Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 BĦALLUM ġimgħa ilu l-Partit Nazzjonalista organizza l-Kunsill Ġenerali tiegħu illi fih, apparti d-diversi diskorsi li saru tressaq dokument bl-isem 'Ġid għal kulħadd, f 'soċjetà li jimpurtaha.' Fid-diskors tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Adrian Delia ħeġġeġ lin-nies li kienu qed isegwuh biex jaqraw dan id- dokument biex b'hekk jaraw x'inhi l-viżjoni tal-PN li dwarha se jduru d-diversi miżuri li suppost il-PN se jkun qed iressaq sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dan id-dokument u analizzat il-parti fejn il-PN qed joffri dik li qed isejħilha bħala viżjoni tiegħu. F'dan l-ispazju qed nanalizzaw din il-parti tad-dokument billi nitfgħuha f 'kuntest u nistaqsu l-mistoqsijiet li tqajjem l-istess viżjoni. Immigrazzjoni; Tajjeb...imma kif? Huwa ċar illi l-PN immexxi minn Adrian Delia qed jara l-kwistjoni tal-immigrazzjoni bħala tappa importanti li tista' trebbħu l-voti. Probabilment wasal għal din il-konklużjoni bbażżat fuq il-fatt li 1) madwarna u anke lil hinn, elezzjonijiet/referenda ntrebħu jew intilfu fuq din il-kwistjoni. Biżżejjed naraw kif Trump fl-Istati Uniti u dawk li riedu l-Brexit rebħu, minkejja kull previżjoni l-kontra. Fil- Ġermanja Merkel jingħad illi tilfet ħafna voti minħabba dak li hemm minn jgħid illi kien 'open door policy' għall-immigranti, filwaqt li t-Taljani tellgħu Gvern fuq l-għajta (li qed jesegwixxi) li jagħlaq il-kosta u ma jħallix iktar immigranti jidħlu fil-pajjiż. Fl-Ungerija l-Prim Ministru Orban qed jitkellem b'qawwa fir-rigward tal-immigrazzjoni, filwaqt li fl-Awstrija l-lemin estrem huwa parti mill-Gvern. Lokalment u f 'żoni partikolari b'mod speċjali, l-indifferenza, antipatija jew f 'każi anke mibgħeda lejn l-immigranti, mhix neċessarjament l-eċċezzjoni u għalkemm m'għandniex studji f 'idejna li jikkonkludi dan huwa fatt innegabbli illi t-tgergir mhuwiex ftit f 'postijiet bħall-Marsa, Ħamrun, Birżebbuġa u Buġibba/ Qawra. Imma kif se jindirizza dan it- tħassib il-PN? Imma x'inhi l-viżjoni tal-PN ikkumparata mal-viżjoni tal- PM għal pajjiż kożmopolitan? Għall-għajta ta' pajjiż kożmopolitan, il- PN qed isejjaħ għal immigrazzjoni "intelliġenti." Id- dokument jgħid li "l-pjan dwar l-immigrazzjoni jrid jitfassal b'għarfien sħiħ tal-effetti kollha, f 'ammonti raġunati li jiflaħ il-pajjiż u f 'tipi li għandna bżonn." Skont ċifri mogħtija fil-Parlament mill- Ministru Evarist Bartolo, f 'Malta hawn kważi 43,000 ħaddiem barrani (nies f 'impjieg legali). Minn dawn, 30,564 huma ħaddiema li ġejjin minn pajjiż ieħor fl-UE u 12,407 minn pajjiżi barra l-UE. Minn dawn it-30,564, 7,778 huma Taljani (947 fl-2011), kważi 5,000 ħaddiem ġejjin mir-Renju Unit, 2,439 huma Bulgari, 1,090 huma Ġermaniżi, 1,592 huma Ungeriżi u 1,359 huma Żvediżi. Dawn iċ-ċifri jkopru sal-aħħar tas-sena l-oħra. Dwar dawn Gvern, ikun min ikun, ma jista' jagħmel assolutament xejn għaliex dawn għandhom kull dritt ikunu pajjiżna, kemm jekk għandhom xogħlijiet li għandna bżonn u anke jekk le. L-immigrazzjoni selettiva sa ċertu punt diġà qed issir. Ix-xufiera fit-trasport pubbliku, ħafna minnhom mill-Pakistan, jew inkella l-carers, ħafna minnhom mill-Filippini jew inkella infermieri, jew bennejja kollha ġew jew inġiebu f 'pajjiżna selettivament biex jimlew postijiet tax-xogħol li kien se jkun diffiċli li nimlew minħabba kwistjoni ta' riżorsa u kwalifiċi. Jiġifieri diġà qed ikollna din l-immigrazzjoni "speċjali". Kif se jisfida s-suq ħieles? Il-PN jgħid hekk; "...biex il-ħaddiema barranin jtejbu l-pagi tal-ħaddiema Maltin f 'ekonomija ta' kwalità u mhux iwaqqgħuhom." Interessanti li naraw, hekk kif jgħaddi ż-żmien kif se jwettaq dan il-Partit Nazzjonalista, f 'suq ħieles, jekk ikun elett fil-Gvern. L-għan huwa mill-aktar nobbli ħa nkunu ċari. Imma ejja nagħtu eżempju: Tony, huwa sid ta' kumpanija li tħaddem 10 minn nies. Kull persuna jħallasha €8 fis-siegħa. Wieħed mill-impjegati jirtira u minfloku japplika Tuneżin li lest jirċievi ħlas ta' €6. Is-sid jaċċetta u jħallsu dak l-ammont. Awtomatikament it-total u anke l-medja tal-pagi f 'dik il-kumpanija waqgħet. L-effett l-ieħor jista' jkun ukoll illi jekk dan il-ħaddiem Tuneżin huwa effiċjenti daqs il-Maltin, is-sid mhux se juri ebda ħeġġa biex iżid il-pagi 'l fuq minn dik it-€8. Issa immaġinaw dan jiġri f 'kull kumpanija fil-pajjiż. Naturalment dan se jfisser illi s-saħħa tal-pagi se tonqos u li l-pagi jistabbilizzaw iktar milli jogħlew. Anke jekk allura qed naċċettaw din is-sitwazzjoni u qed naqblu allura li l-effett ta' influss ta' ħaddiema barranin jista' jkollu l-effett ta' stabbilizzar fil-pagi, xorta tibqa' mistoqsija pertinenti dik ta' 'kif?' L-għażliet li diġà hemm fuq il- mejda... imma mill-GWU L-għażliet li għandu l-PN, għalkemm mhux qed jispeċifika fid-dokument, fost oħrajn huma li jagħmel tiegħu proposta tal-General Workers Union illi dejjem ikun hemm ħlas ugwali għal xogħol ugwali, anke fil-każ ta' ħaddiema tal-kuntrattur. B'hekk min iħaddem ikun obbligat li jħallas l-istess paga lil kulħadd u l-kuntrattur iħallas il- pagi tal-post tax-xogħol. Jiġifieri jekk segretarja f 'kumpanija 'X' taqla' €10 fis-siegħa, segretarja f 'dak l-istess post tax-xogħol imma mħaddma bil-kuntrattur trid titħaddem l-istess. Ta' min il-Partit Nazzjonalista jieħu nota tal-istorja li ppubblikajna ġimagħtejn ilu u li fiha żvelajna kif ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, impjegati ma' Signal 8, qed jitħaddmu b'kuntratti xahar b'xahar jew xaharejn b'xaharejn, prattika li jekk ma tridx hija legali. Naturalment dak li qed jgħid il-PN huwa tajjeb, speċjalment meta jsostni li l-ekonomija Maltija m'għandhiex titħaddem biċ-cheap labour. Imma anke hawn il-PN jeħtieġ jibda juri aħjar kif dan se jagħmlu; fi kliem ieħor kif se jogħlew il-pagi ta' dawk kollha li huma; cleaners, ħaddiema tas-sigurtà, carers, bennejja, waiters, ħaddiema f 'lukandi, ħaddiema fil-ħwienet u diversi oħrajn li għandna nifhmu li kienet qed tirreferi għalihom Yana Mintoff, meta semmiet iċ-cheap labour. Kif se jiżdiedu l-pagi, lil hinn mill- ftehim kollettiv li jsir ma' unjin? Kunsilli Lokali; proposti tajbin Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel diversi proposti tajbin fil-qasam tal-Kunsilli Lokali. Filwaqt li jappella biex jsiru aktar 'night' shelters u ċentri ta' matul il-jum, il-partit qed jappella wkoll biex parti mit-taxxi, fosthom liċenzji, VAT u bed tax jibqgħu fil-lokalità. Fil-fatt din il-proposta tagħmel ħafna sens għaliex iż-żieda fit-turiżmu biex nieħdu eżempju, titfa' aktar pressjoni fuq l-infrastruttura tal-lokalità. illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 Nhar il-Ħadd il-Partit Nazzjonalista għalaq Kunsill Ġenerali illi fi h ippreżenta dokument. Delia qal li dan id-dokument huwa l-viżjoni tal-partit li jmexxi. L-ILLUM tat ħarsa lejn dan id-dokument. X'qed jipproponi? Imma jistgħu jitwettqu l-proposti? Fejn għamel proposti tajbin? U fejn kien vag? Delia qal li għandu viżjoni... din tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Adrian Delia ħeġġeġ lin-nies li kienu qed isegwuh biex jaqraw dan id- dokument biex b'hekk jaraw x'inhi l-viżjoni tal-PN l-ispazju qed nanalizzaw din il-parti tad-dokument billi nitfgħuha f 'kuntest u nistaqsu l-mistoqsijiet li tqajjem l-istess viżjoni. Immigrazzjoni; Immigrazzjoni; Immi Tajjeb...imma kif? Huwa ċar illi l-PN immexxi minn Adrian Delia qed jara l-kwistjoni tal-immigrazzjoni bħala tappa kull previżjoni l-kontra. Fil- Ġermanja Merkel jingħad illi tilfet ħafna voti minħabba dak li hemm minn jgħid illi kien 'open door policy' għall-immigranti, filwaqt li t-Taljani tellgħu Gvern fuq l-għajta (li qed jesegwixxi) li jagħlaq il-kosta u ma jħallix iktar immigranti jidħlu fil-pajjiż. Fl-Ungerija l-Prim Ministru Orban qed jitkellem b'qawwa fir-rigward tal-immigrazzjoni, filwaqt li fl-Awstrija l-lemin estrem huwa parti mill-Gvern. Lokalment u f 'żoni partikolari Lokalment u f 'żoni partikolari Lokalment b'mod speċjali, l-indifferenza, antipatija jew f 'każi anke mibgħeda lejn l-immigranti, mhix neċessarjament l-eċċezzjoni u għalkemm m'għandniex studji f 'idejna li jikkonkludi dan huwa fatt innegabbli illi t-tgergir mhuwiex ftit f 'postijiet bħall-Marsa, Ħamrun, Birżebbuġa u Buġibba/ Qawra. Imma jindirizza dan it- tħassib il-PN? l-viżjoni tal-PN ikkumparata mal-viżjoni tal- PM għal pajjiż kożmopolitan? ta' pajjiż kożmopolitan, il- PN qed isejjaħ għal immigrazzjoni "intelliġenti." Id- dokument jgħid li "l-pjan dwar l-immigrazzjoni jrid jitfassal b'għarfien sħiħ tal-effetti kollha, f 'ammonti raġunati li jiflaħ il-pajjiż u f 'tipi li għandna bżonn." Skont fil-Parlament mill- Ministru Evarist Bartolo, f 'Malta hawn kważi 43,000 ħaddiem barrani (nies f 'impjieg legali). Minn dawn, 30,564 huma ħaddiema li ġejjin minn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018