Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 Ingombru bl-armar tal-festi FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt FILJIEM li għaddew, il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) għamlet appell lill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex fejn appellat għall- buon sens tagħhom meta joħorġu permessi għall- postijiet fejn għandhom jitwaħħlu l-arbli jew armar ieħor li jintuża fil-festi. Bħalma jiġri kull sena f 'dawn iż-żminijiet, il-KNPD diġà bdiet tirċievi lmenti mingħand persuni b'diżabilità u familjari tagħhom minħabba nuqqas ta' aċċess fiżiku fil-bankini kkawżat minn arbli u armar ieħor tal-festi. Dawn huma ta' inkonvenjent u f 'ċerti każi ta' periklu għal min juża wheelchair, pushchair jew apparat bħal walker. Huma ta' periklu wkoll għal dawk il-persuni li għandhom nuqqas ta' dawl jew li assolutament ma jarawx. Barra minn hekk, kemm- il darba ġie nnutat arbli u armar ieħor imqiegħed f 'nofs parkeġġi riservati għall-persuni b' diżabilità, kif ukoll gabbani u saħansitra generators ipparkjati fuq dawn l-istess spazzji. ILLUM tkellem maċ- Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità is-Sur Oliver Scicluna fejn spjega x'inhuma l-aktar problemi komuni li jiltaqgħu magħom persuni b' diżabilità waqt il-festi. Scicluna qal li hemm diversi problemi, kemm għal persuni b' diżabiltà fil-mobilità tagħhom u anke persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu. Spjega li persuni li jużaw "wheelchair" jew inkella għandhom problema biex jimxu fit-tul fiż-żmien tal-festa jsibu ħafna iżjed problemi ta' parkeġġ. Anke xi kultant il-parkeġġ riservat tal-"Blue Sticker" isibu xi gabbana tal-ikel eċċ... u xi kultant anke xi "generator". Scicluna żied jgħid li apparti hekk, xi kultant ċertu passaġġi fil-lokalità jkunu mxekkla minħabba li jiġu armati xi mwejjed u dan ikun ta' detriment għall-persuna li tuża "wheelchair" biex ikollha passaġġ komdu biex tgħaddi. Qal ukoll li problema ohra li ltaqa' magħha dan l-aħħar minħabba li lanqas hu stess qatt ma ħaseb fuqha hija ta' persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-awtizmu li ħafna mid-drabi jdejaqqhom il-ħoss tal-bombi li jkun qawwi. Dawn isofru ħafna minn dan l-aspett. L-issue l-oħra hija n-nuqqas ta' aċċessibilità f 'każini, bars u latrini pubbliċi f 'diversi lokalitajiet. Din hija sitwazzjoni klassika li għadna nsibu sal-lum il-ġurnata, qal Scicluna. Meta kien mitlub jikkummenta dwar il-ħsejjes tal-murtali u daqq ta' qniepen u l-effett tagħhom fuq persuni neqsin mis-smigħ, Scicluna qal li jifhem li aħna ngħixu f 'kultura li jekk naqtgħu n-nar u d-daqq tal-qniepen inkunu qegħdin noqtlu l-kultura Maltija. Però persuni delettanti tal-festi jrid ikollhom ftit etika u jifhmu li għandu jkun hemm limitu. Din mhux problema li ħa tissolva malajr, l-iżjed ħaġa importanti f 'dan il-mument huwa li kemm il-persuni b' diżabiltà jifhmu din l-affari u iżjed u iżjed id-deletanti tal-festi jżommu f 'moħħhom li kulħadd għandu dritt igawdi festa tal-lokal. Dwar persuni neqsin mis- smigħ, Scicluna qal li hu jitkellem ta' spiss ma' persuni neqsin mis-smigħ u tvarja skont l-individwu. Hemm persuni deaf li jużaw hearing aid u għalhekk waqt xi bomba jista' jgħati l-każ li bil-ħoss ikollhom shock. Hemm persuni li jisimgħu ftit u għalhekk xi kultant tkun ta' problema għalihom biex jikkomunikaw mal-bqija. Hemm oħrajn li għandhom hearing aid li tintefa' u huma profoundly deaf li l-storbju ma' jtellifhomx f 'każ li jkunu qegħdin xi festa. Scicluna saħaq li hu qed jitkellem għad-drittijiet ta' persuni b'diżabiltà u bl-ebda mod ma' jixtieq ixekkel lill- qbijja tas-socjetà. L-unika ħaġa li kulħadd irid jifhem hija li aħna ngħixu f 'dinja waħda u importanti li naħsbu f 'kulħadd. Mistoqsi dwar il-fatt li l-festi ġew estiżi minn tmiem il-ġimgħa għal ġimgħa sħiħa t'attivitajiet biċ-ċentri tal- lokalità jispiċċaw magħluqa għal ħinijiet twal, Scicluna qal li importanti li jkun hemm limitu u għalhekk ma' jaqbilx li l-festi ġew estiżi għal ġimgħa sħiħa flok tlett ijiem. Dan minħabba li ħafna mit-toroq jkunu magħluqa jew ħabba xi nar ta' l-art armat fin-nofs tal-pjazzez jew attivitajiet oħra li jkunu għaddejin. Jemmen li qabel kull festa għandu jkun hemm laqgħat bejn l-għaqdiet, il-kunsill lokali u l-Pulizija biex isir pjan fejn ħa jiġu armati l-affarijiet, ir-rotot li ħa jkunu magħluqa u li jinstabu rotot alternattivi oħrajn. L-appell finali ta' Oliver Scicluna għal dawn iż- żminijiet ta' festi hu li festa tiġi għal kulħadd. Kompla jisħaq li l-kunsilli lokali u l-Pulizija għandhom jiġbdu ftit iżjed l-attenzjoni fejn jidħol ingombru, passaġġi magħluqa, parkeġġ riservat meħud minn xi persuna li m' għandux dritt għalih u aktar affarijiet speċjalment fir-rigward ta' dawk il-persuni b' diżabiltà li jgħixu fil-lokalità. Temm li bi ftit aktar attenzjoni kulħadd ikun jista' jgawdi mill-festa tal- lokalità. Oliver Scicluna Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014