Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Ritratt - Jason Borg "B'kundenza kbira ngħidu li dawn huma wħud mill-isbaħ u l-aħjar 'ranges' li hawn ġewwa l- Ewropa" - Gianluca u William Chetcuti minn Cristian Antony Muscat WARA bosta xhur ta' xogħol intensiv, il-proġett tant mistenni tal-Malta National Shooting Ranges f 'Ta' Kandja sar realtà u se jkun qed jgħin lill-isportivi Maltin jikbru fid-dixxiplini tal-isparar fuq livell internazzjonali li joffri l-istess kumpless. L-ILLUM tkellmet maż- żewġ tiraturi ewlenin f'pajjiżna Gianluca u Wil- liam Chetcuti, li tawna iktar dettalji rigward dawn ir-ranges meqjusa bħala 'state of the art'. Gianluca Chetcuti qal li: "Ix-xewqa ta' ħafna tiraturi u dilettanti ta' dan l-isport fl-aħħar giet maqtugħa hekk kif il- kumpless sportiv ġdid tal-isparar ġewwa Ta'Kandja huwa lest biex jilqa' bosta tiraturi Maltin kif ukoll barranin fil-kompetizzjonijiet kbar li ġejjin. Minkejja li tinsab biss fl-ewwel fażi, dan il- kumpless huwa mibni fuq prinċipji sodi tal-isparar u mżewwaq b'ħafna esper- jenza tan- nies inkarigati li qed imexxu dan il-proġett. Il-purtiera ħadra, li mhux biss toffri veduta u viżibilta' ċara u konsisten- ti tal-plattina, iżda tgħin biex tilqa' l-kumpless mir- riħ kif ukoll isservi bħala reċipjent biex jinġabar iċ-ċomb u t-tifrik tal- plattini. B'hekk għandna kumpless li jagħti pjaċir kbir lit-tiratur għaliex il- plattini ma jiġux affettwati mir-riħ u l-viżibiltà baxxa u madankollu l-kumpless huwa sostennibli għall- ambjent. Fl-opinjoni tiegħi, jiena sifirt u dort bosta kumplessi madwar l-Ewropa u meta nqab- bel il-faċilitajiet barra- nin ma' dawn il- ġodda, b'kunfidenza kbira ngħid li huma uħud mill-isbaħ u l-aħjar 'ranges' li hawn ġewwa l-Ewropa u ninsab ħerqan biex nitħarreġ ġo fihom kif ukoll nilqgħu lill-avversarji barranin ġo fihom!" Tal-istess fehma kien it- tiratur William Chetcuti. Gianluca Chetcuti imkien ma' William Chetcuti Ix-shooting range state of the art f'Ta' Kandja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018