Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 27 'Tlajt l-Ingilterra għall- esperjenza iżda spiċċajt irbaħt il- kompetizzjoni' - Wayne Gregoraci minn Cristian Antony Muscat FILĠIMGĦAT li għaddew, tliet kompetituri Maltin ipparteċipaw f 'kompetizzjoni ta' Strongman tad-Dilettanti ġewwa Birmingham, l-Ingilterra. Dawn kienu Kris Mintoff, Charles Degiorgio u Wayne Gregoraci, b'dan tal- aħħar jispiċċa fl-ewwel post mit-33 kompetitur li kien hemm biex b'hekk ikkwalifika għall-Britain's Strongest Novice illi ser tiġi organizzata f 'Settembru li ġej. Iż-żewġ kompetituri l-oħra wkoll kisbu riżultat inkoraġġanti b'Mintoff jikseb ir-raba' post fil-klassifika finali u Degiorgio, minkejja li kien l-eħfef u l-iżgħar kompetitur fid-daqs minn dawk kollha li ħadu sehem, spiċċa f 'nofs il-klassifika. Wara dan is-suċċess uniku, L-ILLUM tkellmet ma' Gregoraci nnifsu fejn saħaq li: "Għalija din kienet esperjenza ġdida bħala event ta' Strongman għax jien ġej minn background ta' powerlifting. Kelli żewġ kompetituri li telgħu miegħi Charles u Kristian li dejjem kienu jemmnu fija u jgħiduli li għandi potenzjal nirbaħha. Però, ovvjament jien tlajt hemm bit-tir li mmur tajjeb u nieħu espejenza. Waqt il-kompetizzjoni, tibda tara li sejjer tajjeb u ovvjament tibda tagħti l-aqwa tiegħek, meta event wara event bdejt nikklasifika mal- aqwa atleti." Wayne Gregoraci imkien ma' Kris Minto u Charles Degiorgio 'Ir-rebħ tal-Kampjonat huwa biss riżultat tax-xogħol li ħdimna għalih u li beda jagħti l-frott' - Sophie Abela u Samantha Brincat minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, it-tim tan-nisa ta' Hibernians Basketball Club trijonfa bil-kbir meta rebaħ il- Kampjonat bl-aktar mod meritat. L-ILLUM tkellmet maż- żewġ plejers ewlenin ta' dan it-tim, Sophie Abela u Samantha Brincat li tawna iktar dettalji: Sophie Abela qalet li: "Għalija li nirbaħ il- kampjonat kienet xi ħaġa li tagħmilni ferm kburija. Kienet waħda mill-ewwel esperjenzi tiegħi nilgħab mat-tim nazzjonali tal- kbar u l-fatt li rbaħna l-kampjonat għamlet din l-esperjenza waħda mill- isbaħ. Ninsab kburija wkoll bil- plejers sħabi fl-iskwadra u nixtieq ngħid grazzi kbira lill-kowċ tiegħi Sandro li qatt ma qata' qalbu matul l-istaġun kol- lu u anke għall-uffiċjali kollha li ħadmu fi ħdan il-klabb." Dan filwaqt li Samantha Brincat saħqet li: "Konna nafu li ridna nagħtu wirja ta' cham- pions biex nirbħu liċ- champions u l-ebda tim tajjeb daqs Luxol meta tilgħab kontrih u tagħti l-almu tiegħek kapaċi jagħmel din il-missjoni aktar faċli. Bil-mod il- mod iżda b'kunfidenza liema bħalha ppreparajna bl-aħjar mod possibli u ħdimna qatigħ bħala grupp biex naslu għal dan is-suċċess. Dan ġab riżultati pożittivi ferm, lgħabna mingħajr press- joni meta ma kellna xejn x'nitilfu u dan kollu ġab fiduċja sħiħa li nżidu l-livell tagħna u rbaħna s-sessjonijiet tal-logħba li kien għad fadal. Il-mod ta' kif irbaħna jibqa' mfakkar għal ħafna żmien u huwa hawnhekk fejn urejna l-karattru veru tagħna. Ninsab onorata li jien kont parti minn dan it-tim tal-Hibs u r-rebħa tal-lum hija biss riżultat li x-xogħol li ħdimna għalih u li beda jagħti l-frott. Kieku ma kontx parti minn dan it-tim fan- tastiku, ma kontx nasal biex nirbaħ l-MVP u bis- saħħa tagħhom kollox sar faċli."