Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717
07 illum • IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 Standards politiċi ġodda jew tal-poplu? analiżi "Kieku Robert Abela verament ried jagħti risposta, kien iġiegħlha tirreżenja mill-Parlament." Hekk qalet id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-ADPD – e Green P a r t y S a n d r a Gauci f 'kumment li tat lill- ILLUM . Hija sostniet li Abela għamel il-minimu ta' dak li seta' jagħmel. Minkejja dan, hija tinnota b'pożittività li kien pass tajjeb illi qal li Cutajar mhix se titħalla tikkontesta għall-elezzjoni ġenerali tal-2027. "Nispera li jżomm magħha din il-wegħda. Però din ir-riżenja kienet l-inqas li wieħed jista' jagħmel u mhix xi ħaġa li nistgħu nifirħu biha lanqas," qalet Gauci. Hija sostniet ukoll, bi qbil ma' Crespo, li din ir-riżenja ġiet għax "Abela kien imġiegħel mill- qawwa tal-midja soċjali." Meta mistoqsija fuq il- kumment li għamel Abela dwar l-istandards, Gauci infaqgħet tidħaq u irrimarkat li jekk dan huwa l-livell tal-istandard politiku, "mela l-istandard huwa verament baxx." Li kieku mhux għax ġejjin minn kampi opposti u għax din il-gazzetta ċemplitilhom b'mod separat l-ILLUM kienet taħseb li b'xi mod iż- żewġ attivisti ehmu għax it-tnejn għamlu l-istess mistoqsija: "Il- Gvern irid idaħħaq?" "Dan naħseb qed jgħix ġo limbu jew bozza għax l-istandards għolja jżommhom li kieku jkun moħħu hemm mal-Ministri tiegħu stess. Din kienet waħda minn ħafna. Għandna Ministri bħal Silvio Schembri li ma jridx jgħidilna jekk hux qed iħallas kera għall-uffiċċji tiegħu. Għandna lil Ian Borg bil-pixxina bla permess u ma qalilniex x'se jiġri. Għandna ħafna nies li huma dubjużi," sostniet Gauci. Hawn l-ILLUM tistaqsi x'azzjonijiet għandu jieħu Abela biex jgħolli l-istandards u pront Gauci saħqet li hemm bżonn ta' re-shuffle. Hija sostniet li n-numri qed juru li l-poplu mhux jafda lil min eleġġa, speċjalment "dawk li hemm dubji dwarhom." Gauci qalet li m'hemmx bżonn li nibqgħu naraw l-istess uċuħ fil-Kabinett. Sostniet li n-nies li semmiet ma hemmx bżonn jitkeċċew m i l l - P a r l a m e n t iżda xorta saħqet li, "għandna bżonn naraw uċuħ ġodda li jiġu fdati mill-poplu għax bħalissa, bin- nies, li hemm m'hemmx fiduċja." Iżda meta nitkellmu fuq uċuħ ġodda, Gauci lil min trid tara b'aktar poter u li jista' joffri ħidma "mingħajr dubji?" "Sa issa ħadd ma ipperswadini għax kieku nista' niknishom 'l hemm. Iżda nippretendi li jekk daħħal daqstant nisa bil-kwoti, juri li qed jafdahom u mhux iħallihom bħala Segretarji Parlamentari biss u l-affarjiet taċ-ċiċċa li jiswew xi ħaġa, tahom lill-irġiel li nafu min huma," qalet Gauci. Hija sostniet li huwa minnu li dawk ġew eletti, iżda l-ħidma ma tantx hi waħda li qed timpressjona lin-nies, "anzi qed timpressjonahom fin-negattiv." 'Jekk Robert Abela jrid l-istandards ogħla, għandu jagħmel re-shuffle' Sandra Gauci U finalment din il- gazzetta kellmet lill- President tal-Partit Laburista Ramona Attard illi qalet li l-obbligu tal- Partit Laburista fil-Gvern huwa li jibqa' saqajh mal- art "biex il-fiduċja li tana l-elettorat sena ilu nsarrfuha fi standards għolja fil-politika." Hija insistiet li Malta, taħt Gvern Laburista, "minn pajjiż li fih ma kienx hawn preskrizzjoni għall-politiċi, Liġi għall- finanzjament t a l - p a r t i t i p o l i t i ċ i , e m e n d i biex jirregolaw il-mod kif jinħatru karigi għolja bħall-membri tal-ġudikatura, il- Kummissarju tal-Pulizija u saħansitra l-President ta' Malta, sirna pajjiż b'sistema tas-saltna tad- dritt imsaħħa." Attard qalet li r-riżenja ta' Cutajar kompliet turi d-differenza bejn iż-żewġ partiti politiċi. Attard sostniet li bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni hemm differenzi kbar, filwaqt li għamlet referenza minima għar-riżenja ta' Cutajar. Hija qalet, b'referenza għal Bernard Grech, li "min-naħa għandek Kap ta' Partit b'investigazzjonijiet dwar ħlas ta' eluf f 'taxxa u VAT u ma rriżenjax. L-istess Kap tal-Oppożizzjoni li inċita folla u wassal lil dik il-folla biex tkun agressiva fil-konfront ta' ġurnalisti. Iżda lanqas jerfa' farka responsabilità politika, minkejja li m'għandux il-fiduċja reali tal-partit tiegħu stess u wisq inqas tal-Maltin u Għawdxin." Żiedet tgħid li min- naħa l-oħra l-poplu għandu Gvern li għandu kredibilità ekonomika u li fi kliemha "pass, pass qiegħed ikompli jtejjeb l-istandards fil-politika ta' pajjiżna." Attard irrimarkat ukoll li dan il-Gvern qiegħed dejjem jaħdem għall-interess nazzjonali f 'kull fora Ewropea. Dan filwaqt li tenniet li min- naħa l-oħra " g ħ a n d e k Partit fl- Oppożizzjoni li juża kull okkażjoni biex jaħdem kontra Malta u l-Maltin." Attard temmet tgħid li l-poplu għandu fiduċja fil-Partit Laburista, ħafna aktar mill-Partit Nazzjonalista għax "huwa l-partit li għall-isfidi jsib opportunitajiet u hu l-partit li għalkemm perfett mhuwiex, jammetti fejn seta' kien aħjar u jaħdem biex ikun aħjar. Il-poplu jistenna mill-Partit Laburista fil- Gvern li jimplimenta l-manifest elettorali filwaqt li jżomm standards għolja ta' integrità." 'Il-PL huwa aħjar mill-PN għax għalkemm mhuwhiex perfett, jammetti fejn seta' kien aħjar' Ramona Attard Din il-gazzetta kellmet ukoll lill-avukat Anna Mallia. B'komunikazzjoni elettronika hija tinsisti li r-riżenja ta' Cutajar, la ġiet b'riżultat ta' bidla fl-istandards politiċi u lanqas reazzjoni għar-rabja fost il-pubbliku. Mallia tgħid illi r-riżenja, "kienet reazzjoni għall-midja, li sfortunatament tħares lejn l-uċuħ u tippretendi li hija 'l fuq mil-Liġi." Anna Mallia 'Ir-riżenja ma tfissirx bidla fl- istandrads politiċi'