Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum Minn Yendrick Cioffi WARA li fit-18 ta' Novembru din il-gazzetta żvelat kif skrivani fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed jitħaddmu b'kuntratti li jiġġeddu xahar b'xahar jew inkella kull ftit xhur, illum tista' tikkonferma li t-tmexxija tal-kumpanija Steward Health Care Malta qed tiskrutinizza dawn il- kuntratti. Anke jekk il-partiti politiċi għażlu li jinjoraw u ma jikkummentawx dwar il-kuntratti li qed jingħataw lil dawn il- ħaddiema, il-gazzetta ILLUM baqgħet tistaqsi jekk dawn il-kuntratti qosra, anke jekk legali, humiex aċċettabbli. Għal dawn il- mistoqsijiet, kelliema għal Steward Health Care wieġbet li għaddejjin diskussjonijiet dwar dawn il-kuntratti "bl-għan li fil-futur qrib jingħataw kuntratti itwal" lil dawk il-ħaddiema li qed jitħaddmu b'kuntratti li jiġġeddu kull ftit xhur. Mistoqsija jekk dan ifissirx li Steward tkellmet mal-kumpanija Signal 8 Security Services Malta Ltd, li fl-2016 rebħet tender tal-Gvern biex tipprovdi skrivani fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema kumpanija qed tagħti kuntratti qosra lil uħud mill-ħaddiema, il-kelliema ta' Steward qalet li f 'dan l-istadju, id-diskussjonijiet kienu interni, jiġifieri bejn it- tmexxija tal-kumpanija. Din il-gazzetta reġgħet għamlet kuntatt mal- ħaddiema li kienu tkellmu magħha u li saħansitra wrewha l-kuntratti qosra li qed jingħataw. Minkejja li għaddew ġimagħtejn minn meta l-gazzetta ILLUM żvelat din l-aħbar, ħadd għadu ma kellimhom. Kulħadd qabel li dawn il-kuntratti mhux irrakkomandati Il-liġi kif inhi bħalissa tistipola li impjegatur jista' jagħmel sa erba' snin jimpjega ħaddiem b'kuntratt li jiġġedded xahar b'xahar. Wara li jgħaddu erba' snin, il- kuntratt awtomatikament jinbidel f 'wieħed indefinit. Il-gazzetta ILLUM kienet ikkonfermat dan kemm mad-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u anke mal-Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u għall-Ugwaljanza li kien insista li minkejja li legali, dawn il-kuntratti la huma mixtieqa u lanqas irrakkomandati. Fil-fatt, meta l-gazzetta ILLUM kienet għamlet kuntatt mad-Direttur tal-Kumpanija Signal 8, Joseph John Grech, filwaqt li kkonferma li hemm ħaddiema li għandhom kuntratti definiti qosra, insista li hu mhu qiegħed jagħmel xejn kontra l-liġi. Madanakollu, kemm is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja u anke l-Kap Eżekuttiv tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin, Josef Vella, filwaqt li t-tnejn li huma qalu li jafu b'impjegati li jingħataw kuntratti definiti qosra ħafna, insistew li dawn it- tip ta' kuntratti jfissru biss inċertezza għall- ħaddiema li ma jkunu jistgħu jippjanaw xejn fit-tul. Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers' Association (MEA), Joe Farrugia, filwaqt li wkoll insista li dawn il-kuntratti mhux irrakomandati, kien saħaq li jkun hemm każi fejn impjegatur ma jkollux għażla oħra. Spjega kif ikun hemm kuntratturi li jingħataw kuntratti għal perjodu qasir ħafna, anke mill- Gvern, u għalhekk mhux dejjem ikun jista' jintrabat li jagħti kuntratt twil lill- ħaddiema tiegħu. Kien għalhekk li appella biex kemm jista' jkun, kuntratturi ma jingħatawx kuntratti qosra. "Jekk proġett se jieħu erba' snin, għalfejn tagħti kuntratt lill-kuntrattur li jiġġedded kull sitt xhur jew kull sena?" staqsa d-Direttur Ġenerali tal-MEA. Madanakollu, kien insista li jitħasseb serjament meta sid ta' stabbiliment, jew inkella xi ristorant, li x-xogħol tiegħu ma jiskadix b'kuntratt, jagħżel li jimpjega wejter b'kuntratt li jiġġedded kull ftit xhur. Imma l-liġi tista' tinbidel? Iżda ġaladarba, skont il-Ministeru għall- Affarijiet Ewropew u għall-Ugwaljanza dawn il- kuntratti "mhux mixtieqa u lanqas irrakkomandati," il-liġi ma tistax tinbidel? Il-gazzetta ILLUM kienet għamlet din il-mistoqsija lill-istess Ministeru li min-naħa tiegħu, filwaqt li ma kkommettiex ruħu, insista li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar emendi fil-liġi tax-xogħol u li anke dawn il-kuntratti huma suġġett għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni. Din il-gazzetta kienet bagħtet ukoll tistaqsi direttament lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li għażel li ma jweġibx u minflok talabna ngħaddu l-mistoqsijiet tagħna lill-Ministeru ta' Helena Dalli. Steward tiskrutinizza l-kuntratti qosra li qed jingħataw ħaddiema fl-Isptar ta' Għawdex Wara dak li żvelat il-gazzetta ILLUM ħmistax ilu, il-kumpanija Steward Health Care bdiet proċess biex tanalizza kuntratti li jiġġeddu xahar b'xahar jew kull ftit xhur u li qed jingħataw lil skrivani li jaħdmu fl -Isptar Ġenerali ta' Għawdex Ġenerali tal-MEA. għamlet din il-mistoqsija Kuntratt mogħti lil skrivan Għawdxi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018