Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Wieħed mill-aktar saċerdoti Maltin magħrufa jakkuża lill-Papa Franġisku li qed jin- sulenta lill-Maltin għax ħallihom b'Arċisqof part-time. Vera li bl-irwoli li ngħata, l-Arċisqof ma jistax jaqdi dmiru sewwa f 'Malta? L-ILLUM tistaqsi lill-Kurja Arċisqof part-time? Il-Kurja twieġeb "LARĊISQOF għandu r-responsabbiltà tat-tmexxija tal-Knisja lokali kif ukoll il-missjoni li jkun ta' servizz għall-Knisja Universali taħt it-tmexxija tal-Papa." Dan qalu mal-gazzetta ILLUM il-kelliem tal- Arċidjoċesi ta' Malta meta mitlub jirreaġixxi għall- kummenti li għadda Dun Renè Camilleri waqt il-programm One Breakfast, fl-14 ta' Novembru li għadda. Dun Renè Camilleri, li sa ftit tax-xhur ilu kien il-Vigarju Episkopali għall- Evanġelizzazzjoni, qal illi li kieku jkollu quddiemu lill- Papa Franġisku jgħidlu li qed jinsulenta lid-djoċesi Maltija. Huwa kien qiegħed jgħid dan fid-dawl tal-aħħar karigi importanti li l-Arċisqof Charles Scicluna ngħata mill- Papa. "Il-Papa qed jgħidilna intom erba' qtates. Biżżejjed ikollkom Arċisqof part-time," kompla jisħaq Dun Camilleri. "Jekk l-Arċisqof għandu kontribut x'jagħti f 'Ruma nirringrazzjah…imma din inħossha insulenza min-naħa tal-Papa." L-ILLUM tistaqsi lill-Kurja… Fid-dawl ta' dan kollu, il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Arċisqof x'jaħseb dwar il-kummenti ta' Dun Renè u jekk dawn ir- responsabbilitajiet hux qed iħalluh jaqdi dmiru f 'Malta. Fit-tweġiba tiegħu, il- kelliem tal-Arċisqof insista li Monsinjur Scicluna se "jibqa' jagħti ħajtu għall-merħla fdata lilu mill-Papa Franġisku u b'ubbidjenza se jaqdi kull missjoni mitluba minnu mill- Papa." Kompla jfakkar li kull Isqof għandu dejjem jibqa' miftuħ biex ikun ta' servizz għall- Knisja Universali. Mistoqsi kemm l-Arċisqof qed iqatta' żmien barra minn Malta minħabba dawn il-karigi, il-kelliem fakkar li Monsinjur Scicluna ilu membru tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi mill-2012 u kull xahar jitla' Ruma għal ftit jiem kif se jkompli jagħmel issa li nħatar Segretarju Aġġunt tal-istess Kongregazzjoni. Il-Kelliem kompla jfakkar li Malta għandha Isqof Awżiljarju u għalhekk, kull meta l-Arċisqof ikun imsiefer, it-tmexxija tal-Arċidjoċesi tkun f 'idejn Monsinjur Joe Galea Curmi. Apparti l-karigi li l-Arċisqof għandu fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, fl- aħħar jiem, il-Papa Franġisku ħatru wkoll bħala wieħed mill-membri tal-kumitat li se jkun qed jorganizza laqgħa importanti tal-Knisja dwar il- protezzjoni tal-minuri. Din il-laqgħa, se tkun qed issir fil-Vatikan bejn il-21 u l-24 ta' Frar tal-2019. Aktar kmieni din is-sena, il-Papa Franġisku kien bagħat għal darbtejn lill-Arċisqof Scicluna biex jinvestiga skandlu ta' abbuż sesswali li heżżeż lill-Knisja fiċ-Ċilì. Monsinjur Scicluna kien kiteb rapport ta' 2,300 paġna li kien wassal mhux biss għar-riżenja ta' 34 Isqof Ċilen iżda anke biex il-Papa Franġisku jiltob maħfra wara li waqt konferenza, hu u jirritorna lura minn żjara Appostolika fiċ-Ċilì, kien iddefenda Isqof li ħeba każi ta' abbuż sesswali. F'Ottubru li għadda, l-Arċisqof Scicluna ħa sehem, flimkien ma' mijiet ta' isqfijiet, fis-Sinodu tal-Knisja dwar iż-Żgħażagħ. L-interventi ta' Monsinjur Scicluna ġibdu l-attenzjoni ta' John L Allen Jr, l-editur ta' Crux, sit stabbilit ta' aħbarijiet Kattoliċi. Allen faħħar ħafna lill- Arċisqof Charles Scicluna u lill-Arċisqof ta' Sydney fl-Awstralja Anthony Fisher, u insista li anke jekk għadhom mhux Kardinali, jista' jkun li wieħed minnhom ikun il-Papa li jmiss. Sejħa għal Spazju ta' Uffiċini (Rif. MJCL/CMD 465/2018) Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se tkun qed tilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għall-użu ta' uffiċċju fin-nofsinhar u ċ-ċentru ta' Malta. Informazzjoni addizjonali tista' tinkiseb minn: https://justice.gov.mt/en/ministry/tenders/Pages/ tenders.aspx Id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-offerti hi l-Ġimgħa 21 ta' Dicembru 2018 sa nofsinhar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018