Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 "ILGVERN qed jisraq lill-poplu mill-power station il-ġdida u mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-Ministru Konrad Mizzi qed jiftaħar li din is-serqa hija 'best practice' u allura qed jagħtina garanzija li se jibqa' jisraqna bl-istess mod fil-kuntratti. Dan meta l-ħaddiema qed jieħdu biss €2.33 fil-ġimgħa." HEKK sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-għeluq tal- konferenza 'l-Valur tal-Paga Tiegħek' organizzata mis- Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN). Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ammetta li qed ninsterqu €200 miljun kull sentejn. Huwa qal li b'dawn il-flus li, skontu, qegħdin jinsterqu "konna ngħinu lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, nagħtu appoġġ lill- ħaddiema żgħażagħ li mhux qed ilaħħqu mal-kirjiet għoljin, konna nagħtu saqaf fuq rashom lit-3,200 li qed jistennew housing soċjali u noħorġu lis- 70,000 persuna mill- faqar finanzjarju." Delia qal li fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista hemm in- nies u l-ħaddiema huma priorità. dan mhux kejl li juri jekk in-nies hux qed jgħixu aħjar. Delia qal li jeħtieġ li jkollna pjan fit-tul "jekk il-Gvern se jibqa' jġib 15,000 ħaddiem barrani kull sena. Dan għaliex din iż-żieda fin- numru tal-ħaddiema barranin qed twassal biex iċ-cheap labour jerġa' jgħolli rasu, fejn il-pagi qed jibqgħu baxxi, l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- ħaddiema jitnaqqru u ma jiżdiedux kif jixraq u fejn il-unjins li jirrappreżentawhom jispiċċaw jiddgħajfu meta jirrappreżentaw u jinnegozjaw f 'isem il- ħaddiema. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-faqar finanzjarju żdied b'10,000 f 'ħames snin u ħafna ħaddiema u l-familji tagħhom mhux qed ilħaqqu sal- aħħar tax-xahar. "Dan meta l-akbar żidiet kien fuq il- prodotti tal-ikel u allura dawk li għandhom l-inqas paga qed ibatu biex jixtru ikel bnin u biex jixtru l-aktar prodotti essenzjali." Adrian Delia qal li quddiem dan kollu l-Gvern jibqa' sieket u jgħid li dawn il- problemi li ħoloq hu stess ma jeżistux. 'Bil-flus li qed jisraq il-Gvern konna nagħtu saqaf lil 3,200 persuna' TIME TO DET X! HAZARDOUS WASTE PREVENTION T HANK YOU FOR YOUR PART ICIPAT ION! 135 ACT IONS ACROSS MALTA INVOLV ING 67 ENT IT IES! EUROPEAN WEEK FOR WAST E REDUCT ION 2018

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018