Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet Ħafna homework u ftit sport, It-tfal Maltin kif iqattgħu l-ħin tagħhom? Għandhom ċans għalihom infushom? Kuntenti biż-żona fejn jgħixu u bl-ispazji fejn jilagħbu? It-tfal iwieġbu... Minn Yendrick Cioffi ITTFAL Maltin huma mħassba biż-żona ta' fejn joqogħdu, in-nies li jkunu fl-istess żona u bil-postijiet fejn jistgħu jilagħbu. Dan ħareġ fi studju li sar mill-Professur Carmel Cefai u li ġie ppubblikat fi ktieb internazzjonali, liema studju jagħmel parti wkoll minn żewġ proġetti internazzjonali dwar il- benessri tat-tfal. Fost is-sejbiet l-aktar interresanti ta' dan l-istudju hemm il-fatt li t-tfal Maltin li għandhom 8 snin, meta mqabbla ma' tfal ta' 15-il pajjiż ieħor, huma fost l-inqas kuntenti biż-żona ta' fejn jgħixu, fejn jistgħu jilagħbu u bin-nies li joqogħdu jew ikunu fiż-żona, anke jekk il-maġġoranza tal- parteċipanti wieġbu li huma kuntenti. Kważi terz ta' dawn l-istudenti wrew it-tħassib tagħhom għall-fatt li ma tantx għandhom fejn jilagħbu jew jgħaddu ż-żmien, filwaqt li wieħed minn kull ħames parteċipanti wieġbu li ma jħossuhomx siguri jimxu fiż- żona fejn joqogħdu, b'mod partikolari l-bniet u t-tfal ta' età iżgħar. Dan irriżulta wkoll fil- parti kwalitattiva tal-istudju meta wħud mit-tfal urew it-tħassib tagħhom ukoll dwar is-sigurtà taż-żona fejn jgħixu, kemm minħabba l-kriminalità, it-traffiku u anke l-istranġieri, tant li kien hemm tfal li minħabba f 'hekk qalu li "huma kostretti li jibqgħu d-dar." It-tfal stess, li ħadu sehem f 'dan l-istudju saħqu li jixtiequ li jkun hawn aktar żoni siguri, fil-lokalità fejn jgħixu, biex ikunu jistgħu jiltaqgħu ma' tfal oħra, jilagħbu u jieħdu sehem f 'attivitajiet oħra, fosthom sport u eżerċizzju. Huma stess semmew il-bżonn li jkun hawn spazji miftuħa, żoni mingħajr karozzi, ġonna, ċentri tal-isports u anke karreġġjati għaċ-ċiklisti. "Spazji bħal dawn jgħinu lill-istudenti biex isibu bilanċ akbar bejn ix-xogħol tal- iskola, l-użu tal-kompjuters, il-midja soċjali u t-televixin fuq naħa u l-isports, l-eżerċizzju u l-attivitajiet organizzati fuq in-naħa l-oħra," jisħaq Cefai. Il-homework u t-televixin l-aktar li jieħdu ħin Mill-kwestjonarju mqassam lit-3,000 student, irriżulta li t-tfal Maltin iqattgħu l-aktar ħin jagħmlu l-homework, jaraw it-televixin u jużaw il-kompjuter. Fil-fatt, 93% wieġbu li jagħmlu l-homework kuljum, 72% qalu li jaraw it-televixin kuljum u 67% jqattgħu ammont ta' ħin fuq il-kompjuter. Wara dawn, it-tfal Maltin iqattgħu l-aktar ħin jgħinu fid-dar u jaqraw bħala passatemp. Mill-banda l-oħra, l-isport, attivitajiet organizzati u l-privat huma fost l-inqas popolari. 49% ta' dawk li wieġbu qalu li jipprattikaw l-isport kuljum filwaqt li 12% qalu li rarament jew qatt ma jieħdu sehem f 'attivitajiet sportivi. Fejn jidħlu attivitajiet organizzati minn klabbs jew gruppi, 22% biss wieġbu li jqattgħu ħin kuljum f 'dawn l-attivitajiet filwaqt li 35% wieġbu li kważi qatt ma jieħdu sehem. Subien u bniet f 'attivitajiet differenti Minkejja li ħafna jaħsbu li d-differenza bejn is-subien u l-bniet hija xi ħaġa tal-passat, l-istħarriġ sab li ċertu attivitajiet jibqgħu popolari mas-subien filwaqt li l-bniet iqattgħu l-ħin jagħmlu affarijiet differenti. Fil-fatt, is-subien iqattgħu aktar ħin jieħdu sehem f 'attivitajiet organizzati, l-isport jew fuq il-kompjuter mill- bniet. Mill-banda l-oħra, x'aktarx li l-bniet jippreferu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom billi jaqraw, jgħinu fix- xogħol tad-dar, jagħmlu l-homework jew jgħinu lill-oħrajn. Din id-differenza ħarġet ukoll fil- parti kwalitattiva tal-istudju. Tant hu hekk li fl-iskejjel sekondarji, is-subien qalu mar-riċerkaturi li jippreferu jqattgħu l-ħin jilagħbu l-futbol, imorru dawra bir-rota jew jilagħbu l-isnooker, filwaqt li l-bniet qalu li x'aktarx jintefgħu jisimgħu d-diski. Il-biċċa l-kbira tat-tfal Maltin, madwar 80%, huma kuntenti bil- mod kif iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, bis-subien ikunu aktar kuntenti mill-bniet, x'aktarx għax dawn tal-aħħar iqattgħu aktar ħin jieħdu ħsieb lill- oħrajn milli jagħmlu dak li vera jieħu gost jagħmlu. Fil-fatt, 93% wieġbu li jagħmlu l-homework kuljum, 72% qalu li jaraw it-televixin kuljum u 67% jqattgħu ammont ta' ħin fuq il-kompjuter. Wara dawn, it-tfal Maltin iqattgħu l-aktar ħin jgħinu fid-dar u jaqraw bħala passatemp. Mill-banda l-oħra, l-isport, attivitajiet organizzati u l-privat huma fost l-inqas popolari. 49% ta' dawk li wieġbu qalu li jipprattikaw l-isport kuljum filwaqt li 12% qalu li rarament jew qatt ma jieħdu sehem f 'attivitajiet sportivi. Fejn jidħlu attivitajiet organizzati minn klabbs jew gruppi, 22% biss wieġbu li jqattgħu ħin kuljum f 'dawn l-attivitajiet filwaqt li 35% wieġbu li kważi qatt ma jieħdu sehem. mas-subien filwaqt li l-bniet iqattgħu l-ħin jagħmlu affarijiet differenti. Fil-fatt, is-subien iqattgħu aktar ħin hekk li fl-iskejjel sekondarji, is-subien qalu mar-riċerkaturi li jippreferu qalu mar-riċerkaturi li jippreferu jqattgħu l-ħin jilagħbu l-futbol, imorru dawra bir-rota jew jilagħbu l-isnooker, filwaqt li l-bniet qalu li x'aktarx jintefgħu jisimgħu d-diski. Il-biċċa l-kbira tat-tfal Maltin, madwar 80%, huma kuntenti bil- mod kif iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, bis-subien ikunu aktar kuntenti mill-bniet, x'aktarx għax dawn tal-aħħar iqattgħu aktar ħin jieħdu ħsieb lill- oħrajn milli jagħmlu dak li vera jieħu gost jagħmlu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018