www.illum.com.mt
NRU 979
€1.50
IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025
INTERVISTA MA'
ADRIAN GALEA,
PRESIDENT TAL-MALTA
INSURANCE ASSOCIATION
PAĠNA 7
ALEX BORG HUWA ALEX BORG HUWA
L-KAP IL-ĠDID TAL-PN L-KAP IL-ĠDID TAL-PN
ELEZZJONI MIĠĠIELDA SAL-AĦĦAR VOT BEJN ADRIAN DELIA U ALEX BORG
Alex Borg hu l-kap il-ġdid tal-Partit
Nazzjonalista. L-iżgħar kap li l-PN qatt
kellu. Id-deputat Għawdxi għeleb lill-
eks kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian
Delia bi it voti minn 17,862 voti
mitfugha. Sakemm morna għall-istampa
ma stajnix nikkonfermaw id-distakk
uffiċjali.
Fis-siegħa ta' dalogħdu, Borg kiteb fuq
Facebook: "Grazzi tal-appoġġ tagħkom
biex nibdew kapitlu ġdid tal-Partit
Nazzjonalista. Dan hu l-Mument."
Sa dak il-ħin, ma kienx għad hemm
messaġġ mill-kamp ta' Delia.
Borg issa għandu l-isfida li jgħaqqad il-
partit u imbagħad idawwar l-attenzjoni
tiegħu lejn il-Gvern ta' Robert Abela.
F'sondaġġi li għamlet il-gazzetta oħt
il-MaltaToday, Alex Borg ingħata aktar
preferenza pożittiva li jqarreb il-PN
f 'tiġrija elettorali mal-Partit Laburista.
Borg rebaħ minkejja li bosta
Nazzjonalisti li qabel kienu kontra Delia
- inkluż nies viċin Repubblika u nies
viċin il-President tal-Parlament Ewropew
Roberta Metsola - għażlu li jappoġġjaw il-
kandidatura ta' Delia.
ARA PAĠNA 3
Partitarji tal-Partit Nazzjonalista jiċċelebraw ir-rebħa ta' Alex Borg fl-elezzjoni għal Kap ġdid tal-partit