Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 16 Opinjoni Intervista esklussiva tradotta fedelment għall- Malti minn David Casa għall-gazzetta Illum Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com minn Carmel Cacopardo ILQOXRA tal-pjan nazzjonali għat-trasport intitolat "National Transport Master Plan 2025" fuq nett juri l-emblema tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jurina li kien iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan il-pjan li hu ppubblikat minn Transport Malta kien iffinalizzat f 'Ottubru 2016. Iċ-Chairman (u CEO) ta' Transport Malta, jgħidilna f 'dikjarazzjoni stampata qabel il-pjan, li l-iskop tal-pjan hu biex itejjeb il- kwalità tal-ħajja tagħna. Wieħed mill-oġġettivi ta' dan il-pjan li ftit nisimgħu dwaru huwa dak li jfittex li jipprovdi alternattivi għall- użu ta' karozzi privati biex tkun inkoraġġita mobilità sostenibbli u bħala riżultat tonqos id-domanda għall- karozzi fit-toroq tagħna. Billi, kif anke jgħidilna l-pjan innifsu, madwar nofs il-vjaġġi bil-karozzi privati jdumu inqas minn kwarta, nistgħu nikkonkludu li l-mobilità meħtieġa hi waħda ta' natura lokali u dan għal distanzi ferm qosra. Xi bżonn għandna ta' karozzi privati għal dan? Il-mezzi ta' transport alternattiv mhumiex biżżejjed għal dawn il-ħtiġijiet f 'pajjiż fejn prattikament kullimkien hu tefa' ta' ġebla 'l bogħod? Sirna dipendenti wisq fuq il-karozzi privati. Il-Malti, jgħidilna l-pjan nazzjonali għat-trasport fil-paġna 88, jippretendi li kulħadd jibdel id-drawwiet tiegħu biex hu jkun jista' jibqa' jsuq il- karozza! Din hi l-problema reali tat-toroq Maltin: l-imġiba u l-aspettattivi tagħna. Il- konġestjoni tat-traffiku hi fil-fatt il-konsegwenza ta' din id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi privati. Sfortunatament il-proġetti massiċċi li jindirizzaw l-infrastruttura tat-toroq, kemm dawk li bdew kif ukoll dawk ippjanati, jinjoraw kompletament din id-dipendenza u minflok jiffukaw fuq il-ħtieġa immaġinarja ta' żieda fil- kapaċità tat-toroq. Mela l-politika dwar it-trasport tagħna, flok ma tindirizza dak li qed joħloq il-problemi tal-mobilità, qed tiffoka fuq l-effetti bit-tama li tnaqqashom. Dan sakemm l-effetti jerggħu jakkumlaw u mbagħad ikun ovvjament wasal iż-żmien għal iktar toroq u flyovers! Viżjoni mċajpra iktar minn din għad irrid nara! L-istat Malti ftit qed jinvesti bejn jgħinna nikkuraw ruħna minn din id-dipendenza. Dan l-investiment massiv fl-iżvilupp ta' iktar toroq qiegħed jibgħat messaġġ wieħed, li jkolli ngħid qiegħed jinftiehem b'mod ċar ħafna: il-karozza privata hi l-mezz preferut tal-Gvern Malti għat-trasport. Dan hu l-iktar mod faċli kif tindirizza l-problema: għax bil-flus it-toroq mhux fil- baħar biss tibnihom. B'hekk ikun evitati d-diffikultaiet kbar biex ikunu indirizzati l-attitudnijiet u l-imġiba tagħna lkoll. Attitudnijiet u mġiba li huma r-reazzjoni tagħna, bħala komunità, għan-nuqqas tal-istat Malti (fuq perjodu twil ta' żmien) li jindirizza l-ħtiġijiet tagħna għal mobilità sostenibbli. Meta l-istat jibgħat messaġġ daqshekk ċar jkun qiegħed jinnewtralizza l-impatti pożittivi kollha tal-ftit inizjattivi (b'finanzjament relattivament limitat) favur il-mobilità sostenibbli. Dawn jinkludu, fost oħrajn, sussidji għat-trasport pubbliku, inċentivi biex jinxtraw ir-roti u sussidji biex jinħolqu l-faċilitajiet neċessarji għal xowers fuq il-post tax-xogħol bħala inkoraġġiment għal min irid imur ix-xogħol bir-rota. Madwar erba' snin ilu, l-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima tal-Università ta' Malta kien ippubblika studju li kien ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li kien intitolat The External Costs of Passenger and Commercial Vehicles Use in Malta. Dak l-istudju kien ikkonkluda li l-konġestjoni tat-traffiku kien qed jiekol 1.7% minn dak kollu li jipproduċi l-pajjiż fis-sena. Ma jkunx forsi aħjar kieku flok ma nibqgħu ffissati fuq in-numru u l-qisien tat- toroq inħarsu ftit fil-mera u nirrealizzaw li l-problema mhux it-toroq imma aħna u l-imġiba tagħna? Id- dipendenza tagħna fuqn il-karozzi teħtieġ kura mingħajr iktar dewmien. Ana Gomes: Grazzi Sur Maġistrat talli ġejt. Sven Gielgold: Grazzi Dottor Vella talli ġejt, you are very smart. David Casa: Hawn Tony. Maġistrat Vella: Taf kemm qlajt panik mal- Prim Imħallef għax ma tantx ħa pjaċir. David Casa: U iva, Tony dak mhux Laburist. Maġistrat Vella: U iva David mhux int ukoll kont Laburist, mela nsejtu żmienek qabel l-1987. Fi żmien Dennis Sammut. Ana Gomes: Min kien Dennis Sammut? Għidli, Dottor Vella, tista' tgħidli fejn kellek problema biex tagħmel inkjesta. Kun speċifiku. Maġistrat Vella: Ma nistax ngħid li kelli problema... Bejnietna, imma tgħidu xejn iktar kelli problemi bil-familja ta' Caruana Galizia. Sven Gielgold: HALT, titkellimx aktar. Għidilna xi ħaġa li nistgħu nużaw. Ana Gomes: Si, si, tgħid xejn dwar il-fatt li ma insistejtx li titlob il-laptop lura. Maġistrat Vella: Qed tħawduni tafx. Tal- laptop waqajt għan-nejk, kieku hawn press serja kieku ġabuni pulpetta. Sven Gielgold: Mela Sur Maġistrat għidilna kemm fixkluk il-Pulizija Maltin. Maġistrat Vella: Le, ta, il-Pulizija kienu ta' għajnuna kbira… Sven Gielgold: HALT, HALT, tgħidx aktar. Stop. Das ist no good. Maġistrat Vella: Imma sinjuri aħna għamilna li stajna u wasalna. U ser naslu aktar… Ana Gomes: Mela qed tgħidilna li ser taslu. David Casa: Allaħares taslu, għax kieku Muscat jisplodi fil-popolarità. Sven Gielgold: Sur Maġistrat inti taħseb li Joseph Muscat huwa l-mandant? Maġistrat Vella: Le, żgur li le. Sven Gielgold: HALT, HALT, ieqaf, ieqaf, say no more. I do not like this. Ana Gomes: Sven ma jistax ikun li dan ma jitkellimx għax mhu ser inkunu nafu xejn. David Casa: Ana, naqbel ma' Sven aħjar ma jgħid xejn għax nispiċċaw infottu kollox. Sven Gielgold: Ana jien ma jinteressanix fil-verità, din Malta qisha bassa fil-Mediterran immexxija minn Hitler żgħir. Ana Gomes: Sven inaċċettabli dak li qed tgħid. Anke jien naħseb li Muscat mhux Hitler, żgur aħjar minn Barroso, dak żgur kien bassa, anzi bassa ta' Hitler. Maġistrat Vella: Music to my ears tafx. David Casa: Ejja Ana u Sven ejja nkomplu, ftakru li intom ġejtu hawn biex taqduni għax jekk ma jkollix imbuttatura mhux ser insib għajnuna mill-PN fl-elezzjoni. Kemm hu jaqq dak Delia, hux Tony? Maġistrat Vella: Vera jaqq Delia, ħa ngħidlek għandu raġun Matthew. Sven Gielgold: Jekk jogħġbok, nien politika hawnhekk, Ana Gomes: L-aħħar mistoqsija, inti ser ssir imħallef? Maġistrat Vella: Nispera. Sven Gielgold: Scheizer, ma tistax taċċetta, mhux possibbli, trid tibqa' hemmhekk anki Matthew Caruana Galizia qalilna li trid tobdi. Ana Gomes: Naqbel. David Casa: Ara Tony, kemm għamilt saġriffiċji, dejjem Brussels, inħossni lonely, norqod waħdi ħafna drabi, ħadd to cuddle, ħadd to tell me how much I am loved. Waħdi mat-teddy bear roża biss. Jien dejjem sagriffiċji għamilt. Maġistrat Vella: Isma' ħi, jien mhux skjav tagħkom! Biżżejjed... ser iġġennuni, mhux biżżejjed li Matthew Caruana Galizia beda jgħidli x'nagħmel. Ana Gomes: Daqshekk, daqshekk, għalxejn tkellimna miegħek, ħela ta' ħin. Missek tistħi. Inti Malti ieħor bħall-oħrajn, waħda biss kienet tal-affari tagħha: Defni. David Casa: U jien? Ana Gomes: U iva, insejtek. U int… Ajma!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018