Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 31 turnaments ta' kwalifikazzjoni għal- logħob tal-Commonwealth. F'dan l-avveniment l-Ingliżi kkompetew bejniethom sabiex jintgħażel tim nazzjonali għall-Ingilterra. Din l-għażla saret bir-reqqa mill-kowċis rispettivi sabiex waslu għall- iskwadra finali. Għalina din kienet esperjenza kbira fejn rajna l-aqwa lottaturi Ingliżi jissaraw sabiex jiksbu post fl-aqwa avveniment mistenni minn kulħadd. Fil-bidu ta' din is-sena meta saru l-Isportivi Nazzjonali int ġejt nominat bħala wieħed mill- kontendenti għall-Isportiv tas-sena. Kien hemm konkorrenza kbira u ma kinitx faċli li tasal sal-aħħar. X'taħseb? Iva, nikkonferma illi l-atleti kollha li ġew nominati kienu ta' ċertu kalibru. Għalkemm ma rnexxilix nirbaħ, għalija xorta huwa ta' unur li ġejt nominat mill-federazzjoni Maltija tal-lotta sabiex inkun fost il-lista uffiċjali. Li tiġi magħżul fost l-aqwa atleti tal-pajjiż għalija huwa ta' unur kbir. Dan juri illi s-sena li għaddiet kienet waħda pożittiva ferm għalija u nibqa' niftakarha għal dak kollu li għamilt u li ksibt. L-akbar sodisfazzjon għalija kien illi ħadt sehem fil-kategorija tal-kbar u li għamilt qabża kbira 'l quddiem fil-karriera tiegħi. Din il-qabża kelli nagħmilha bilfors sabiex inkun nista' nipprepara għal-Logħob tal- Commonwealth. Meta ħadna sehem fil-logħob ta' kwalifikazzjoni għall- Commonwealth kif diġà għedtlek morna l-Ingilterra u peress li għandna relazzjoni tajba mal- federazzjoni Ingliża ta' wrestling, b'kollaborazzjoni kbira tawna permess nikkompetu magħhom. Matul is-sena 2017 ħadna sehem ukoll f 'avvenimenti fi Spanja u Sardinja u m'hemmx xi ngħidu l-esperjenza li ħadna f 'dawn il-kompetizzjonijiet kienet memorabbli. Li nista' ngħid hu li dawn il-parteċipazzjonijiet jgħinu ħafna lilna l-atleti sabiex naslu għal- livell li verament nixtiequ. Kemm huwa ta' vantaġġ illi jkollok lil missierek li huwa l-kowċ personali tiegħek? Bla dubju illi huwa ta' vantaġġ kbir għax bħal donnu jkun miegħi erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Missieri jieħu ħafna paċenzja bija u napprezza dak kollu li għamel għalija. Żgur mhux forsi illi kieku mingħajr il-pariri tekniċi tiegħu ma kontx nasal fejn wasalt illum il- ġurnata. Fl-istess ħin inħoss illi missieri kkontribwixxa mhux ftit għax- xena tal-lotta f 'pajjiżna fejn kellu karriera ta' 22 sena fejn rebaħ diversi midalji u ħa sehem f 'diversi kompetizzjonijiet. Illum il-ġurnata hu qed jieħu ħsieb illi jrawwem żgħażagħ illi jixtiequ jagħmlu karriera f 'dan l-isport u kburi ngħid illi qed jikseb riżultati prestiġjużi. Fl-aħħar nett x'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek għall-futur fejn għandu x'jaqsam lotta? Fil-verità bħalissa qed nikkonċentra fuq il-logħob tal- Commonwealth illi ser isiru bejn l-4 u l-15 t'April fl-Awstralja. F'moħħi għandi illi li nikseb riżultat tajjeb hemmhekk. Wara li jispiċċaw dawn il-logħob ser inkun qed nikkonċentra fuq il-Logħob tal-Mediterran li ser isiru bejn it-22 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju f 'Tarragona fi Spanja. Jekk Alla jrid nittama illi nkun nista' nagħmilha hemmhekk sabiex inkompli ntejjeb ir-riżultati tiegħi. Ma nistax ma ninkludix ukoll il-logħob għall-pajjiżi Ewropej fejn jien ukoll hemmhekk qed nimmira li jkolli wirjiet tajbin. Dawn il-kompetizzjonijiet maġġuri ser ikunu dawk li l-aktar ħadt sehem fihom u ser nagħmel l-almu tiegħi kollu biex immur tajjeb fihom. vera ħassejt meta ġarrejt il-bandiera Maltija' Twieled il-Pietà d-19 ta' Jannar 1998. Huwa lottatur ewlieni Malti li riċentament ħa sehem l-logħob tal-Commonwealth u li kellu l-unur uniku li jġorr il-bandiera Maltija ċ- ċerimonja tal-ftuħ ta' dawn il-logħob. F'dawn l-aħħar tmien snin, dan iż-żagħżugħ stabbilixxa ruħu bħala l-aqwa lottatur freestyle gżiritna. Wara li beda l-karriera tiegħu l-kategorija cadets u junior, ftit tas-snin ilu beda jikkompeti l-livell tal-kbar. Gary Giordimaina "L-enerġija enormi li ħassejt f 'dik l-arena u fil- Villaġġ tal-atleti kompliet ittini l-kuraġġ biex inġib riżultat tajjeb għal pajjiżi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018