap tal-PN Simon Busuttil li kien pass biss 'il bogħod milli jsejjaħ għal kolp ta' stat. Kien mument politiku ikrah u mimli tensjoni għall-pajjiż, li għen mhux ftit biex l-elezzjoni saret sena kmieni. • Kontijiet fil-Panama – Kontijiet fil-Panama – Kontijiet fil-Panama Il-kwistjoni tal-kontijiet fil-Panama (Hearneville, Egrant u Tillgate) kienu u għadhom tema rikorrenti u wġigħ ta' ras għall-Gvern li jmexxi Muscat. Għal ġejja. • Jitlef żewġ membri tal- kabinett – Żewġ mumenti partikolari huwa meta Muscat kellu jitlef żewġ membri tal-kabinett tiegħu. Il-każ tal-eks Ministru Manuel Mallia qajjem interess qawwi minħabba d-drammatiċità tiegħu. Kien mument imbarazzanti għal Mallia, diġà kkritikat għal diversi deċiżjonijiet, u aktar u aktar għal Muscat li għal mumenti deher sfidat minn Mallia (Mallia kkontesta talbiet għal riżenja u dejjem insista l-innoċenza tiegħu). Mument ieħor xejn pjaċevoli kien meta Muscat kellu jitlob lil dak li kkontesta l-kariga ta' tmexxija miegħu, Michael Falzon, biex jirreżenja wara l-każ Gaffarena. Dan il-każ ta' esproprijazzjoni wkoll qajjem ħafna għagħa, għalkemm Falzon dejjem insista l-innoċenza tiegħu u bħal Mallia kkontesta wkoll il-bżonn li hu jirreżenja. • Tal-VGH ibigħu... – Frisk minn rebħa elettorali l-aħħar ħaġa li kellu aptit Muscat huwa li jerġa' jinfetaħ il-kapitlu VGH. Imma nfetaħ. It- • Jitlaq Godfrey bi kliem iebes... – Muscat sab reżistenza minn Marlene Farrugia PL u li rreżistew lil Muscat b'mod apert. Għalkemm Muscat rebaħ, in- Nazzjonalisti u votanti tal- Partit Demokratiku, xorta għoġobhom jeleġġu lil Godfrey u Marlene biex jibqgħu xi ftit ta' skalda għal Muscat għal ħames snin oħra. tħabbira li l-VGH kienu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018