Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Minn Yendrick Cioffi TLIET ġimgħat wara li Patri Mark Montebello twaqqaf milli jikteb fuq il- gazzetti u anke fuq il-midja soċjali, għadu jidwi s-skiet tal-Provinċja Dumnikana Maltija li qatt ma lissnet kelma. Nhar l-Erbgħa 30 ta' April, il-gazzetta ILLUM bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lill- Provinċjal tad-Dumnikani, Patri Frans Micallef O.P, iżda sal-ħin tal- pubblikazzjoni baqgħet bla tweġiba. Dan wara diversi tentattivi biex iċċempel il-kunvent u tkellem direttament lil Patri Frans Micallef. Fost affarijiet oħra, il- gazzetta ILLUM stiednet lill-Provinċjal biex jispjega għaliex Patri Mark Montebello twaqqaf milli jkompli jikteb u jekk kienx imwissi minn qabel. Patri Mark kellu permess biex jitkellem dwar Mintoff? Intant, wara li Patri Mark, liebes it-tonka tad- Dumnikani, kiser is-silenzju u għamel diskors imqanqal, waqt il-kxif tal-monument li jfakkar lill-eks Prim Ministru Dom Mintoff, l-ILLUM ippruvat iċċempel il-kunvent tar-Rabat biex tistaqsi jekk Patri Mark talabx jew kellux bżonn permess. Minkejja dan, ħadd qatt ma wieġeb it-telefown. L-Arċisqof medjatur iżda sejjer iċ-Ċilì Għadu lanqas mhu magħruf jekk il-Provinċjal laqax it-talba tal-Arċisqof Charles Scicluna li jkun medjatur f 'din il-kwistjoni u jiltaqa' kemm miegħu kif ukoll ma' Patri Mark biex tinstab soluzzjoni. Wara li din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li l-Papa Franġisku bagħat mill-ġdid lill-Arċisqof Scicluna, biex ikompli jinvestiga każi ta' abbuż sesswali fuq minuri fiċ-Ċilì, lanqas mhu magħruf jekk din il-laqgħa hux se ssir qabel jew inkella wara li l-Arċisqof iħalli Malta. Mistoqsi minn dik il- gazzetta jekk il-Pronvinċjal aċċettax l-offerta tal- Arċisqof, kelliem għall- Arċidjoċesi kien qal li "ma jkunx prudenti li l-Arċisqof, li offra l-għajnuna tiegħu lill-Ordni Dumnikana biex tinstab soluzzjoni, jagħti aktar informazzjoni dwar din il-materja tal-istess Ordni." 'Allaħares qassis jiġi ċċensurat għalhekk...' Fost il-ħafna misteri ta' din "iċ-ċensura," hemm ukoll ir-raġuni, għalkemm l-indikazzjonijiet huma li Patri Mark twaqqaf milli jikteb minħabba li kkritika l-istrateġija tal-Knisja fil-kritika tagħha kontra l-emendi proposti mill- Gvern għal-Liġi dwar l-IVF. Montebello kien qal illi, "kull darba, ripetutament, l-istrateġija tal-kampanja tal-Knisja tispiċċa tagħti l-impressjoni li hija kontra drittijiet tal-minoranzi. Din id-darba," kompla Montebello b'referenza għall-kwistjoni tal-IVF, "qed nixhdu isteriżmu, argumenti simplistiċi, tattiċi ta' tbeżżigħ, kruċjati, xenarji ta' apokalissi u frażijiet banali. U dan għadu l-bidu..." Patri Mark kien mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar dawn il-kummenti. Huwa kien wieġeb hekk: "Jien m'għidtx li l-Knisja hi antikwata fil-każ tal-IVF... għidt li l-istrateġija li tidher li l-Knisja lokali qed tuża fil-kampanja biex tqajjem kuxjenza fil-każ tal-emendi għal-liġi tal-IVF mhijiex xierqa. Kull strateġija trid tkun maħsuba ħafna, speċjalment tal-Knisja, li fi żmienna tinsab fi żvantaġġ soċjali." Intant, Fr Joe Borg, responsabbli mir-radju tal-Knisja u anke mill- kontenut, l-aktar dak politiku, tas-sit tal- aħbarijiet tal-Knisja, waqt il-programm Times Talk, filwaqt li qal li ma jafx għaliex Patri Mark ġie ċċensurat, insista li "allaħares qassis ikun iċċensurat għax jikkritika l-istrateġija tal-Knisja fuq kwistjoni jew oħra." EU FUND SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Fund Support Officer fi ħdan il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fl-1 ta' Ġunju 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompliance/Formsan dTemplates.aspx Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn fondi Ewropej/Fondi Bilaterali Il-Provinċjal jibqa' ma jweġibx dwar iċ-ċensura ta' Patri Mark Il-Pronvinċjal tad-Dumnikani f 'Malta jinjora l-email mibgħuta mill-gazzetta ILLUM li tistaqsi għal reazzjoni tliet ġimgħat wara li Patri Mark ġie ċċensurat