Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 17 ta' Ġinju 2018 | illum Aħbarijiet Sitt attakki fuq ATMs fl- ewwel nofs tas-sena Minn Albert Gauci Cunningham MINN Jannar sal-lum kienu rrappurtati sitt attakki permezz ta' skimmers; apparat li jitwaħħal ma' ATM biex tinsteraq l-informazzjoni minn fuq il-karta tal- kreditu u li eventwalment tintuża biex jinsterqu flus mill-kont partikolari. Din l-informazjoni ngħatat lil din il-gazzetta mill-Pulizija li nfurmaw lill-ILLUM illi tlieta minn dawn is-sitt każi ġew solvuti b'persuna titressaq il-Qorti b'akkużi relatati ma' serq mill-ATMs. Għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta l-Pulizija sostnew illi b'sitt każi, u dejjem sakemm ma kienx hemm ħafna li ma kinux irrappurtati lill-Pulizija, dan ma jimmarkax żieda fir-rata ta' din it-tip ta' kriminalità. Intant din il-gazzetta waslulha wkoll numru ta' ilmenti minħabba użu tal-ATMs li huma 'indipendenti' minn bank u li wieħed isib f 'diversi postijiet madwar il-pajjiż. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal- kumpanija Euronet, li tmexxi dawn l-ATMs. Min-naħa tagħhom dawn assiguraw lill-gazzetta illi l-ATMs kollha li huma responsabbli għalihom, kollha huma attrezzati b'apparat u teknoloġija li jgħinu biex jimminimizzaw l-attentati li xi ħadd jisraq id-dettalji ta' karta tal-kreditu permezz ta' skimmers. Huma kkonfermaw li sar attakk fuq ATM, iżda li fis-sentejn kemm ilhom joperaw kien hemm biss każ wieħed ta' inċident li potenzjalment seta' kien relatat ma' serq permezz ta' skimmer. Fil-fatt il-kumpanija Euronet, għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, qalet illi tagħmel spezzjonijiet fuq l-ATMs kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, tant li kienu l-ispezzjonijiet tal- kumpanija li wasslu biex il-Pulizija ħadu azzjoni. Iktar minn hekk, u f 'kuntatt ma' din il- gazzetta, il-Malta Financial and Services Authority (MFSA) sostniet illi qatt ma rċeviet xi forma ta' ilmenti dwar dawn l-ATMs li jinsabu f 'postijiet differenti fil-pajjiż u li joperaw indipendentement minn bank. Kienet din il-gazzetta l-ewwel li tefgħet dawl fuq serq permezz ta' skimmers f 'rapport li deher nhar il- Ħadd l-1 ta' Ottubru 2017 illi fih konna rrappurtajna kif persuna kienet ffrodata minn ATM fi Triq ir- Repubblika għall-ammont ta' kwazi €500. Nhar il-Ħadd 24 ta' Ottubru l-ILLUM kienet irrappurtat kif is-serq ta' dawn id-dettalji huma parti minn kriminalità assoċjata mal-mafja hekk kif wara li tinsteraq l-karta tal-kreditu tiegħek issir 'clone' tagħha f 'postijiet assoċjati mal- mafja, b'dawk li jisirqu mill-ATMs f 'Malta ma jdumux fil-pajjiż, biex ma jħallux traċċi warajhom. Il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif kienet informazzjoni mill- Europol li wasslet għall- arresti relatati ma' dan it-tip ta' serq. Il-Maltin: fost l-aktar popli li jafdaw lill-UE ...imma l-Griegi u l-Brittaniċi ma jafdawha xejn Minn Albert Gauci Cunningham ILMALTIN jibqgħu fost l-aktar poplu fl-Unjoni Ewropea li huwa pro-UE jew fost l-aktar jgħaddi ġudizzju pożittiv dwar dan il-blokk li jgħaqqad fih 28 pajjiż. Jikkonferma dan stħarriġ li għadu kif kien ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. Meta mistoqsijin jekk jafdawx lill-UE, 52% tal- Maltin wieġbu fil-pożittiv, filwaqt li 29% qalu li huma ma jafdawx lill-UE, 19% wieġbu 'ma nafx'. Dan jimmarka żieda ta' 1% fil- Maltin li għandhom fiduċja fl-UE meta mqabbel mal- perjodu tal-ħarifa fl-2017 Malta tiġi mal-ewwel 10 pajjiżi illi fihom il-poplu jafda lill-UE. Il-pajjiż illi fih l-aktar li hemm persentaġġ ta' nies li jafdaw l-UE hija l-Litwanja b'66%, segwita mill-Portugal u d-Danimarka, it-tnejn b'57% u l-Lussemburgu b'56%. Min-naħa l-oħra u forsi mhux b'wisq sorpriża l-Greċja u r-Renju Unit huma l-pajjiżi illi fihom hemm l-inqas fiduċja fl- Unjoni Ewropea. Fil-Greċja 69% tal-poplu m'għandux fiduċja fl-UE. Dan ma jiġix wisq bħala sorpriża hekk kif l-ekonomija Griega għadha kajmana u għad hemm nuqqas kbir ta' xogħol. Dan apparti li għadha friska l-memorja tal-battibekk li l-PM Grieg Alexis Tsipras kellu mal-pajjiżi tal-UE minħabba miżuri imposti fuq il-Greċja biex setgħet tingħata l-bailout, tliet snin ilu. Huma ftit iktar minn kwart tal-Griegi, jew 27% biss li għandhom fiduċja fl-UE. It-tieni pajjiż bl-inqas rata ta' fiduċja fl-UE huwa r-Renju Unit, li bħalissa għaddej bil-proċess biex jitlaq minn dan il-blokk politiku u fejn 57% ma jafdawx lill-UE. Pajjiżi oħrajn fejn il-fiduċja hija baxxa huma Franza, l-Italja u Ċipru. Intant 40% taċ-ċittadini Ewropej għandhom immaġini pożittiva tal- UE, 37% għandhom immaġini newtrali u 21% biss għandhom immaġini negattiva. L-aktar pajjiżi li għalihom l-UE hija xi ħaġa pożittiva huma l-Irlanda b'64%, il-Portugall b'56% u l-Lussemburgu b'54%. Malta mhix wisq 'il bogħod b'50% illi fil-fatt jimmarka żieda ta' 5%. Min-naħa l-oħra, 39% għandhom idea newtrali tal- UE (-7%) u 9% għandhom idea negattiva. L-inqas li għandhom immaġini pożittiva huma l-Ispanjoli bi 33% biss li huma pożittivi u 50% li huma newtrali. Minkejja dan l-Ispanjoli mhumiex l-aktar negattivi dwar l-UE, b'dan l-'unur' imur għand il-poplu tar-Renju Unit fejn 29% għandhom immaġini negattiva tal-UE. Intant maġġoranza assoluta tal-Maltin, bi 53%, jemmnu li l-vuċi tagħhom tinstema' fl-UE, filwaqt li 38% jemmnu li dan mhux il-każ. L-aktar li jaħsbu illi l-vuċi tagħhom qed tinstema' huma d-Daniżi b'66% u l-Ġermaniżi u l-Iżvediżi b'65%. L-inqas li jemmnu illi leħinhom jinstema' huma dawk mill-Estonja b'20%, il-Griegi b'24% u l-poplu tal-Latvja b'25%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018