Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Ministeru ma jiċħadx li l-iskola primarja tal- Mellieħa se terġa' ma tlaħħaqx mal-istudenti L-iskola primarja tal-Mellieħa diġà qed taff aċċja problema ta' spazju tant li 80 student qed jirċievu l- lezzjonijiet fi l-Mellieħa Sports Club ILMINISTERU għall- Edukazzjoni ma ċaħadx il- possibbilità li l-Gvern ifittex aktar siti alternattivi biex jilqgħu fihom klassijiet għall-istudenti tal-iskola primarja tal-Mellieħa. Fit-22 ta' April li għadda, il- gazzetta ILLUM irrappurtat kif din l-iskola diġà qed taffaċċja problema ta' spazju, tant li lura fl-2016, il-Kumitat tal-Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika kien approva emenda mressqa mill-Gvern bil-għan li l-Mellieħa Sports Club ikun jista' jintuża bħala estensjoni ta' din l-iskola. Għall-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, kelliema għall-Ministeru kkonfermat li bħalissa l-Mellieħa Sports Club, li jinsab ftit passi 'l bogħod mill-iskola, qiegħed jilqa' fih 80 student imqassma f 'seba' klassijiet. Fl-istess seduta tal-Kumitat, imsemmi aktar 'il fuq, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, kien ikkwotat jgħid li minħabba l-influss ta' barranin inħolqot "pressjoni qawwija" fuq l-iskola, tant li nħarġet espressjoni ta' interess f 'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa biex binijiet oħra jintużaw bħala estensjoni tal- iskejjel. Il-Mellieħa Sports Club kienet waħda minn dawn il-faċilitajiet. 'Jitilqu 62 student jidħlu 80' Madanakollu, sorsi li kienu tkellmu mal-gazzetta ILLUM saħqu li mis-sena skolastika li jmiss se terġa' tinħoloq problema ta' spazju f 'din l-iskola primarja tant li jista' jagħti l-każ li jkollhom jinstabu siti alternattivi oħra biex jilqgħu xi klassijiet. Mitlub jikkonferma dan, il- Ministeru għall-Edukazzjoni għażel li ma jweġibx la jekk dan hux minnu u anke liema huma s-siti li jistgħu jiġu kkunsidrati. Minkejja dan, ikkonferma dak li kienet irrappurtat din il- gazzetta, jiġifieri, li kif jiġri kull sena, f 'Ottubru li ġej se jkunu qed jidħlu aktar studenti milli se joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin u dan meta diġà hemm problema ta' spazju. Skont il-Ministeru, preżentament din l-iskola tilqa' fiha 620 student minn kindergarten 1 sa Year 6. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitilqu 62 student u f 'Ottubru li ġej se jidħlu madwar 80 student ġdid. Klassijiet fil-każin tal-banda? L-istess sorsi, li kienu tkellmu mal-gazzetta ILLUM kienu qalu li l-uniku siti alternattivi li jistgħu jilqgħu aktar klassijiet huma, jew is-sala parrokkjali (li kienet diġà ssemmiet qabel il-Mellieħa Sports Club), jew wieħed miż-żewġ każini tal- banda, inkella l-binja tas-Soċjetà Korali u Orkestrali Marija Bambina. Għall-kuntrarju tal-Mellieħa Sports Club, dawn is-siti jinsabu ftit 'il bogħod mhux ħażin mill- iskola. Il-Ministru Bartolo kien ammetta li siti alternattivi żgur mhux is-soluzzjoni ideali, għax fi kliemu l-aħjar huwa li "nkabbru l-iskejjel u nestenduhom," għalkemm kien saħaq li "ma tistax tfaqqa' subgħajk u tfaqqas skola." L-Awtorità tal-Ippjanar għadha qed tevalwa l-estensjoni Fil-fatt, għadu mhux magħruf meta se jibda l-bini tal- estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa għalkemm preżentament l-applikazzjoni (PA2255/18) qed tiġi pproċessata mill-Awtorità tal- Ippjanar u tinsab fl-istadju tal- iscreening. Fit-tweġibiet tiegħu, il- Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad li fuq billboards kienet ingħatat espressjoni artistika differenti minn kif fil-fatt ġejja l-estensjoni tal-iskola. Il-Ministeru spjega kif fuq il-billboards la kien hemm impressjoni artisitika u lanqas pjanta imma sempliċiment ritratt tal-iskola li jindika fejn ser isir il-proġett. "Il-billboards preżenti juru kif il-proġett issa se jkopri spazju akbar," temm jispjega l-Ministeru. Il-Ministeru ma jiċħadx tlaħħaqx mal-istudenti L-iskola primarja tal-Mellieħa diġà qed taff aċċja problema ta' spazju tant li 80 student qed jirċievu l- lezzjonijiet fi l-Mellieħa Sports Club Skola Mellieħa L-iskola tal-Mellieħa u l-Melliaħa Sport Club Il-pjanta li turi l-estensjoni tal-iskola

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018