Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897
illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Sports 30 Gary Giordimaina twieled il- Pietà fid-19 ta' Jannar 1998. F'dawn l-aħħar tmien snin, dan iż-żagħżugħ stabbilixxa ruħu bħala l-aqwa lottatur freestyle fi gżiritna. Wara li beda l-karriera tiegħu fil-kategorija cadets u junior, ftit tas-snin ilu beda jikkompeti fil-livell tal- kbar. Il-lista ta' parteċipazzjonijiet ta' Gary hija waħda impressjonanti. Ħa sehem b'suċċess u rebaħ fil-Logħob tal-Commonwealth li saru l-Kanada fis-sena 2015 kif ukoll kiseb il- midalja tad-deheb fil-logħob tal- Mediterran. Huwa spiċċa fit-tieni post fl-istess logħob li saru fi Spanja sena wara. Giordimaina kien finalist fi tliet edizzjonijiet konsekuttivi tal- Isportivi Nazzjonali fejn spiċċa fit- tieni post fl-2016 u l-2017 filwaqt illi din is-sena ma rebaħx l-unur għal żewġ punti biss. Fl-età ta' 20 sena Gary ilu jikseb unuri sa mis-sena 2011 u ngħata scholarship mill-Università tal- Kanada. Dan l-istess scholarship għenu sabiex sentejn ilu seta' jieħu sehem f 'turnament imsejjaħ Nordhagen Classic fejn rebaħ il-midalja tal-fidda filwaqt illi fil-Junior Commonwealth Championship kellu suċċess enormi hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb. Huwa jikkompeti l-aktar fil- kategorija tal-57 kilogramma u għandu lil missieru Jesmond Giordimaina li huwa l-kowċ personali tiegħu. Dan tal- aħħar m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif kellu karriera ta' 22 sena fil-qasam tal-lotta u huwa meqjus bħala l-fundatur ta' dan il- logħob f 'pajjiżna. It-tifel tiegħu għandu futur sabiħ quddiemu hekk kif jinsab determinat illi jkompli jiżviluppa t-talenti sbieħ illi għandu fil-lotta jew kif inhi msejħa bl-Ingliż wrestling. Tista' tispjegalna eżattament xi tfisser u x'tinvolvi d-dixxiplina tal- lotta? Meta wieħed isemmi l-kelma lotta bil-Malti tista' tispjegaha bħala qliba. Meta tkun għadek żgħir u fis-sajf tmur ħdejn il-baħar ġo bajja mimlija ramel, jgħidulek "Ejja ħa nagħmlu qliba!" U hemm tara t-tfal jitqallbu bejniethom fir-ramel sabiħ Malti. Il- lotta jixbah ħafna l-ġudo għalkemm ma jkollniex l-ilbies illi jkollhom il-ġudokas. Boutfir-wrestling normalment tkun bejn żewġ lottaturi fejn l-objettiv prinċipali hu li wieħed minnhom jissupera lill-ieħor fiżikament. Il-lotta tinqasam ukoll f 'żewġ stili partikolari li huma Freestyle u Grego-Roman. Meta ngħidu freestyle, int tista' tuża ġismek kollu u tista' wkoll tattakka s-saqajn filwaqt illi fil-Grego-Roman int tista' tattakka minn qaddek 'il fuq. Kemm huwa popolari f 'pajjiżna dan l-isport? Ifhem hawn Malta l-lotta mhux daqshekk popolari minħabba ċ-ċokon ta' dan il-pajjiż. Madankollu l-ftit lottaturi illi għandna nqisu lilna nfusna bħala familja fejn ngħinu lil xulxin sabiex inkunu atleti aħjar. Jien nemmen illi jekk din id- dixxiplina tiġi introdotta fl-iskejjel, iktar tfal isiru jafu dwarha u l-parteċipazzjoni tiżdied. Jien nara l-lotta bħala sport li għandu potenzjal li jista' jikber iżda trid iż-żmien sabiex timplimentah fl-iskejjel. Nemmen illi ma nistgħux nintroduċu biss sports bħall-futbol u l-basketball u nħallu barra dixxiplina bħal din li nafu kemm tista' tikseb benefiċċji fiha. Naf illi int għandek lil missierek bħala kowċ. Kemm huwa ta' vantaġġ għalik dan il-fatt? Iva hekk hu. Meta jien kont għadni żgħir niftakar qisu lbieraħ nara lil missieri jikkompeti fejn rebaħ unuri kbar fil-karriera tiegħu. Wara xi żmien hu laħaq bħala kowċ nazzjonali tal-lotta. Minn hemm bdejt nara l-ħeġġa tiegħu biex jgħin u jrawwem tfal u żgħażagħ jirnexxu f 'dan l-isport. Kien f 'dan il-waqt illi bdejt nitħajjar jien ukoll nieħu din id-dixxiplina bis-serjetà. B'hekk tista' tgħid illi ġbidt lejn dik it-triq u komplejt nimxi fuq il-passi ta' missieri. Bħal kull dixxiplina oħra li għandha x'taqsam mal-arti marzjali hemm ukoll kategoriji differenti. Int bħalissa f 'liema kategorija tinsab? Fil-verità sa ftit tas-snin ilu kont nikkompeti kontra atleti li jiżnu mal-55 kilogramma iżda riċentement qlibt mal-kbar u issa qed noħodha kontra dawk il-lottaturi illi jiżnu mas-57 kilogramma. Għamilt dan il-pass għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett għax bdejt inżid fil-livell tiegħi u t-tieni għax kont qed nipprepara għal-logħob tal-Commonwealth. Issa jien teknikament minħabba l-età tiegħi stajt ikkompetejt mal- kategorija taż-żgħar iżda għal dawn l-aħħar tliet snin ridt nipprepara ruħi għal sfidi ġodda u nkun lest meta niġi biex naffrontalottaturi ta' ċertu kalibru. B'xorti tajba x-xewqa tiegħi saret realta' u dak it-taħriġ intensiv illi kelli ġie ppremjat minħabba illi ġejt magħżul biex nikkompeti għal pajjiżi. Kont kburi ħafna illi wasalt għal dan il-pass tant importanti fil-karriera tiegħi. X'tikkummenta fuq l-esperjenza unika li kellek riċentament waqt il- Logħob tal-Commonwealth? Bażikament sa minn meta konna nafu l-polza tagħna, konna nafu li mhux polza faċli kontra l- Pakistan. U f 'kompetizzjonijiet bħal dawn bħal kwalunkwe kompetizzjoni oħra tar-wrestling il-polza hija parti importanti ħafna mir-riżultat kif jaf kull lottatur. Iżda xorta waħda ħriġt u tajt kollox. Bħala fitness kont aħjar minnu sew għax ħassejtu li għejja iktar minni u b'hekk ippruvajt inċaqalqu biex inkompli ngħejjih u nkun nista' nieħu l-punti iżda batejt meta nżilt minn isfel u minn hemm tlift il-maġġoranza tal-punti. Kelli naqra ta' injury fi spallti li ilha ttellifni u erġajt ħassejtu hekk kif ippruvajt niddefendi minn isfel u b'hekk ħadli l-punti minn hemm. Minn fuq kont b'saħħti u kelli nifs superjuri iżda f 'kompetizzjonijiet ta' dan il-livell, l-iċken żvantaġġ jaf jagħmel differenza kbira. Meta tqis li l-lottatur mill-Pakistan kompla biex rebaħ midalja tal-bronż u tqis kollox tajt prestazzjoni tajba u għalkemm xtaqt li kelli ċans nerġa' nitla' fuq it-tapit għal ġlieda oħra, ninsab kuntent bil-wirja tiegħi kontra wrestler ta' livell tant għoli. Li kelli draw iktar faċli ċert li kont nersaq qrib ta' midalja iżda kif għidtlek id- draw ma ġietx favurina. X'emozzjoni ħassejt meta ġarrejt il-bandiera Maltija waqt il-ftuħ ta' dwan il-logħob? Bla dubju kienet esperjenza li mhu ħa ninsa qatt u naħseb li m'hemmx kliem biex niddeskrivi dak li vera ħassejt hekk kif dhalt fl-arena. Li tara dawk in-nies jgħajtu u jkollok lil pajjiżek warajk hija xi ħaġa li naħseb kull atleta joħlom li xi darba jesperjenza. Huwa tassew unur għalija li ta' età żgħira ġejt magħżul fost l-aqwa atleti Maltin biex inġorr il-bandiera Maltija. L-enerġija enormi li ħassejt f 'dik l-arena u fil-villaġġ tal-atleti kompliet ittini l-kuraġġ biex inġib riżultat tajjeb għal pajjiżi. X'inhuma s-sagrifiċċji illi wrestler għandu jagħmel sabiex ikollu suċċess f 'dan l-isport? Ifhem trid tkun dejjem preparat li tagħmel sagrifiċċju b'mod partikolari bi skeda mimlija ferm. Huwa mportanti illi lottatur jgħix ħajja sana f 'kull sens bħall-ikel li jiekol filwaqt illi toqgħod 'il bogħod minn kull sustanza li tista' tagħmillek il-ħsara. Peress li f 'Malta dan l-isport mhux daqshekk popolari, is-sagrifiċċji jiżdiedu aktar u ġieli tiltaqa' ma' nies li mhux dejjem jifhmu s-sagrifiċċji li trid tagħmel sabiex tirnexxi f 'din id-dixxiplina. Ġieli tħossok waħdek f 'mumenti partikolari iżda jien għandi x-xorti illi għandi lil missieri li jifhimni għax għadda minn dan kollu meta kien atleta fil-lotta. Iżda fl-aħħar mill-aħħar wara li tgħaddi kompetizzjoni u tikseb is-suċċess tieħu r-riżultati ta' dak li ħdimt għalih. Is-sena 2017 kienet waħda ferm pożittiva għalik minħabba li ħadt sehem b'suċċess f 'diversi avvenimenti kemm fuq livell domestiku kif ukoll fuq livell internazzjonali. X'tiftakar l-aktar mis-sena li għaddiet? Nista' niddeskrivi s-sena 2017 bħala waħda tajba ħafna. Fit-12-il xahar illi għaddew bħala lottaturi Maltin tlajna nikkompetu fir- Renju Unit għal tliet darbiet. Fil- fatt fl-Ingilterra ġew organizzati 'M'hemmx kliem biex niddeskrivi dak li vera Cristian Antony Muscat Gary Giordimaina - lottatur ewlieni Malti li riċentament ħa sehem l-logħob tal- Commonwealth u li kellu l-unur uniku li jġorr il-bandiera Maltija ċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' dawn il-logħob. "Li tara dawk in-nies jgħajtu u jkollok lil pajjiżek warajk hija xi ħaġa li naħseb kull atleta joħlom li xi darba jesperjenza. Huwa tassew unur għalija li ta' età żgħira ġejt magħżul fost l-aqwa atleti Maltin biex inġorr il-bandiera Maltija."