Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

BĦALA parti mill-isforz biex tkompli titqajjem kuxjenza dwar il- biodiversità tal-gżejjer tagħna u l-irwol importanti li għandha fil-ħajja tagħna, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), matul tmiem il- ġimgħa li għaddiet ittellgħet stand ta' informazzjoni edukattiva fi tliet postijiet prominenti f 'Malta u Għawdex. Aspett popolari tal-istand kien il-facepainting b'xejn għat-tfal. Filwaqt li artisti pinġew speċi differenti fuq l-uċuħ tat-tfal, huma qasmu wkoll fatti importanti sabiex it-tfal isiru jafu iktar dwar l-ispeċi. Permezz ta' dan l-istand, uffiċjali tal-MEPA qassmu informazzjoni dwar il- biodiversità kif ukoll ingħaqdu mal-pubbliku u taw dettalji dwar proġetti u inizjattivi li għaddejjin bħalissa sabiex jitjieb aktar il-wirt naturali tagħna u l-biodiversità. Uħud mill-proġetti ambjentali li għaddejjin bħalissa jinkludu l-proġett Life+ Migrate u l-proġett Life+ Baħar. 24 illum | Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 Kummercjali SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett FSE nru. 3.196 – "Bilanċ bejn is-Sessi fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet", il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/06/2014 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Servizzi ta' Reklamar u Pubblikazzjonijiet għall- Proġett FSE nru. 3.196 – "Bilanċ bejn is-Sessi fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet" Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq equality@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tnejn 16 ta' Ġunju 2014. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju 2014, fl-10:00am fl-uffiċini tal- NCPE. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 23 ta' Ġunju 2014, fl-10:00am. It-Termini ta' Referenza jista' jinġabar mill-uffiċini tagħna jew billi tibgħatilna e-mail (ara d-dettalji hawn taħt). Persuni interessati f'din is-sejħa għall-offerti għandhom jinfurmaw lill-NCPE bl-interess tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu infurmati immedjatament bi kwalunkwe komunikazzjoni/kjarifika relatata. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 E-mail:equality@gov.mt Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 Sit: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament:85% Fondi UE;15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek NM Arrigo Ltd- L-Ewwel Sena Anniversarju NM Arrigo LTd għadhom kif iċċelebraw l-ewwel sena fl-uffiċini l-ġodda tagħhom l-Imrieħel. Is-sur Clovis Taittinger, Direttur tal- esportazzjoni tat-Taittinger Champagne, u li jagħmel parti mir-raba' ġenerazzjoni tad-dinastija tat-Taittinger, inawgura l-uffiċini billi kixef plakka bħala tifkira waqt reception li sar fl- uffiċini stess. Permezz tal- uffiċini l-ġodda NM Arrigo Ltd iċċentralizza x-xogħol ta' kuljum. Il- Kumpanija timporta prodotti li jinkludu sigarri, xorb, sigaretti u anke prodotti farmaċewtiċi. Il-Fifa World Cup 2014 ġol-Brażil għażlet għall- ewwel darba ' Champagne House' bħala l-isposor uffijċali tax-xampanja li ħa tkun servuta lill-'VIP' tal-FIFA waqt il-logħbiet. Għal din l-okkażjoni is-Sur Taittinger żvela tifkira li ġiet magħmula apposta. Taittinger hija waħda mill- ftit kumpaniji li jipproduċu xampanja fid-dinja li għadha titmexxa mill- membri tal-familja. NM Arrigo Ltd hija l-kumpanja ewlenija li tirrapreżenta lit-Taittinger f 'Malta. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit: www.nmarrigo.com jew imejl info@nmarrigo. com, jew ċemplu fuq 21223755/21225039, u anke fuq is-sit tagħna tal- facebook. Rispons Pożittiv għar-roadshow "Celebrating Biodiversity" Clovis Taittinger jiftaħ ix-xampanja Facepainting b'xejn għat-tfa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014