Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 FILĠIMGĦAT li ġejjin se jibda x-xogħol biex jiġu rrestawrati sitt siti storiċi li ntgħażlu minn fost 13- il sottomissjoni li tressqu mill-kunsilli lokali skont skema apposta mnedija mill- Ministeru għal Għawdex. Ir-riżultati tħabbru mill- Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wara li sitt kunsilli lokali kkwalifikaw b'suċċess għal din l-iskema ta' restawr. Il-Ministru Caruana fakkret kif l-għan ta' din l-iskema kien li permezz ta' fondi apposta allokati mill-Ministeru għal Ghawdex, il-wirt storiku Għawdxi jingħata l-importanza li tixraqlu u jiġi ppreservat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Hija fissret li skemi bħal dawn ikomplu jagħtu sostennn lill- kunsilli lokali biex jilħqu l-miri tagħhom u l-Ministeru għal Għawdex dejjem lest li jgħin u jsosni l-ħimda li ssir fil- lokalitajiet Għawdxin. Il-Ministru Caruana qalet li kulma jmur, il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem id f 'id mal-kunsilli lokali Għawdxin biex tkompli titrawwem il- koperazzjoni bejniethom. Hija awgurat li b'ħidma bħal din, il-Ministeru jkun katalist biex inissel fil-komunitajiet lokali aktar għożża għall-ambjent urban jew rurali li jkollu rabta mal-karattru tradizzjonali f 'kull lokalità. Is-siti li ser jiġu rrestawrati huma: Il-monument ta' Mro. Vincenzo Caruana Spiteri – Sannat: Xogħol tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li jfakkar lis-Surmast Vincenzo Caruana Spiteri li miet fl-età tenera ta' 36 sena. Huwa ta kontribut siewi lill-komunità Sannatija kemm fil-mużika kif ukoll fil-lat edukattiv bħala Surmast tal- Iskola Primarja ta' Sannat. In-niċċa tal-Madonna ta' Loretu – Victoria: Li tinsab fi Triq Għajn Qatet, fit-tarf tal-Belt Victoria, hi ikonika fil-gżira Għawdxija, niċċa devota li skont l-istorja, kienet issirilha festa kull sena. Is-salib fi-Pjazza l-Assunta – Żebbuġ: Li hu tipiku bħal oħrajn fi kważi kull pjazza f 'Għawdex, kif ukoll simbolu li dak ir- raħal ġie elevat għall-istat ta' parroċċa. Niċċa fi Triq Salvu Gambin – Għasri: Li tmur lura sas-sena 1773 u tinsab fil-qalba ta' dan ir-raħal pittoresk Għawdxi. Hi niċċa partikolari ħafna fl-istil tagħha peress li tinsab fuq gallerija li qed tistrieħ fuq tliet kolonni u tirrapreżenta lill-Anġlu Gabrijel iħabbar lil Marija li se ssir Omm Alla. Għajn Tuta – Kerċem: Għajn tal-ilma ġieri, sors ta' ilma għal għadd ta' bdiewa fil- madwar, wieħed mill-ftit li fadal bħalu f 'Għawdex, sit skedat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Statwa tal-Madonna fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra – Xagħra: Statwa ferm ċentrali fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, mibnija minn Ġanni Gauci mix- Xagħra fis-sena 1881, u li tul il-medda tas-snin, sarulha xi modifikazzjonijiet. Fl-1965 kienet inbidlet l-istatwa peress li kienet iddeterjorat biż-żmien. L-istatwa preżenti nħadmet minn Wistin Camilleri u dak iż-żmien ġiet tiswa £40. illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 IR-RABA' SEJĦA TAĦT IL-PROGRAMM INTERREG EWROPA L-Unità tal-Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi tixtieq tinforma li r-rabà sejħa għall-proposti ta' proġetti taħt il-Programm Interreg Ewropa 2014-2020 fetħet fis-7 ta' Mejju 2018 u ser iddum miftuħa sa' nofsinhar tat-22 ta' Ġunju 2018. Din is-sejħa, li mistennija tkun l-aħħar waħda taħt dan il-Programm, għandha allokazzjoni baġitarja ta' madwar € 74 miljun FEŻR u ser tiffoka fuq l-oqsma prijoritarji li ġejjin: a. Tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; b. It-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs; c. Appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju fis-setturi kollha u d. Il-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi. Il-benefiċċjarji eliġibbli jinkludu awtoritajiet pubbliċi, korpi rregolati mil-liġi pubblika u entitajiet privati li ma jagħmlux profitt u li joperaw fiż-żona eliġibbli tal-Programm li tinkludi 28 Stat Membru Ewropej, kif ukoll in-Norveġja u l- Isvizzera. Aktar informazzjoni tista tinkiseb mill-websajt tal-FPD www.eufundsmalta.gov.mt jew il-websajt tal-Programm http://www.interregeurope.eu / kif ukoll bit-telefon fuq 2200 1142 jew permezz ta' imejl lil territorialcoop.fpd@gov.mt . PROGRAMM INTERREG EWROPA 2014-2020 Programme parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall -Iżvilupp Regjonali (FEZR) Rata ta' co- finanzjament: 85% /75% Fondi Ewropej; 15% Fondi Nazzjonali Aħbarijiet FILĠIMGĦAT li ġejjin Għawdex dejjem lest li jgħin Spiteri li miet fl-età tenera ta' 36 Mill-Madonna ta' Loretu sa tar-Ramla l-Ħamra; sitt siti Għawdxin għar-restawr 'Muscat u l-Gvern qed joħorġu ta' beżżiegħa' – AD L-Alternattiva Demokratika tikkritika lill-Gvern dwar nuqqas ta' viżjoni fi l-qasam tat-trasport F'KONFERENZA stampa f 'Ħ'Attard, fit-triq minn fejn se tinbena triq arterjali, kelliema tal-Alternattiva Demokratika saħqu li l-proġett massiċċ li jgħaqqad ma' dak ta' Buqna fil-limiti tal-Mosta u jibqa' sejjer sal- Imrieħel mhuwa se jsolvi xejn, "anzi ser iżid l-użu tal-karozzi billi jħajjar aktar u aktar nies jużaw il-karozza privata u fi ftit snin jerġa' joħloq konġestjoni. Konġestjoni li tkun aktar milli għandna llum." Ic-Chairperson ta' AD Carmel Cacopardo qal li l-konġestjoni tat-traffiku hi l-effett u mhux il-kawża tan-nuqqas ta' mobilità sostenibbli. "Hi l-effett ta' negliġenza u traskuraġni fil-politika dwar it-trasport akkumulata tul snin u snin ta' gvernijiet li jaraw sal-ponta ta' mneħirhom. Il-problema reali hi li ħloqna socjeta' dipendenti fuq il-karozza privata. Aktar toroq fuq art limitata ma jsolvu xejn għajr li jipposponu l-problema bi ftit li mbagħad ngħadduha lil ta' warajna b'dimensjonijiet ferm iktar gravi milli writnieha mingħand ta' qabilna. Din il-politika li miexi biha l-Gvern se tkompli tagħti aktar spazju lill-karozzi u se tinnewtralizza l-miżuri tajbin li ġew introdotti ." James Gabarretta Chairperson ADZ li jagħmel użu regolari mir-rota biex jivvjaġġa tkellem fuq in-nuqqas ta' faċilitajiet fit-toroq għal trasport nadif u alternattiv. "Ma jagħmilx sens li fil-ġirja biex jitwessgħu t-toroq minn juża r-roti u r-roti elettriċi kontinwament jingħata l-ġenb. Kull persuna li tiddeċiedi li tuża r-rota qed tagħti aktar spazju fit-triq lit-trasport pubbliku u lil min ikollu juża l-karozza, filwaqt li jgħin biex tonqos il-konġestjoni u t-tniġġis." Ralph Cassar Kunsillier f 'Ħ'Attard u kelliem ta' AD dwar l-energija, infrastruttura u trasport qal li l-Gvern u l-aġenziji tiegħu, partikolarment Transport Malta u l-aġenzija tat-toroq qed jitilqu mill-premessa li l-bini tat- toroq u li jiżdiedu l-karreġġati hija soluzzjoni. "Dan mhux minnu. Għandna Gvern li qed ikompli bil-mentalità ta' dawk ta' qablu u ma joffri l-ebda viżjoni ħlief dik populista ta' aktar toroq u karozzi, viżjoni li ma twassal imkien," sostna Cassar. "Fejn huwa l-pjan ta' trasport sostenibbli imbuttat mill- Kummissjoni Ewropea? Imkien. Hemm bżonn 'low emission zones', hemm bżonn partijiet kbar mit-toroq irriservati esklussivament għat-trasport pubbliku inkluż Bus Rapid Transit System fuq toroq arterjali. Hemm bżonn sistemi integrati ta' trasport fosthom aktar park and ride – xi ħaġa li m'hemmx bżonn xi pjanar fit-tul biex issir. Hemm bżonn cycle lanes sura, mhux nispiċċaw b'toroq li jgħaqqdu l-lokalitajiet bi spazju biss għall-karozzi." "Minkejja l-ftaħir ta' kemm jaf jieħu deċiżjonijiet f 'waqthom żgur li fil-qasam tat-trasport u l-mobilità sostenibbli l-Prim Ministru u l-Gvern qed joħorġu ta' beżżiegħa u bla viżjoni għal kwalità ta' ħajja aħjar."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018