Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 29 'Kien titlu li dejjem ħdimna għalih bħala tim magħqud imma l-isforz irid jigi mill-individwu wkoll' - Lucretia Hili minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew it-tim ewlieni tan-Netball f 'pajjiżna, Silverbacks, kompla jikkonferma d-dominju assolut tiegħu f 'dan l-isport f 'pajjiżna meta reġa' ttrijonfa bil-kbir permezz tar-rebħ tal- Kampjonat. L-ILLUM tkellmet ma' waħda mill-plejers ew- lenin ta' dan it-tim, Lu- cretia Hili, fejn tatna iktar dettalji. Hija qalet li: "Din mhux l-ewwel darba li rbaħna l-Kampjonat 'unbeaten'. Huwa titlu li dejjem ħdimna għalih bħala tim maghqud imma l-isforz irid jigi mil indi- vidwu wkoll. In-Netball, partikolarment nista' nit- kellem fuq il-pożizzjoni li nilgħab fiha jiena, jinvolvi apparti teknika, ħafna fitness ukoll li kellna naħdmu għaliha waħedna. Dis-sena sfortunatament affaċċjajt xi injuries però ma żammewnix lura milli nibqa' nit- trenja waħdi u mat-tim. Għalija, li nerġgħu nirbħu l-Kampjonat tfisser ħafna speċjalment meta naf li affaċjajna xi drawbacks li bagħtu lit-tim kemmxejn lura. Esperjenzi bħal dawn aktar immotivawni biex nistinka għat-titlu li tant kien ħaqqna. It-tim għandu trag- wardi ġodda biex dejjem nibqgħu ntejbu l-livell tagħna u nixtiequ li jkollna l-opportunità biex inġibu aktar esperjenzi fin-Netball fosthom li nsiefru barra minn Malta biex nikkompetu ma' timijiet barranin. Apparti li n-Netball jfisser ħafna għalija bħala sport u kont kuntenta li erġajna rbaħna l-Kampjonat għar-raba' darba, huwa sport fejn niltaqa' u naqsam esper- jenzi sbieħ kif ukoll espe- rjenzi diffiċli mal-akbar ħbieb tiegħi li nqishom daqs familti." 'Permezz ta' dan ir-riżultat issa qiegħed l-ewwel fir- rankings ta' Malta' - Mark Formosa minn Cristian Antony Muscat Mark Formosa għandu 24 sena u iIu jittrenja 10 snin u jieħu sehem f'kompetizzjonijiet tal- powerlifting mill-2011 meta kellu 17-il sena. Dan il-pow- erlifter ewlieni Malti tana iktar dettaji fuq dan l-isport li tant iħobb u li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f'pajjiżna. Huwa qal li: "Sa minn meta kont żgħir, kont nieħu sehem f'kompetizzjonijiet nazzjonali u waħda mix- xewqat tiegħi kienet li nieħu sehem f'kompetizzjoni internazzjonali biex nirrapreżenta lil Malta. F'kull kompetizzjoni li kont nieħu sehem dejjem kont nagħmel progress u b'hekk ikolli iktar esperjenza f'dan l-isport. Tul dak iż-żmien dejjem kont nagħmel titjib kemm bħala numri kif ukoll bħalha tekniċi ta' eżerċizzji. Dan l-isport jinvolvi tliet eżerċizzji li huma squats, bench press u deadlifts. Fl- ewwel kompetizzjoni li kont ħadt sehem fiha kont erfajt Squats 170KG, Bench Press 122.5KG u Deadlift 205KG deadlift. Bħala l-ewwel kompetizzjoni tiegħi kien riżultat tajjeb u kont ħriġt sodisfatt u dak iż-żmien ix-xewqa tiegħi kienet li nkun fl-ewwel post ta' Malta fir-rankings. Tħajjart li nieħu sehem f'kompetizzjoni internazz- jonali wara l-kompetizzjoni ta' Ottubru 2017 fejn kont ġejt l-ewwel fin-Nazzjonal b'refgħat ta' 235 Squats, 205 Bench li bħalissa huwa l-Junior World record u Deadlift 275kg fil-kategorija tal-100kg. Bir-riżultat li kont ġibt, ħassejtni kunfi- denti u kelli ċans li nieħu sehem f'kompetizzjoni in- ternazzjonali li ħa jkun iktar ta' livell għoli, għax jieħdu sehem nies minn pajjiżi dif- ferenti. Dis-sena saret kompetiz- zjoni tal-Powerlifting li hija l-European Champion- ships fl-Ingilterra li saru ġol- gym 'Motiv8' ġewwa King's Lynn fis-6 ta' Mejju li għadda. Il-parteċipanti ki- enu minn diversi pajjiżi dif- ferenti fosthom l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Iżvizerra. Barra minnhekk kien hemm atleti ta' kull età, minn età żgħira bħal 18-il sena u età kbira bħal 78 sena. Jien kont fil-kategorija seniors tal-100kg b'refgħat ta' 245kg Squat, Bench press 200 u Deadlift 290Kg u total ta' 735KG fejn b'dan it total ġejt l-ewwel post fil-kategorija tal-100kg. Bħala l-ewwel darba f'kompetizzjoni internaz- zjonali, dan kien riżultat pożittiv ħafna għax b'dan ir-riżultat barra li ġejt l-ew- wel fil-100kg f'Kampjonat tal-Ewropa, b'dan ir-riżultat issa qiegħed l-ewwel fir- rankings ta' Malta. Għal din il-kompetitizjoni kont ilni nipprepara minn Jannar li għadda. Nirrin- grazzja lit-tfajla tiegħi ta' kemm għamlet miegħi, kemm issapportjatni fuq trejning u dieta, kif ukoll tal-motivazzjoni tagħha biex ma naqtax qalbi u nkompli nagħmel iktar progress. F'dan l-isport jista' jik- kompeti kulhadd ta' kull età minn 14-il sena sa 'l fuq minn 70 sena. Il-Powerlift- ing huwa sport sabiħ għax barra li b'dan l-isport tkun iktar b'saħħtek anke jkol- lok saħħa mentali peressli jinvolvi dixxiplina biex tkun iffukat fit-trejning biex ma tweġġax u biex ma tiġix distratt."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018