Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Intervista 12 Fit-22 ta' April li għadda, il-gazzetta ILLUM daħlet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin permezz ta' eks priġunier li rrakkonta magħna l-esperjenza tiegħu fil-ħabs u d-differenza kbira li ħass meta kien fost l-ewwel priġunieri li gawda mill-programm offrut mill- Fondazzjoni RISe, li l-għan primarju tagħha huwa li tintegra lill-priġunieri lura fis-soċjetà. Din il-ġimgħa, din il- Fondazzjoni għalqet ħames snin u kien għalhekk li l-ILLUM iltaqgħet mad-Direttur ta' RISe, Charles Mifsud li saħaq dwar l-importanza li r-riabilitazzjoni tal-priġunieri ssir fil-komunità, jiġifieri fit- toroq u mhux f 'istituzzjoni. Mifsud mar direttament għall-problema u saħaq li nħass il-bżonn ta' programm li wieħed mill-għanijiet tiegħu tkun li jnaqqas ir-rata ta' reċidività li fi kliemu, dik ta' Malta, hija waħda mill- ogħla fl-Ewropa. Fil-fatt, 62% ta' dawk li joħorġu mill-ħabs, x'aktarx se jerġgħu jaqgħu għall-kriminalità. Iżda hemm problema oħra li r-RISe taħdem biex taqtgħalha rasha. Mifsud spjega kif 72% tal-priġunieri, kellhom il-qraba tagħhom il-ħabs. "Jekk illum se nwaqqfu raġel miċ-ċiklu tal-kriminalità, u wliedu ma jikkupjawhx, se nkunu waqqafna ġenerazzjoni sħiħa." 'L-aħħar ftit xhur fil-ħabs huma l-aktar iebsa' Mhux faċli li priġunier li jkun ilu snin fil-ħabs jibda jaħseb x'se jsib ma' wiċċu malli joħroġ. "Jekk il-bniedem mhux se jkun ippreparat li jiffaċċja soċjetà li dejjem qed tinbidel, se jitfixkel," saħaq Mifsud. "Għalhekk l-iskop kien li priġunier, l-aħħar xhur tiegħu fil-ħabs, jagħmilhom ġo dar fil-komunità biex jibda jiffaċċja s-soċjetà ftit ftit." Għalhekk, il-Fondazzjoni RISe tgħin lil dawn il- priġunieri biex jibdew joħorġu jaħdmu u jagħmlu wkoll xi korsijiet biex jiksbu ħiliet anke f 'affarijiet bażiċi, bħal ngħidu aħna l-użu tal-mowbajls u tal-emails. Apparti minn hekk jibdew iqattgħu ftit tal-ħin mal- familja, biex anke l-qraba, speċjalment it-tfal, jibdew jidraw li magħhom, dalwaqt se tibda tgħix persuna oħra. Mifsud spjega li mhux faċli għal mara, li ilha tgħix mingħajr ir-raġel għal numru ta' snin u li addatat ħajjitha għaċ-ċirkostanza, u f 'salt ikollha tbiddel ir-rutina tagħha. L-istess jgħodd għat- tfal, aktar u aktar jekk missier ikun ħalla lit-tfal ta' età żgħira ħafna meta ġie biex jidħol il- ħabs. Propju għalhekk li RISe, apparti li tgħin lill-priġunieri, qed tgħin ukoll indirettament lill-familji tagħhom. Fost ir-rutina stretta tar- residenti fid-dar tar-RISe fil-Belt Valletta, il-priġunieri jkollhom ukoll diversi laqgħat ma' professjonisti, fosthom psikologi, ħaddiema soċjali u anke esperti tal-familja, fejn ir-residenti jkunu jistgħu jiddiskutu dak li qed iħossu u anke problemi li jkunu qed jiffaċċjaw. Fil-fatt, iż-żagħżugħ li kien tkellem mal-gazzetta ILLUM kien saħaq li waħda mill-aktar affarijiet differenti li ħass bejn il-ħabs u l-programm tar-RISe kienet l-attenzjoni individwali li tingħata lir-residenti u li fi kliemu hija kruċjali. Ir-riċetta tas-suċċess tiddependi mis-soċjetà "Kull bniedem għandu storja, għandu l-bżonnijiet tiegħu u għandu r-riskji tiegħu," stqarr Charles Mifsud. "Fir-residenza nilqgħu 10 persuni għax dan huwa n-numru ideali biex tkun tista' tagħti attenzjoni partikolari lill-individwu." Iżda r-riċetta għas- suċċess ma tiddependix biss mill-individwu. Kien hawn, li Mifsud saħaq fuq l-importanza tal-appoġġ li eks priġunier isib fis-soċjetà. Aktar ma eks priġunier se jsib sapport, inqas hemm ċans li se jirrepeti reat. Ġirien priġunieri? Fid-dawl ta' dak li kien għadu kemm qal, ma stajniex ma nsaqsux lid-Direttur tal-Fondazzjoni dwar ir- reazzjoni tar-residenti meta saru jafu li ftit bibien 'il bogħod minnhom se jkunu qed jgħixu l-priġunieri. It- triq ma kinitx waħda faċli. Charles Mifsud spjega kif għall-bidu, il-Fondazzjoni kienet se tingħata b'donazzjoni dar f 'Għawdex, iżda r-residenti ma tantx kienu kuntenti b'din l-aħbar tant li d-donatur kellu jmur lura minn kelmtu. Wara dan it-tentattiv, il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali kien offra dar f 'lokalità f 'Malta, iżda minħabba l-istess intoppi, din id-dar ma kinitx ingħatat. Kien hawn li l-Fondazzjoni wasslet għad-dar fil-Belt Valletta, "li kienet fi stat ħażin ħafna u qisha kerrejja," iżda li r-residenti Beltin ftit li xejn kellhom oġġezzjonijiet u minn hemm bdiet il-missjoni tar-RISe. "Il-kunċett huwa bbażat biss biex innaqsu r-reati u r-reċidività. Ma' kull reat hemm vittma u allura kull reat inqas ifisser vittma inqas," saħaq Mifsud. "Jgħaddu minn żmien diffiċli ħafna, xi drabi jgħixu ħabs sieket fis-soċjetà minħabba l-istigma." Għandna nxandru isem u l-laqam ta' akkużat? Kien hawn li Mifsud, filwaqt li saħaq li s-soċjetà għandha d-dritt tkun taf li xi ħadd mar il-ħabs minħabba reat, staqsa kemm hu essenzjali li wieħed ixandar l-isem, jew aktar u aktar il-laqmijiet, ġaladarba laqam se jirrifletti wkoll fuq it-tfal u l-qraba tal-akkużat. "Kien hemm każ partikolari fejn omm ma kinitx taf li binha se jitressaq akkużat b'reat biex ma tinkwetax ruħha, iżda semgħet ismu u l-laqam fuq it-televixin u spiċċat l-isptar," saħaq Mifsud. "Għandek it-tfal li fl- iskola wkoll ikunu magħrufa bil-laqam ta' missierhom." 'Il-ġustizzja vera sseħħ jekk eks priġunier ma jerġax jaqa' ' Mifsud kompla jispjega li kull min wettaq reat jeħtieġ jieħu dak li ħaqqu iżda kompla jisħaq li waqt li qed ipatti għal dak li għamel, għandu jingħata l-għajnuna biex meta joħroġ mill-ħabs ma jerġax iwettaq reat ieħor. Saħaq li din hija l-vera ġustizzja u l-motto tar-RISe. "Jekk fil-ħabs hemm 550 persuna, kollha, ħlief xi 14, se jerġgħu joħorġu fis- soċjetà. Mhux aħjar naraw kif se ngħinuh biex ma jerġax iwettaq reat ieħor?" 'Jekk persuna tirriforma ruħha se tgawdi s-soċjetà kollha' Kompla jisħaq li fl-aħħar mill-aħħar is-soċjetà trid tifhem, anzi għandha l-obbligu, li kif tagħmel mal- vittmi tad-droga, tgħin lill- priġunieri biex jirriabilitaw ruħhom. Insista li filwaqt li l-Maltin huma nies ġenerużi, f 'dan l-aspett fadlilhom ħafna x'jifhmu, għax fi kliemu, jekk persuna se tirriforma ruħha, se tgawdi s-soċjetà kollha kemm hi. "Jekk noħorġu n-nies mill-ħabs b'xogħol, se jikkontribwixxu għall- ekonomija. Jekk se nduru mal-individwu u mal- familjari tiegħu, se jkollu inqas problemi u inqas ċans li jdur lejn il-kriminalità," saħaq Mifsud. "Ma rridux inkunu kuntenti għax persuna teħel ħames snin ħabs imma għandna nkunu kuntenti jekk dik ma terġax tidħol. Hemm tkun seħħet il-ġustizzja." 'Għal żmien twil il-ħabs kien abbandunat...' Kien hawn li insista li l-gvernijiet ukoll għandhom dan l-obbligu. "Għal żmien twil il-ħabs kien abbandunat u frott ta' ħafna affarijiet huwa l-fatt li l-ħabs kien abbandunat minn kull aspett," kompla Mifsud. Propju għalhekk, li waqt li komplejna nitkellmu fuq is-servizzi individwali li jingħataw ir-residenti, staqsejna lil Charles Mifsud jekk jaħsibx li r-riabilitazzjoni fil-ħabs qed tkun effettiva. Mifsud saħaq li fil-ħabs hemm popolazzjoni ta' aktar minn 500 persuna, "prattikament raħal," u għalhekk diffiċli li kulħadd jingħata l-attenzjoni individwali. Madanakollu insista li fil- ħabs isir ħafna xogħol tajjeb u saħaq li xi drabi ssir kritika esaġerata fuq il-ħabs. "Ma nistgħux nistennew wisq... mhux għax fil-ħabs ma jkunux iridu imma għax ir- riżorsi huma dawk li huma," saħaq Mifsud. 'Għad għandna ħabs mibni fuq il-kunċett ta' kastig' Ġaladarba l-attenzjoni 'Jekk inwaqqfu missier mill-kriminalità ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Jekk illum se nwaqqfu raġel miċ-ċiklu tal- kriminalità, u wliedu ma jikkupjawhx, se nkunu waqqafna ġenerazzjoni sħiħa " " Din il-ġimgħa l-Fondazzjoni RISe għalqet ħames snin. X'toffri r-RISe li l-ħabs qatt ma jista' jagħti? Il-ħabs jgħin jew itellef? X'qalu l-Beltin meta ħdejhom marru joqogħdu l-priġunieri? L-istigma għadha teżisti? L-ILLUM titkellem ma' Charles Mifsud L-eks priġunieri xi drabi jgħixu ħabs sieket s- soċjetà " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018