Illum latest edition

Illum 21 January 2018

Issue link: http://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Intervista 12 A aron Farrugia huwa wieħed mill- kandidati Laburisti li kienu eletti għall-ewwel darba u li mill-ewwel baqa' dieħel l-kabinett. Minkejja li huwa pjuttost ġdid f 'dak li jirrigwarda t-tmexxija tal- pajjiż, Farrugia mhux wiċċ ġdid l-Partit Laburista. Anzi s-sehem tiegħu jmur lura għal meta l-istess partit kien għadu jitmexxa minn Alfred Sant. Niltaqa' ma' Farrugia f 'intervista li tmur lil hinn minn sempliċiment l-irwol tiegħu fil-Gvern bħala Segretarju Parlamentari, imma li se titratta wkoll ix-xena politika fil-preżent. Mill-kwistjoni ta' tliet sptarijiet u l-bejgħ tagħhom mill-VGH għall-istqarrija ta' Ana Gomes fuq Twitter fil- konfront tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat. Minn Egrant, għar-relazzjoni ta' pajjiżna mal-Unjoni Ewropea sal-futur tat-tmexxija tal- Partit Laburista. 'In-nuqqas ta' Karmenu Vella nħass, imma...' Farrugia jibda billi jfakkarni illi l-ħidma tiegħu fit- tmexxija tal-Partit Laburista bdiet meta Muscat kien elett Mexxej tal-PL, lura fl-2008 u kif apparti dan, kien ukoll, parti mit-tim elettorali ta' Karmenu Vella, dak iż-żmien Deputat Laburista u illum, Kummissarju Ewropew. Nibda mill-ewwel allura nistaqsih, jekk iħossx li t-tneħħija ta' xi ħadd bħal Vella, politiku ta' ċerta esperjenza u anke popolarità, kinitx telfa għall-Gvern Laburista u l-kabinett. "Vella kellu esperjenza ta' ħafna snin," jibda jispjega Farrugia li jammetti illi naturalment in-nuqqas tiegħu nħass fost bosta. Pront ifakkar imma illi fil-proċess tal-għażla tal-Kummissarji Ewropej huwa dejjem il-Prim Ministru li jagħżel il-persuna idonea għal din il-kariga, "u nemmen illi Vella kien il-persuna ideali għal din il-kariga." Tiġini f 'moħħi Marie Louise Coleiro Preca wkoll, imma l-ħin huwa dak li hu u mort mill-ewwel fuq ir- riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali. VGH; 'Intqalu ħafna ineżattezzi u gideb...' Bi kwistjonijiet bħal Panama, b'Ministru u Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM b'kont fil-Panama u b'allegazzjonijiet li anke l-PM Muscat għandu kont simili, Farrugia kien jemmen li l-PL kien se jirbaħ b'distakk ta' 37,000 vot? "Kien jinħass għal ħafna żmien u fost firxa wiesgħa tal-elettorat illi l-Gvern qed iwettaq. Jiena mhux naħseb, imma kont ċert, illi l-PL kien se jirbaħ u dan għax irnexxielu jirbaħ iċ-ċentru tal-ispettru politiku. Il- manifest ġie mwettaq u allura l-poplu kellu għażla. Jew Gvern li jwettaq jew il-PN li ma kellux 'policies' ċari, ma kellux l-ambizzjonijiet u l-miri li kellna aħna. Mar għall-elezzjoni, bi kwistjoni tal-governanza biss. Issa wieħed irid jieħu nota ta' din il-kwistjoni..." Ninterrompih hemmhekk. Ma jħossx, Farrugia, li minkejja illi din tal- governanza kienet 'kwistjoni waħda biss' illum bi kwistjonijiet bħall-bejgħ ta' Vitals Global Healthcare, il- Partit Nazzjonalista qed jingħata raġun meta qajjem dubji dwar kemm pajjiżna qed jitmexxa b'mod trasparenti? "Il-PN ħalla dawn l-isptarijiet fi stat dilapidat. Dik kienet il-politika tal- PN. U dan l-aħħar meta waqt programm id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, kien mistoqsi x'kien jagħmel differenti hu qal illi l-Gvern seta' ssellef u għamilhom hu l-isptarijiet, minflok tahom lill-privat. Jidher allura," ikompli jgħid Farrugia, "li l-PN huwa komdu ħafna li jkollna defiċit permanenti. Min-naħa l-oħra dan il- Gvern irnexxielu jsib nies jew grupp ta' persuni li jinvestu huma, biex proġetti għal sptarijiet 'state of the art' jagħmilhom hu...." Ma tantx għamlu suċċess, il-VGH, infakkru. Se jbigħu wara 21 xahar, waqgħu lura fil-proġetti u baqgħu joperaw taħt sensiela ta' mistoqsijiet u dubji, biex ma nsemmux il-kuntratt innifsu bejn il- Gvern u l-VGH. "Ifhem int ikollok intrapriżi li jgħaddu minn żmien diffiċli. Imma l-unika kritka li wieħed seta' jiddiskuti huwa li l-VGH ma kellhomx 'track record' fil-qasam tas-saħħa. Din il-kritika issa taqa' bl-għażla ta' Steward Healthcare li tmexxi mas- 37 sptar u timpjega eluf ta' ħaddiema fihom." Nerġa' nfakkru; li ma nafux min huwa s-sid b'indirizz f 'pajjiż magħruf għall-evażjoni tat-taxxa, u r-rappreżentant tal-VGH f 'Malta u Direttur kellu sentenza kontra kumpanija li kien qed imexxi fil-British Colombia... "Kien hemm ħafna ineżatezzi u saħansitra gideb," jirrispondi Farrugia illi jfakkar illi l-għada kien se jkun hemm dibattitu fil-Parlament illi matulu "l-Gvern se jkollu ċans jispjega u jgħid fejn qegħdin u fejn sejrin f 'dan il-qasam." (Id-dibattitu sar nhar l-Erbgħa u kien irrappurtat fuq il-midja lokali, inkluż is- sit illum.com.mt) 'Fil-kabinett hemm l-għaqda u l-ħeġġa...' Induru għall-mument fuq it-tlugħ tiegħu fil- poter. Minn President tal- Forum Żgħażagħ Laburisti għall-kabinett. Farrugia kif jasserrixxi ruħu fil- kabinett, qalb kollegi b'aktar esperjenza u awtorità politika minnu? Isibha diffiċli biex jgħid dak li jħoss? Farrugia jwieġeb fin- negattiv; "Ma kinitx diffiċli, inħossni komdu naħdem ma' sħabi u fil-kabinett hemm sens pożittiv u ħeġġa u hemm l-għaqda. Naturalment jiena nitkellem u nipparteċipa meta jkun hemm suġġetti li nħossni kkwalifikat nitkellem dwarhom..." Qtil DCG: Il-PM kien mweġġa' għall-Gvern u għall-pajjiż Ladarba qed isemmi s-sens pożittiv, nieħdu lura ftit xhur. Kif jiddeskrivi l-laqgħa tal- kabinett li saret nhar it-Tlieta 17 ta' Ottubru, ġurnata wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia? "Rajt xokk fuq kulħadd. Il-membri tal-Kabinett kienu xxukkjati bħalma kien kulħadd. Imma l-aktar li rajt kienet il-weġgħa tal- Prim Ministru. Kienet ċara," ikompli jispjega Farrugia, "li Muscat ħass li din mhux biss se tkun daqqa għall-Gvern, imma daqqa għall-pajjiż ukoll. Niftakru jgħidilna li din mhix Malta, il-Maltin mhux hekk. Il-weġgħa kienet tidher waħda kbira." Imma Farrugia jemmen li l-ħsara kbira li saret lill-immġaini ta' pajjiżna, immaġini ta' pajjiż fejn tirrenja l-impunità u theddia għas-saltna tad-dritt tista qatt tkun irranġata? "Jiena naħseb li l-fatt li bdejna mill-ewwel nagħtu r-reazzjonijiet u ngaġġajna lill-FBI u tim forensiku mill- Olanda, urejna mill-ewwel li aħna verament irridu li dan il-każ jissolva. Li 'we mean business'. Il-poplu Malti seta' jara li l-Gvern lest jaħdem u fl-ewwel ġimgħat rajna l-ewwel riżultati bl-ewwel arresti..." jinsisti Farrugia. Muscat; Ħalliel makakk? Fuq l-istess suġġett, imma din id-darba dwar programm li deher il-ġimgħa l-oħra fuq it-BBC2. Il-ġurnalist John Sweeney qal illi huma bosta dawk fl-Unjoni Ewropea li qalu illi l-PM Muscat huwa ħalliel makakk (artful dodger). Bħala membru tal-kabinett ta' Muscat, iddejqu li l-PM Malti qed jingħata din it-tikketta xejn kumplimentuża? Farrugia jgħid illi dan id- diskors lilu jweġġgħu. "Ħa nagħmluha ċara, l-ewwel nett hemm min għandu aġenda ċara u rikeb fuq dan il-qtil għall-gwadann u hemm Maltin li għamlu dan ukoll. Imma li tara Prim Ministru, ta' dik l-età, li jagħmel dawk ir-rebħiet hekk impressjonanti, li jħalli marka f 'dan il-pajjiż u lil hinn minnu u li għandu r-rispett ta' bosta, b'viżjoni għal Malta u għall-UE, attakkat b'dak il-mod tweġġagħni, kif tweġġagħni li nara lil pajjiżna attakkat hekk." Ana Gomes tirrapreżenta lilha nnifisha... "Tara ċerti reazzjonijiet dwaru, sa dalgħodu, tinduna li hemm aġendi kbar li mhux neċessarjament kulħadd qed jarahom..." Nistaqsih jispeċifika għal min qed jirreferi. "Għall-messaġġ li ħalliet Ana Gomes dalgħodu fi tweet illi fih irreaġixxiet għal xi ħaġa li kiteb Simon Busuttil u li nbidlet u kienet immanuvrata f 'aħbarijiet 'fake' li hemm xi pressjoni mill-Partit tas-Soċjalisti Ewropej biex Muscat jitneħħa." "Ana Gomes mhix il-PES," jinsisti Farrugia. Nistaqsih jekk hux qed jgħid li allura Gomes qed tirrapreżenta biss lilha nnifisha meta fi tweet qalet li Muscat m'għandux ikun appoġġjat, bħalma l-EPP m'għandux jappoġġja lil PM Ungeriż Orban. Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'M'għandix l-iċken dubju li Muscat Li tara Prim Ministru, ta' dik l-età, li jagħmel dawk ir-rebħiet hekk impressjonanti, li jħalli marka f 'dan il-pajjiż u lil hinn minnu... attakkat b'dak il-mod tweġġagħni " " L-unika kritka li wieħed seta' jiddiskuti huwa li l-VGH ma kellhomx 'track record' fil- qasam tas-saħħa. Din il-kritika issa taqa' bl-għażla ta' Steward Healthcare " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - Illum 21 January 2018