Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet DIN il-gazzetta tinsab infurmata li l-Federazzjoni Ewropea tal-Futbol, l-(UEFA), ma rċeviet l-ebda notifika mill-Assoċjazzjoni tal- Futbol ta' Malta (MFA) dwar l-investigazzjoni attwali fil-konfront tal-eks FIFA referì Malti, li huwa wkoll UEFA observer, mixli b'allegat tixħim. Ġimagħtejn ilu din il- gazzetta kienet żvelat kif, attwalment l-MFA qiegħda tinvestiga eks referì tal-FIFA fuq allegazzjonijiet ta' tixħim. L-allegazzjonijiet imorru lura għall-finali tal-F.A Trophy ta' sentejn ilu. 'UEFA Observer' huwa inkarigat bl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' referis oħra waqt il-logħbiet tal-UEFA. Wara kull logħba, dan jassenja marki dwar il-prestazzjoni tar-referis filwaqt li joffri pariri fuq kif huma jistgħu jtejbu xogħolhom. Apparti minn hekk sorsi fl-MFA li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif il-ġimgħa l-oħra, l-MFA ssospendiet lil dan ir-referì minħabba akkużi ta' bullying fuq referis oħra. 'L-osservaturi tal-UEFA jiġu nnominati u rtirati mill- assoċjazzjonijiet lokali' Din il-ġimgħa l-ILLUM għamlet kuntatt mal-UEFA, kemm telefoniku kif ukoll billi bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill- istess federazzjoni. Din il-gazzetta staqsiet jekk l-ewwel nett: l-UEFA kinitx infurmata bl-investigazzjoni attwali fil-konfront ta' dan ir-referì u jekk kinux se jieħdu passi min-naħa tagħhom. Kelliem għall-UEFA għamilha ċara li, "huma ma kienu informati b'ebda investigazzjoni fil-konfront ta' dan ir-referì u li l-osservaturi fuq livell tal- UEFA jiġu nnominati għal din il-kariga kif ukoll jitneħħew mill-assoċjazzjoni lokali, f 'dan il-każ l-MFA." Għalkemm ġimagħtejn ilu l-MFA kienet baqgħet siekta fuq l-allegat każ, waqt il- programm 'Offside' tat-Tnejn li għadda, Matthew Paris li hu wieħed mill-Viċi Presidenti tal-MFA sostna li, "dan il- każ attwalment jinsab sub- judice u għalhekk m'iniex se nikkummenta fuqu." Jekk dan l-eks referì jinstab ħati fuq dawn l-akkużi, hu jsir it-tieni referì Malti tal-FIFA li nstab ħati b'tixħim f 'temp ta' 10 snin. Hekk kif lura fl-2008, Joe Attard kien instab ħati li pprova jxaħħam 'goalkeeper' qabel logħba tal-UEFA League bejn Marsaxlokk u Slaven Belupo. 'Darmanin Demajo żamm mar-referì investigat' Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-istess referì li allegatament qed jiġi investigat mill-MFA fuq tixħim, il- ġimgħa l-oħra kien sospiż fuq akkużi ta' bullying fil-konfront tar-referìs oħra. Intant, it-Tnejn li għadda, fl-intervent tiegħu waqt il- programm Offside fuq TVM2, Tabone saħaq li, "kont jiena li rrapportajt dan il-każ waqt laqgħa tal-kumitat. Il-President tal-NFA, Norman Darmanin Demajo, żamm man-naħa tar-referì inkwistjoni, u tah l-fiduċja kollha filwaqt li waqqa' l-argument tiegħi u tar-referì inkwistjoni," saħaq Tabone. Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum 'L-UEFA ma kinitx infurmata bil-każ ta' referì involut f 'allegat tixħim' • L-eks referì jinsab sospiż fuq allegat 'bullying', mixli wkoll b'tixħim • L-ILLUM titkellem mal-UEFA fuq il-każ.. tgħid li ma taf xejn • L-eks referì huwa wkoll UEFA observer National Development and Social Fund 46, West Street, Vallea info@ndsf.com.mt The National Development and Social Fund (hereinaer referred to as "NDSF", "Agency" or "Fund") is an autonomous agency established for the purpose of managing and administering contributions received from the Individual Investor Programme of Malta, in virtue of the Malta Citizenship Act Cap. 188. Professional Services for Social Housing Projects E X PR E SSIO N O F IN TE R E ST Ref: NDSF/DEVPROBRF/01/2018 Expressions of Interest are to be submied in a sealed envelope clearly marked with the reference number NDSF/DEVPROBRF/01/2018 Sealed Envelopes are to be delivered by hand to the National Development and Social Fund by not later than Tuesday 11 December 2018 at 12:00 CET, clearly marked to: The CEO, National Development and Social Fund 46, WEST STREET, VALLETTA VLT1531 The National Development and Social Fund is inviting Expressions of Interest from Professional Firms with competence in Architecture, Civil and Structural Engineering, Building Services Engineering, Interior Design, Project Management and Cost Management Firms to develop a Project Brief in relation to NDSF's Social Housing Projects. The Project Brief should cover the following areas: • High level Work-Flow Chart from the Planning to Implementation Stages of Projects • Current Planning and Building Regulations and Recommendations for the improvement of Building and Performance Standards • Optimisation of Development Potential of a number of development sites for Social Housing Purposes • Definition of a Development Area Matrix to identify the right component development mix • Applicable Building Systems defining time and cost comparatives • Proposals for performance Management and Monitoring of Project KPIs • Cost Management • Tendering and Procurement Process For further details and Mandatory Evaluation Criteria please refer to Government Gaze•e of November 30, 2018. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter X'kienet irrapportat l-ILLUM? Ġimagħtejn ilu din il-gazzetta kienet żvelat kif, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) reġgħet fetħet investigazzjoni fil- konfront ta' eks referì tal-FIFA li sentejn ilu kien mixli b'akkużi ta' tixħim. Sorsi qrib sew l-operat tal-MFA, spjegaw mal-ILLUM li fid- dawl ta' dettalji ġodda dwar ir-referì inkwistjoni, l-Uffiċjal għall- Integrità tal-MFA, Franz Tabone reġa' fetaħ din l-investigazzjoni. Din il-gazzetta bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lil Tabone li fihom staqsietu biex l-ewwel nett jikkonferma l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni inwkistjoni, kif ukoll dwar ir-raġunijiet li allegatament reġgħu wasslu għall-ftuħ ta' din l-investigazzjoni. Minkejja d-domandi tal-ILLUM, Tabone baqa' b'fommu sieket bir-risposta tiegħu tkun biss li, "l-uffiċċju tiegħu jopera f 'ambjent sensittiv u għalhekk nagħmlu kollox bl-ogħla responsabbilità u kunfidenzjalità."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018