Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet sport, iżda t-tfal kuntenti hekk... Kuntenti kif iqattgħu l-ħin liberu? Jirriżulta wkoll li t-tfal Maltin li għandhom 12- il sena huma inqas kuntenti bil-mod kif iqattgħu l-ħin, anke għax x'aktarx ikollhom aktar xogħol tal- iskola x'jagħmlu u x'jistudjaw. Filwaqt li 81% tat-tfal ta' tmien snin huma kuntenti b'dak li jagħmlu fil-ħin liberu tagħhom, kienu 63% ta' dawk li għandhom bejn l-10 u t-12-il sena li wieġbu l-istess. L-istudju jagħmel ukoll referenza għal stħarriġ ieħor li wera kif it-tfal Maltin huma l-aktar li għandhom pressjoni minħabba x-xogħol tal-iskola fost 40 pajjiż ieħor fl-Ewropa. Fost l-inqas attivi minn 15-il pajjiż L-istess studju sab kif meta mqabbla ma' tfal minn 15-il pajjiż ieħor, is-subien u l-bniet Maltin li għandhom 8 snin huma fost l-inqas tfal attivi u l-aktar li jqattgħu ħin fuq il-kompjuter. Fil-fatt huwa kważi l-inqas li jipprattikaw xi sport jew jagħmlu eżerċizzju. Intant, it-tfal li huma ftit akbar huma l-aktar li jqattgħu ħin jaqraw fil-ħin liberu u jagħmlu x-xogħol għad-dar iżda wkoll fost l-inqas li jipprattikaw xi sport jew jagħmlu l-eżerċizzju. L-istudju kkonkluda wkoll li aktar ma jikbru, aktar hemm ċans li t-tfal iqattgħu inqas ħin jipprattikaw l-isport jew l-eżerċizzju u aktar ħin jagħmlu x-xogħol għad-dar, jaraw it-televixin jew fuq il- kompjuter, partikolarment il-bniet. Fid-dawl ta' dan, Cefai jikkwota studji oħra li juru kif in-nuqqas ta' eżerċizzju minn din l-età, x'aktarx li se jkollu impatt dirett fuq ir-rata tal-obeżità f 'Malta fost it-tfal u l-adulti u studju ieħor dwar mard fiżiku u psikoloġiku marbut mal-ħxuna żejda. Fatti dwar it-tfal Maltin • It-tfal Maltin ta' bejn il-11 u l-15-il sena huma l-aktar li għandhom piż żejjed fost 40 pajjiż tal- Ewropa (WHO 2016) • Studju fost l-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja sab li 40% tat-tfal Maltin għandhom piż żejjed jew huma obeżi. (Grech et al. 2017) • 30% biss tas-subien u 10% tal-bniet jagħmlu siegħa eżerċizzju kuljum. Kwart tat-tfal iqattgħu aktar minn sagħtejn jaraw it-televixin kuljum u l-ħin jirdoppja fi tmiem il-ġimgħa (Decelis et al. 2014). • 11% biss tal-Maltin li għandhom bejn il-15 u t-30 sena ħadu sehem f 'attivitajiet organizzati minn klabbs tal-isport fl-aħħar sena. Dan meta l-medja tal-Unjoni Ewropea hija ta' 29%. (Ewrobarometru, 2018). Il-metodoloġija użata L-istudju huwa maqsum fit-tnejn, parti kwantitattiva u parti kwalitattiva. Fil-parti kwantitattiva, intagħżlu 3,000 tifel u tifla li għandhom 8, 10 u 12-il sena minn skejjel tal-istat, tal-knisja u privati. Dan it-tfal wieġbu kwestjonarju. Fil-parti kwalitattiva, intagħżlu żewġ skejjel tal-Gvern, waħda primarja u l-oħra sekondarja, li jinsabu waħda fit-Tramuntana u l-oħra fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Minn kull skola ntagħżlu 10 studenti, subien u bniet, li għandhom 8/9 snin u 12/13–il sena. Dan ħadu sehem f 'focus groups. L-istudju huwa parti minn żewġ proġetti akbar: Children's Worlds International Quantitative Study of Children's Subjective Wellbeing u Children's Understanding of Wellbeing.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018