Illum latest edition

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • illum Ir-riżenja ta' Cutajar: Standards reazzjoni għar-rabja tal-poplu? ANTHEA CACHIA Inkunu qed nigdbu jekk ngħidu li r-riżenja ta' Cutajar ma bsarniex li se tasal. Dan proprju minħabba l-fatt li, skont id- diskursati li kellha ma' Yorgen Fenech, kollox juri u jindika li l-Membru Parlamentari kellha relazzjoni "too close for comfort" ma' xi ħadd li sa dak iż- żmien kien ħareġ li kien sid ta' 17 Black. Eventwalment, sirna nafu li huwa allegatament il-mandant fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wkoll. Ic-chats li ġew ippubblikati bejn Cutajar u Fenech ma niżlu xejn tajjeb ma' partitarji Laburisti, għaqdiet, il-Partit Nazzjonalista u l-ADPD, fost ħafna oħrajn, li għamlu ħafna pressjoni biex Cutajar titneħħa. Dan proprju għaliex qalet li kienet se tkun qed "titħanżer bħalma qed jagħmel ħaddieħor." Minn hemm bdiet it-triq għar-riżenja tagħha – anke jekk kontra qalbha, li ġiet imħabbra fil-bidu ta' din il- ġimgħa. Hija sostniet li sentejn ilu refgħet ir-responsabilità u ħallset prezz politiku meta rriżenjat minn Segretarju Parlamentari anke jekk skont hi ma wettqet "l-ebda illegalità." Minkejja dan, qalet li ma riedet tkun ta' toqol għal ħadd u filwaqt li mhux se tibqa' tifforma parti mill-Grupp Parlamentari Laburista, se tibqa' attiva bħala Membru Parlamentari, "voċifera, preżenti u għad-dispożizzjoni tan-nies." Cutajar mhix se titħalla tikkontesta fl-Elezzjoni Ġenerali mal-PL lanqas u dan ifisser li din il-leġiżlatura hija l-aħħar waħda tagħha f 'karriera li tista' tgħid li kienet għadha biss fil-bidu. Din il-gazzetta filwaqt li titkellem ma' erba' opinjonisti politiċi tfakkar li fl-Istorja politika riċenti u li fl-aħħar erba' snin kien hemm Konrad Mizzi, Chris Cardona, Justyne Caruana u issa Rosianne Cutajar li tneħħew direttament mill-pożizzjoni tagħhom mill- Prim Ministru minħabba stejjer li kienu fiċ-ċentru tagħhom jew kienu implikati fihom. L-erba' persuni li Abela ġiegħel jirriżenjaw Il-klima politika tal-2019 kienet waħda mimlija tensjoni minħabba l-fatt li membri ċentrali tal-Gvern ta' dak iż-żmien bdew jissemmew f 'każi ta' korruzzjoni kif ukoll fil- qtil ta' Caruana Galizia. Kienu fl- aħħar xhur ta' dik l-istess sena li Malta rat ir-riżenji tal-eks Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi u s-sospensjoni tal- Ministru u Deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona. Eventwalment naraw ukoll lil Muscat jirriżenja fil-bidu tal-2020 u Abela li jieħu postu. Mal-ewwel xhur fil-kariga tiegħu qaċċat lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor kienu meqjusin mażżra għall-Partit u l-Gvern. Primarjament Abela ma reġax ħatar lil Keith Schembri bħala Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-ebda kariga oħra governattiva. Ftit wara li kien elett Prim Ministru l-ewwel li laqqatha kien l-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi. Ir-riżenja ta' Mizzi ma kinitx waħda daqstant faċli. Mizzi, fiċ- ċentru ta' diversi kontroversi jaħarqu fosthom il-proġett tal- Electrogas u l-proġett tal-VGH - kif imdorri jagħmel - tefa' fuq Facebook illi Abela kien talbu biex ma jibqax parti mill-Grupp Parlamentari Laburista. "Filwaqt li nirrispettah u x-xogħol li qed jagħmel għal pajjiżna, ma qbiltx li għandi nwarrab fuq allegazzjonijiet u spekulazzjonijiet imbuttati 'l quddiem mill- avversarji tal-Partit Laburista," qal Mizzi, f 'Ġunju tal-2020. Minkejja dan, it wara saret laqgħa tal- eżekuttiv tal-PL li fuq l-aġenda tagħha kien se jiġi diskuss il-futur tiegħu. Tfakkarkom f 'xi ħadd? Minn stilla għal deputat imkeċċi. Konrad Mizzi ġie mkeċċi mill- Grupp Parlamentari Laburista wara mozzjoni. Minn 73 vot, 71 deputat ivvota biex Mizzi jitkeċċa. L-eks Ministru u eks Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona li kien issospenda lilu nnifsu mill- Kabinett u eventwalment irriżenja minn Deputat kien imġiegħel jirriżenja minn Deputat Mexxej Laburista mill-Prim Ministru kurrenti. Huwa kien ilu f 'dik il- kariga erba' snin. Cardona kien implikat diversi drabi fl-assassinju ta' Caruana Galizia. Aktar riċenti, fl-2021, rajna r-riżenja ta' Justyne Caruana, dak iż-żmien il-Ministru għall- Edukazzjoni. Il-pressjoni bdiet meta ġie żvelat illi Caruana, tat kuntratt ta' €15,000 lil Daniel Bogdanovic, "ħabib" qrib tagħha. L-eks Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler qal li Caruana abbużat mill- pożizzjoni tagħha biex tagħti l-kuntratt lil Bogdanovic, li kisret l-etika, li Bogdanovic ma wettaqx dak mistenni minnu u li ma kienx kompetenti f 'dak li ġie fdat jagħmel. Simili għal Cutajar, din kienet it-tieni darba li Caruana kellha tirreżenja. L-ewwel darba kien proprju minħabba l-eks raġel tagħha Silvio Valletta. Kif jgħid l-Ingliż... all roads lead to Rome. Valletta ukoll kien qiegħed jiġi investigat fuq l-irwol tiegħu u xi informazzjoni li seta' għadda, dwar l-assassinju ta' Caruana Galizia. Caruana irriżenjat u qalet li ma kinitx se terġa' tikkontesta għall- elezzjoni ġenerali. analiżi L-ILLUM kellmet lill-attivista u Viċi President tal-Għaqda Repubblika Alessandra Dee Crespo u tgħid illi Abela ilu jiddefendi lil Cutajar għal dawn l-aħħar sentejn u baqa' jkaxkar saqajh. Hija qalet li Abela seta' jiffranka lill-Partit Laburista minn ħafna inkwiet, "li kieku ħa deċiżjoni mal-ewwel." "Ma jafx jieħu deċiżjoni diffiċli għalih u għall-partit tiegħu. Iħalli l-affarjiet jaslu fit-tard u jidher li ħa deċiżjoni meta fil-fatt ma ħa xejn. Sa 10 t'ijiem ilu kien għadu jiddefendiha. X'inbidel? Ir-reazzjoni tal-pubbliku u s-sondaġġi," qalet Crespo. Hija fakkret li Repubblika sentejn ilu kienet marret wara l-bieb tal-uffiċċju tagħha, meta kienet għadha Segretarju Parlamentari, biex tirriżenja. "Dakinhar diġà kien hemm l-indikazzjonijiet u Abela ħalliha toħroġ għall-elezzjoni xorta waħda." L-ILLUM tfakkar lil Crespo f 'dak li qal Abela dakinhar li Cutajar ħabbret li kienet se tirreżenja. Abela sostna li din ir-riżenja kienet se tgħolli l-istandards tal- intergrità li huma mistennija fil-ħajja pubblika. "Għidlu ma jdaħħaqx nies," irreaġixxiet Crespo. Hija insistiet li dan mhux minnu u prova ċara ta dan, fil-fehma tagħha, huwa l-fatt li hija irriżenjat iżda se tibqa' Membru Parlamentari indipendenti fil-Parlament. Il-pożizzjoni ta' Crespo hija assolutament kontra dan u tgħid illi Cutajar mhix postha fil- Parlament lanqas. "Kieku jien kostitwenta tagħha u qiegħda fil-Parlament tirrappreżentani, nieħu għalija," kompliet tgħid Crespo. Ta' min wieħed jirrimarka li Partit jew Prim Ministru ma jistax iġiegħel Deputat jirriżenja mill-Parlament hekk kif is- siġġu Parlamentari fis- sistema Parlamentari Maltija huwa meqjus tad-Deputat u mhux tal-Partit. L-attivista għamlet referenza wkoll għall- istqarrija ta' Nisa Laburisti, li fiha tinnota li "f 'dan il-pajjiż, ċertu individwi jħossuhom komdi jattakkaw b'dan il-mod misoġinist, inkluż bi ksur ta' ordnijiet tal-Qorti." B'dispjaċir Crespo tinnota li din il-kwistjoni m'għandha xejn x'taqsam mal-fatt li Cutajar hija mara. "Il-kwistjoni hija li MP suppost għandha l-istandards u ħalfet biex tħares l-interessi ta' Malta u minflok ħarset lejn l-interessi tagħha. Jekk qed tinġbed l-attenzjoni lejk, din mhux minħabba li int mara iżda għax int membru parlamentari ħażin," sostniet Crespo. Min-naħa l-oħra, Crespo tenniet li jekk huwa veru li Abela jrid jgħolli l-istandards, irid ikun ġust ma' kulħadd u jieħu azzjoni mal-membri kollha, "bħall- Ministru Ian Borg, li nstab ħati li kellu pixxina illegali iżda kollox baqa' għaddej kif inhu." Fl-aħħar, l-attivista qalet li l-istandards verament jogħlew meta l-azzjoni tittieħed fil-pront u mhux meta l-Prim Ministru jkaxkar saqajh u jħalli kollox għaddej. "Abela jieħu d-deċiżjoni meta jaqbillu, għax ma jistax jagħmel mod ieħor. Meta jara lin- nies irrabjati u jduru kontrih. Abela huwa b e ż ż i e g ħ , " temmet tgħid A l e s s a n d r a Dee Crespo. 'Postha mhux fil-Parlament. Kieku jien kostitwenta tagħha nieħu għalija' Alessandra Dee Crespo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 9 April 2023