Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 Mill-kaċċatur u l-korruzzjoni sal-barranin 1. Is-sondaġġi ma tantx qed ibassru riżultat sabiħ għall- Partit Nazzjonalista. Jekk il-PN jitlef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew, dan x'se jkun ifisser? Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jaħdem bl-enerġija kollha tiegħu. Li l-PN ikollu tliet siġġijiet fil-Parlament Ewropew ikun ifisser li jkollu aktar influwenza u kuntatti fil-Kumitati Parlamentari. Għalhekk ikun jista' jaħdem fuq firxa akbar ta' kwistjonijiet li huma ta' interess għalina l-Maltin u l-Għawdxin u għal pajjiżna. Dan ikun ta' vantaġġ għal pajjiżna u għall-poplu Malti u Għawdxi, li finalment hi r-raġuni għaliex qegħdin fil-politika. 2. Tidħol għand familja u jgħidulek: "Intom titkellmu biss dwar Panama u xi 17 Black. Vera li jista' jkun hemm il-korruzzjoni, imma wara kollox jiena, familti u n-negozju tagħna sejrin tajjeb. Intom x'differenza tistgħu tagħmlu?" Kif twieġeb? Il-korruzzjoni għandha prezz u titħallas mill-familji u mis-sidien ta' negozji. Din il-ġimgħa ġiet ippubblikata l-investigazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali dwar il-Power Station. L-Awditur Ġenerali reġa' sab sensiela ta' nuqqasijiet u kkonkluda li l-Gvern qed jixtri l-elettriku bl-ogħli. Il-Gvern għamel Power Station, li l-pajjiż ma kellux bżonnha, għaliex seta' jixtri l-elettriku bi prezz orħos mill-interconnector. Il- korruzzjoni qed inħallsuha għaliha b'kontijiet ogħla li nirċievu b'mod regolari. Kien ikun aħjar kieku l-Gvern kompla jinvesti fi skejjel ġodda bi standards għolja. Kien ikun aħjar kieku l-Gvern investa fil- housing soċjali minflok abbanduna r-responsabbilità tiegħu f 'dan il-qasam. Kien ikun aħjar kieku l-Gvern investa aktar fuq inizjattivi favur in-nies. Il-korruzzjoni, irridu jew ma rridux inħallsu għaliha minn butna. 3. Tidħol għand familja Nazzjonalista u jgħidulek li Adrian Delia għadu mhux qed jikkonvinċihom. Jgħidulek li mhux se jivvutaw għax ma jriduhx imur tajjeb. "Jekk nivvutaw lill-kandidati tal-PN, qisna qed nagħtu l-fiduċja lilu." Kif twieġeb? Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien u għadu mużajk ta' nies u ideat li jgħaqqduhom flimkien il-prinċipji u t-twemmin politiku. Din hi d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista: il- PN għandu prinċipji u mhux mibni fuq kult ta' persuna. Adrian Delia, bħall-mexxejja kollha ta' qablu fil-PN b'enerġija u determinazzjoni qed imexxi Partit mibni fuq prinċipji u valuri. Ma poġġiex lilu nnifsu fuq il-Partit. L-istrateġija tal-Partit Laburista hi differenti – kollox iċċentrat fuq il-kult tal-persuna, fuq Muscat. Il- Partit Nazzjonalista la qatt kien u lanqas għandu jkun kopja tal-Partit Laburista. Il-PN jiżbalja jekk jipprova jimita lill-Partit Laburista u lil Muscat. Aħna partit differenti. 4. Tidħol imbagħad għand familja Nazzjonalista u jgħidulek: "Aħna se noqogħdu attenti lil min nivvutaw. Lil min ma għandux fiduċja f 'Delia mhux se nagħtuh vot. Lilek nistgħu nafdawk? Se taħdem miegħu?" X'se tgħidilhom? Il-Partit Laburista għandu skop wieħed: li jipprova jifred il- Partit Nazzjonalista. Irrid jagħmel minn kollox biex idgħajjef lill-Partit Nazzjonalista biex ikun jista' jagħmel aktar li jrid. Għalhekk għandu wkoll spin li jirrepetiha. Kull min hu impenjat fil-Partit Nazzjonalista, għandna obbligu li ma nħallux lill- Gvern ta' Muscat jagħmel dan. Jien ilni attiva fil-Partit Nazzjonalista minn qabel ir-referendum dwar is- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Ħdimt fil-Partit Nazzjonalista meta kien immexxi minn Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi, Simon Busuttil u issa Adrian Delia. Ħdimt ma' erba' mexxejja u dejjem ħdimna sew. Dan hu dmir tiegħi u kif għidlek qabel il- Partit Nazzjonalista qatt ma beda lilu nnifsu fuq kult ta' nies imma fuq prinċipji. 5. Tidħol għand familja l-Marsa u jgħidulek li mxebba' bil-barranin. "X'nivvota nagħmel! Dejjem tgħidu li l-Unjoni Ewropea se tiġġieled l-immigrazzjoni rregolari u qatt ma taqblu fuq xejn." X'se tgħidilhom? Din il-kwistjoni trid tiġi indirizzata f 'żewġ livelli: Ewropew u nazzjonali. Fuq livell Ewropew iridu jissaħħu l-fruntieri u tingħata għajnuna lill- popli li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet biex ma jkollhomx għaliex jaħarbu minn pajjiżhom b'sogru kbir għaliex ħafna jmutu mgħarrqa fil-baħar. L-Unjoni Ewropea trid tindirizza l-problema ta' merċenarji għal flus li jabbużaw min-nies li jaqsmu bejn pajjiż u ieħor. Il-Parlament Ewropew qed jaħdem f 'din id-direzzjoni. Fuq livell nazzjonali l-Gvern Malti jrid jindirizza għaliex qed tiżdied din it-tensjoni. Meta kien hawn aktar immigranti, it-tensjoni kienet anqas. X'ġara? Il-Gvern ta' Muscat biex jiġġustifika l-idea tal- 'pushbacks' li kien ħareġ biha ftit wara li tela' fil- Gvern, abbanduna dak li kien isir qabel. Ried jagħti raġuni lilu nnifsu billi jmur għall-estremi. 6. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidulek li ma jridux jafu bil- Partit Nazzjonalista għax "daħak bihom." "L-Ewropa x'nambuha! Dejjem jattakawna lilna." Kif se tikkonvinċihom jivvutawlek? Il-pożizzjoni tal-Gvern Nazzjonalista waqt in- negozjati kienet ċara. Il-Gvern Laburista ħa pożizzjoni ta' sfida u meta tisfida tiżbalja. Dan ma japplikax biss għall-kaċċa u l-insib imma japplika għal kollox. 7. Tidħol għand familja u jgħidulek: "Ma nifilħux aktar storbju! Dejjem xi trakk jew xi krejn minn kmieni filgħodu. Imma mur ara intom tal-Partit Nazzjonalista. Mhux ukoll l-iżviluppaturi l-ewwel?" Kif twieġeb? Il-Partit Nazzjonalista jemmen f 'ekonomija għan- nies u mhux in-nies għall- ekonomija. Immodernizzar u żvilupp bħal-lukandi, uffiċċji għas-servizzi finanzjarj u fabbriki li huma importanti għall-impjiegi ġodda. Il-PN fil-Gvern għamel dan biex kabbar l-ekonomija u mill-ġid li ġie ġġenerat investa fl- edukazzjoni, fis-saħħa, fl-anzjani u f 'oqsma oħra għan-nies. L-iżball li qed jagħmel dan il-Gvern hu li jqis l-ekonomija bħala l-'end result' u sors biex tiffinanzja l-korruzzjoni. Fl-aħħar snin kibret l-ekonomija imma l-Gvern ma investiex kemm kellu jinvesti f 'oqsma essenzjali, anzi f 'uħud minnhom bħal 'housing' ma għamel xejn. Il-Gvern ossessjonat li l-bini f 'pajjiżna jkun għoli u allura qed iżid aktar id- densità u joħloq problemi ta' spazju, problemi fuq l-infrastruttura u s-servizzi u problema ta' traffiku. Anki l-mod kif qed iwessa' t-toroq hu żbaljat għaliex minn triq wiesgħa terġa' ssib ruħek fi triq idjaq u allura kulma qed jagħmel hu li jipposponi l-problema flok isib soluzzjonijiet alternattivi ta' trasport. Il-Gvern mhux jindirizza dawn l-issues importanti. Qed jeqred saħansitra l-biedja u r-raba' li għandna għaliex għalih l-iżvilupp hu aktar importanti minn kull kunsiderazzjoni oħra. U meta qed jeqred il-biedja qed jipperikola l-għixien tal-bdiewa u l-prodotti Maltin li aħna l-konsumaturi nixtru. Il-Partit Nazzjonalista jemmen f 'politika ta' moderazzjoni u bilanċ. Għalina t-tiġdid hu importanti biex mill- ġid ekonomiku titwettaq politika ta' ġustizzja soċjali. Il-bini jew l-immodernizzar irid iħares l-ambjent u jtejjeb l-ambjent soċjali ta' pajjiżna. 8. Tħabbat, tiftaħlek mara u tgħidlek: "Skużi mhux interressata f 'dawn l-elezzjonijet. X'differenza tistgħu tagħmlu mill- Parlament Ewropew?" Kif se tikkonvinċiha tivvota? Fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew se nkunu qed nivvutaw fuq kwistjonijiet li jagħmlu differenza għan-nies, għaliex fil-Parlament Ewropew niddiskutu u niddeċiedu fost l-oħrajn fuq kif l-aħjar jiġu investiti l-fondi Ewropej fl- edukazzjoni, fix-xogħol, fis-saħħa; niddeċiedu kif jitnaqqsu l-ispejjeż għal min hu fin-negozju u biex jiġi ffaċilitat aktar il-kummerċ; niddeċiedu fuq l-inizjattivi ambjentali biex in-nies ikunu aktar b'saħħithom. Fil-Parlament Ewropew niddiskutu u niddeċiedu fuq kwistonijiet li jolqtu lilek fil- ħajja ta' kuljum. Fuq dan se nkunu qed nivvutaw f 'Mejju li ġej. 9. Tidħol għand familja LGBTIQ li għadhom irrabbjati għall- pożizzjonijiet li ħa l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin. Juruk tarbija u jgħidulek: "Din it-tarbija frott l-IVF li l-PN ivvota kontriha." Kif se tikkonvinċihom li għamel tajjeb? Il-Partit Nazzjonalista għamel ħafna bidliet meta kien fil-Gvern. Biddilna pajjiż u biddila s-soċjetà. Il-Partit Nazzjonalista m'għandux jibża' mill-bidliet. Dan jitlob mod ta' ħsieb differenti. Ir-relazzjonijiet bejn in-nies huma differenti milli kienu ftit tas-snin ilu u għalhekk il-politika tal-PN trid tirrifletti dan it-tibdil soċjali wkoll. Aħna l-Partit li ġibna l-bidliet u rridu nifhmu aktar il-bidliet biex inkomplu nwettqu aktar tibdil. Aħna ngħożżu lil kull tarbija, lil kull persuna. Fil- fatt kien il-PN fil-Gvern li daħħal l-liġi tal-IVF. Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM tkompli bil- mistoqsijiet lill-kandidati għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Iwieġbu l-MEP tal-Partit Nazzjoalista Roberta Metsola u l-eks Deputat Laburista Joe Sammut Roberta Metsola Partit Nazzjonalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018