Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Sports 28 'Li tirbaħ il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni bħala Champions hi xi ħaġa eċċezzjonali' - Dr Duncan Borg Myatt minn Cristian Antony Muscat FILĠIMGĦAT li għaddew, Gudja United saru Champions tat- Tieni Diviżjoni wara li għelbu lil Santa Lucia 3-1 f 'decider. Iż-żewġ timijiet kienu promossi għall-Ewwel Diviżjoni u spiċċaw il-Kampjonat b'45 punt. Dan il-ġurnal tkellem mal-president ferm ħabrieki ta' Gudja United, Dr Duncan Borg Myatt, li tana iktar dettalji. Nitkellmu dwar Gudja FC. Dan huwa proġett li s'issa rnexxielek twettqu mija fil- mija minħabba li ħadtu l-promozzjoni saħansitra bħala champions. Iżda fil- verita' kont qed tisten- na li tiksbu dan kollu? Fil-verita' kont naħseb li l-affarijiet ser jiġri bil-maqlub. Fis-sens illi jien kont qed naħseb li l-ewwel ser nibni tim imbagħad forsi nibda nemmen li niġi promoss. Fil-bidu meta bdejna ngħaqqdu t-tim u nsibu l-ele- menti kollha biex tkun skwadra kompetittiva kont naħseb illi biż- żmien nibdew nissieltu għall-promozzjoni. Meta mbagħad event- walment beda l- kampjonat, ma kontx għadni nemmen daqshekk minħabba li għalkemm għamilna pre-season tajjeb ħafna u rbaħna anke xi partiti ta' ħbiberija, kellna l-isfortuna li bdejna nbatu minn ħafna injuries li ħafna minnhom kienu jinvol- vu plejers li kienu ser idumu barra għal tul ta' żmien. Kellna plejers li weġġgħu l-cruciate u cartridge fost l-oħrajn u hawnhekk fejn bdejt naqta' ftit qalbi minħabba li l-iskwadra ma kinitx daqshekk twila li tiflaħ dawn it- tip ta' injuries kollha li diffiċli tispjegaha. Meta mbagħad spiċċa l-ewwel rawnd u rajt illi rkuprajna mhux ħażin, bdejt nemmen illi nistgħu nkunu pro- mossi għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Li mbagħad tirbaħ il-promozzjoni bħala champions hi xi ħaġa eċċezzjonali. Matul dan l-istaġun kellkom sfida denja minn Santa Luċija iżda fl-aħħar kontu in- tom li ħriġtu rebbieħa. Fil-verita' kellna ħames timijiet oħra illi kienu qed jissieltu sabiex jitilgħu għall- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. F'kull kampjonat normalment fit-tieni rawnd l-isfida tkun ristretta għal żewġ jew tliet timijiet. Minkejja kollox ftit ġranet qabel ma spiċċa l-kampjonat kellna sitt timijiet illi kollha kemm huma kellhom iċ-ċans illi jiġu pro- mossi u dan juri kemm kien kampjonat sabiħ u bilanċjat. Fil-fatt barra Sta Lucia, kien hemm ukoll Swieqi, Fgura, Siġġiewi u Marsaxlokk li bdew jagħtu sfida denja. Jekk toqgħod tqis id-differenza bejn l-ewwel tim u s-sitt wieħed kienet biss ta' seba' punti. Barra minn hekk dawn it-timijiet kollha kellhom l-am- bizzjoni li jiġu pro- mossi iżda fil-verita' kellna nkunu aħna u Santa Lucia flimkien imbagħad ma' Swieqi li rebħu l-play-off li tlajna għall-Ewwel Diviżjoni. Minkejja li aħna kellna diversi injuries matul il-kors tal-istaġun u minkejja illi sibna xi ftit tad-dif- fikultajiet li kull klabb jiltaqa' magħhom, żammejna sod u ksibna dak li fl-aħħar mill- aħħar ħdimna għalih. M'hemmx xi ngħidu mela allura l- kampjonat tat-Tieni Diviżjoni kien wieħed missielet ħafna... Jien ngħid illi l-livell ta' din is-sena kien wieħed mill-aqwa. Fil-fatt dan huwa dovut għall-fatt illi hemm di- versi plejers illi sa sen- tejn ilu kienu jilagħbu fil-PremierLeague Malti. Hemm xi wħud minn dawn il-plejers illi niżlu fit-Tieni Diviżjoni minħabba l- eta' u dan għen sabiex bl-esperjenza tagħhom isebbħu dan il-kamp- jonat. Kemm aħna kif ukoll Santa Luċija u Marsaxlokk kienu qed jilagħbu bi plejers li kienu jipparteċipaw fl-ogħla kampjonat ta' pajjiżna. Nista' ngħidlek illi kellna staġun ferm eċitanti u kumbattut f 'kull sens. Fl-istess ħin konna kuntenti wkoll bħala klabb tat-Tieni Diviżjoni bil-livell ta' barranin li kien hemm għax kien hemm x'tara ta' vera. Irrid fuq kollox infaħħar lil Santa Luċija għall- plejer Kolombjan tagħhomPerdomo li kien ta' livell għoli. Anke aħna kellna ple- jer mil-Liberja bl-isem ta' AdolphusNagbe li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' pajjiżu. Dawn it-tnejn flimkien ma' oħrajn taw spinta sabiex dan il-kamp- jonat ikun wieħed ferm sabiħ. Plejers u diriġenti ta' Gudja United jirħu bil-kbir wara l-promozzjoni li kisbu għall-Ewwel Diviżjoni bħala Champions tat-Tieni Diviżjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018