Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet DISA' organizzazzjonijiet volontarji ffirmaw ftehim sabiex jirċievu total ta' €130,628 mill-fond ta' ko-finanzjament għall- għaqdiet volontarji, li jifforma parti mill- portafoll tas-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima fi ħdan il-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan wara li applikaw b'suċċess għall-fond ta' ko-finanzjament għall- għaqdiet volontarji sabiex jingħataw appoġġ finanzjarju għall- proġetti li qed iwettqu f 'oqsma differenti, b'ko- finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Illum dawn irċevew l-ewwel parti tas-somma b'valur ta' €65,314. Ma' dawn kien hemm ukoll żewġ proġetti oħra li ntemmu b'suċċess minn żewġ NGOs u li rċevew għajnuna finanzjarja ta' €4,973. B'kollox, dawn il-11-il għaqda llum se jirċievu total ta' €70,287 għal 11-il proġett. Waqt il-preżentazzjoni tal-fondi, is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima rringrazzja lir-rappreżentanti tal- organizzazzjonijiet volontarji għax-xogħol importanti li jagħmlu f 'pajjiżna. Qal ukoll li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jgħin lis-settur volontarju sabiex ikompli jagħti servizz lis-soċjetà tagħna. Huwa ħeġġeġ lill- NGOs sabiex jaċċessaw aktar opportunitajiet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea. Meta NGO tapplika għal fondi Ewropej din tkun obbligata li toħroġ persentaġġ mill- ispejjeż tal-proġett. Diversi entitajiet ma jkollhomx ir-riżorsi finanzjarji neċessarji biex jagħmlu dan u għaldaqstant ikollhom problema jaċċessaw fondi Ewropej. Għalhekk, dan il-fond inħoloq biex jgħin lill-NGOs f 'dan l-impenn finanzjarju u jiffaċilitalhom l-aċċess għal fondi mill-Unjoni Ewropea. Dan il-fond ta' ko- finanzjament jammonta għal €150,000 fis-sena. Il-fond qiegħed fuq sejħa kontinwa, għalhekk il-benefiċjarji jistgħu japplikaw matul is-sena għall-finanzjament. Mill- 2018, l-evalwazzjonijiet qed isiru perjodikament sabiex il-benefiċjarji jkollhom tweġiba dwar l-applikazzjoni tagħhom fi żmien aċċettabbli. Minn Ġunju tal-2017, il- benefiċjarji saru eliġibbli għal 100% tal-finanzjament sa massimu ta' €15,000 għal kull proġett. L-applikkazzjonijiet jintlaqgħu kemm waqt l-implimentazzjoni tal- proġett kif ukoll meta jitlesta. L-organizzazzjonijiet volontarji li rċevew il-fondi llum huma Friends of the Earth Malta, Fondazzjoni Soċjo-Kulturali Ambjentali Augustina, Woman's Rights Foundation, Richmond Foundation, BirdLife Malta, Fondazzjoni Għall- Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, ADITUS Foundation, Friends of the Earth, Cross Cultural International Foundation, OASI Foundation u MRDDF. illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 53 • 45 • 19 • 74 • 39 22 • 62 • 73 Tlugħ Nru. 752 Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana Trinity Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Marsa Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys O'Hea Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Mrabat Pharmacy, 5, Triq l-Imrabat, Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan Reeds Pharmacy, 191, Vjal il-21 ta' Settembru (previously "Lifetime Pharmacy"), Naxxar Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (previously "Agius Pharmacy"), Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbellika, Żabbar Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Gudja Milia's Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Żurrieq Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipen - denza, Victoria Vella Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Tramuntana għall-Grigal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5, li jdur mill-Majjistral sa wara nofsinhar BAĦAR Moderat għal qawwi li jsir lokalment qawwi L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab u bil- ħalbiet iżolati tax-xita, lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ f'xi waqtiet VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Tramuntana għall-Grigal forza 3 għal 4 għall-ewwel, li jsir forza 4 għal 5 BAĦAR Moderat li jsir moderat għal qawwi 11-il NGO jirċievu total ta' madwar €70,000 mill-gvern għal 11-il proġett STOCK TAL-GVERN STOCK TAL-GVERN TA' MALTA Investiment Sod Ħruġ ta' €100,000,000 b'irkant ta' Stock tal-Gvern ta' Malta –B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €50,000,000) Stock tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa It-Teżor iħabbar il-ħruġ b'irkant ta' €100,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €50,000,000, kif ġej: (i) 1.4% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) li jimmatura fl-2024, u (ii) 1.85% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) li jimmatura fl-2029, jew (iii) F'ammonti miż-żewġ Stocks imsemmija aktar 'il fuq' b'valur nominali flimkien ta' € 100,000,000 L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Ġimgħa 7 ta' Diċembru, 2018 fit-8.30a.m. u jagħlqu f'nofsinhar tal-istess jum, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax 2596 7210 jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, Floriana. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri ta' Servizzi ta' Investiment oħra awtorizzati, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, (www.treasury.gov.mt). GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA` FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL-JUM LI L-ISTOCK JINBIEGĦ SIGURTA` LIKWIDITA` IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018