MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1014 €1.50 IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 Lydia u Sarah: L-irwol dejjem jikber tas-sieħba tal- politiċi fil-kampanja elettorali Meta għalqet l-elezzjoni il-bieraħ fl- 10pm, sakemm morna għall-istampa, ċifri mhux uffiċċjali li kienet qed jiġu korroborati miż-żewġ partiti ewlenin, poġġew it-turnout fl-elezzjoni bejn 87.5% sa 88%. Fl-aħħar elezzjoni fl-2022 iċ-ċifra uffiċċjali tat-turnout kienet ta' 85.6%. Turnout iktar għoli jista' jfisser ħafna, u jista' jkun li ż-żewġ partiti ewlenin ir- nexxielhom jikkonvinċu n-nies joħorġu jivvutaw. Issa wieħed irid jara x'ifisser dan vera- ment għall partiti. Wieħed ma jridx jinsa li dan huwa perċentaġġ ta' voti mitfugħa. Minn dan in-numru jkun hemm numru ta' voti invalidi. Fl-elezzjoni ta' 2022, madwar 8,000 persuna ħasru l-vot. Kien fit-30 t'April li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li kien ser ixolji l-parlament u jsejjaħ elezzjoni sena qabel itemm il-mandat tiegħu. Dan għamlu, qal, fid-dawl ta' bżonn ta' par idejn sodi fid-dawl tal-kriżi geopoli- tika. F'kampanja qasira, rajna xita ta proposti u kampanja kajmana imma intensiva bejn iż-żewg partiti b'enfasi fuq il-personalita' ta Robert Abela u Alex Borg. Malta tivvota b'turnout ikbar mill-2022 Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia (xellug) u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg (lemin) ivvutaw kmieni filgħodu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 May 2026