Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
illum Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Sports 26 'Dawn il-kampjonati kienu fost l-aktar eċitanti matul il-karriera tiegħi l-bowling' - Sara Xuereb minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il- bowler ewlenija Maltija, Sara Xuereb, ħadet sehem fil- Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling f 'Ankara fit-Turkija, fejn hemmhekk bħal dejjem kisbet suċċess kbir għal pajjiżna, fejn kisbet il-midalja tal-fidda. Hija tatna iktar dettalji billi qalet li: "Din is-sena kienet it- tieni sena tiegħi li gejt magħżula biex nkun parti mit-tim Nazzjonali Malti sabiex nikkompeti f'dawn il-kampjonati. Flimkien mal-bowlers Maltin, Sue Abela, Justin Caruana Scicluna u Mauro Anastasi, kelli nikkompeti ma' diversi plejers professjonali, ġejjin minn diversi pajjiżi madwar il-mediterran. Personalment dawn il- kampjonati kienu fost l-aktar eċitanti, matul il-karriera tiegħi fil- bowling. Dan għaliex, il-kundizzjonijiet li sibna fuq il-'lanes' hemm fit-Turkija, kienu iebsa mmens u li bħalhom qatt ma ltqajna magħhom Malta. Bħala tim, konna ppreparati biżżejjed li jekk insibu wiċċna ma' dawn is-sitwazzjonijiiet, xorta waħda naddattaw kif nistgħu u jaqblilna, ngħinu lil xulxin, u nissa- portjaw lil xulxin sabiex niksbu riżultati mill-aħjar u mill-aqwa. Minkejja li kellna nagħmlu arranġamenti fil-logħba tagħna, matul dawn il-kampjonati, xorta waħda irrnexxilna niksbu riżultati mil- isbaħ matul il-21 ediz- zjoni tal-MBC. L-ewwel medalja tad-deheb, għal Malta, f'din l-edizzjoni ġiet mirbuħa minn Jus- tin, fl-event tas-Singles. L-għada jien u sieħeb tiegħi fid-Doubles event, Mauro Anastasi, ksibna il-ħames post, wara li tlifna il-medalja tal- bronż għal ftit punti biss. Il-ġurnata ta' wara kien imiss lit-tim Malti biex juri il-kapaċitajiet tiegħu u jiġġieled għal medalja oħra f'dawn il-kamp- jonati. Wara dan l-event konna kburin immens li rnexx- ielna niksbu midalja tal-fidda oħra għal Malta. Jien flimkien mat-tim urejna li għalkemm Mal- ta hija pajjiż żgħir xorta waħda għandu kapaċita' u determinazzjoni daqs pajjiżi kbar oħra bħal, Franza, Spanja, Turkija, Italja, fost oħrajn. Jien flimkien mal-bowl- ers Maltin, Sue Abela u Justin Caruana Sci- cluna, irnexxielna wkoll ngħaddu għall-ġurnata finali, flimkien mal-aqwa tmien bowlers fil-Med- iterran. Din il-ġurnata kienet tassew impor- tanti għalija għaliex wara diversi knockout-direct encounters, ma' plejers professjonali, irnexxieli nikseb il-medalja tal-fid- da wara li gejt maqlugħa minn bowler Franċiża. Bil-medalji kollha li t-tim Malti, kiseb matul dawn il-21 edizzjoni, Malta qiegħda kklassi- fikata t-tielet pożizzjoni mill-pajjiżi kollha li ħadu sehem matul dawn is-snin kollha. Inħossni veru kburija li minn fost dawk il-medalji kollha għal Malta, 3 minnhom ġibthom lura lejn Malta jien, 2 din is-sena u waħda minnhom ksibtha s-sena l-oħra. Tassew qiegħda nistenna ħerqana sabiex is-sena d-dieħla nerġa' inkun parti mit-Tim Malti, sabiex nirrapreżenta lil Malta, fil-22 edizzjoni li ser issir f'Malta stess," temmet tgħid Xuereb. Sara Xuereb bil-bandiera Maltija imkien ma' bowlers oħra Maltin f'Ankara t-Turkija 'L-istaġun 2017/2018 issupera kull stennija li kellna bħala Valletta Futsal' - Jovica Milijic minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, il-plejer Malti mwieled fis-Serbja, Jovica Miljic, rebaħ l-unur personali ferm prestiġjuż tal- MFA Futsal Plejer tas-Sena għat-tielet sena konsekuttiva. L-ILLUM tkellmet ma' Milijic innifsu fejn tana iktar dettalji. Huwa saħaq li: "L-istaġun 2017/2018 is- supera kull stennija li kellna bħala Valletta Futsal. L-objet- tiv tagħna kien illi nikkompe- tu f'kemm jista' jkun finali u l-fatt li pparteċipajna f'kollha kemm huma (play-off, knock- out u Super cup) u tlifnihom kollha kien ta' diżappunt kbir għall-klabb. Xi nies ħallew lil Valletta FC u xi uċuh ġodda ngħaqdu magħha. Kważi ħadd mill-klabb ma kien qed jemmen illi nistgħu nissieltu għall-unuri finali. Matul l-istaġun kellna riżultati perfetti meta rbaħna l-11-il logħba li lgħabna u dan il- fattur għamel lil Valletta bħala favoriti li jirbħu l-kampjonat. Wara li ġejna mill-vaganzi tal- Milied, f'Jannar tlifna żewġ logħbiet importanti kontra l-Universita' ta' Malta, fin-KO u kontra Luxol fl-Elite Group. Din it-telfa kienet deċiżiva biex aħna nispiċċaw fit-tieni post tal-klassifika ġenerali. It-tiġrija finali għat-titlu tatni motivazzjoni kbira u bqajt inżomm il-livell tiegħi kemm nista' matul l-istaġun kollu. Meta ġejna għall-play-offs u konna nafu li Luxol, Ħamrun u Swieqi kienu ser ikunu av- versarji ferm diffiċli. Irnexxielna nirbħu kontra Ħamrun fis-semifinali sabiex għal darb'oħra ltqajna kon- tra Luxol fil-finali. Il-kowċ tagħna Xavier Saliba kompla jagħtina motivazzoni u naħseb illi l-għaqda li kellna bejnietna tatna stimolu biex inkomplu fit-triq tar-rebħ speċjalment fil-logħbiet deċiżivi kontra Luxol. Jidher illi l-wirjiet tiegħi ġew innutati mhux ħażin u kont verament kuntent li ġejt nominat bħala l-futsal plejer tas-sena għat-tielet darba konsekuttiva. Dan kien ta' unur kbir għalija u jtini motivazzjoni biex inkompli nħares iktar 'il quddiem lejn aktar staġuni ta' suċċess." Jovica Milijic imkien ma' Mark Borg