Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

R apport li ħareġ ilbieraħ ġimgħa jagħti ħarsa estensiva lejn is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna u jaffirma l-pożizzjoni ta' Malta b'A+ bi prospetti stabbli, rapport maħruġ mill-aġenzija rinomata Ġermaniża Creditreform. Din ir-rata pożittiva tirrefletti l-espansjoni qawwija ekonomika ta' pajjiżna, li f 'dawn l-aħħar ħames snin kienet tiżboq it- tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea b'marġini wiesgħa. Din hija riflessa fid-dħul ras imb ras tal-poplu u wkoll fis-sitwazzjoni pożittiva ferm f 'dawk li huma impjiegi. Ir-rapport jidħol fid-dettall dwar kull settur ekonomiku u finanzjarju tal- pajjiż u jagħti ċertifikat mill- aqwa lill-ħidma tal-Gvern. Fost affarijiet oħra r-rapport isemmi miżuri pożittivi li daħħal il-Gvern li għenu biex Malta jkollha dan l-aspett pożittiv, fosthom, ir-rata tal- qgħad baxxa allura l-ħolqien tal-impjiegi, u wkoll jinnota r-riformi tac-child care u fil- pensjonijiet u jgħid li dawn qed juru sew li taw ir-riżultati. Kif qal il-kollega tiegħi Edward Scicluna, din hija aġenzija oħra Ewropea li qed tagħti r-rata ta' 'A+' lis-suċċess fit-twettiq tar- road map ta' dan il-Gvern. B'wiċċi minn quddiem ngħid li dan is-suċċess li qed naraw huwa riżultat tas-snin li ilna fil-Gvern b'road map studjata u li permezz tagħha bdejna mall-ewwel bil-ħidma tagħna biex verament pajjiżna jkun 'il quddiem fid-diversi setturi tiegħu. Bil-viżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat fl- oqsma kollha li jagħmluna pajjiż, li jagħmluna soċjetà, qed naraw lil Malta u Għawdex mexjin fid-direzzjoni ta' pajjiż fuq saqajh, pajjiż san, pajjiż li saħansitra qed ikollu riżultati li ma jħammrulniex wiċċna meta mqabbla ma' pajjiżi akbar fl-Unjoni. Anzi. Qed naraw lil pajjiżna saħansitra jitla' fl- iskaluni u jkollu riżultati aħjar minn pajjiżi oħra tal-Unjoni. Il-viżjoni u l-għajta li rridu lil pajjiżna jkun l-aqwa fl-Ewropa! Dan is-suċċess qed narawh f 'kull qasam. Kull settur f 'pajjiżna mexa passi kbar 'il quddiem u dan qed jagħti mhux biss ir-riżultati msemmija, imma dak li qed niksbu qed niksbuh għall-ġid komuni, għall-ġid tal-poplu kollu kemm hu. Ma nistax nifhem lil dawk li Ħadd wara Ħadd issibhom jistaqsu fejn qiegħed il-ġid, u jistaqsu dwar min qed igawdi mill-ġid maħluq. Rapporti bħal dawn huma ċari dwar dan. Rapporti bħal dawn ixejnu kompletament il-kritika bla bażi u distruttiva li nisimgħu dwar il-ġid komuni u fejn qed imur. Nieħu gost nara wkoll is-setturi li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi, u għalhekk ninsab responsabbli għat-tmexxija tagħhom flimkien mat-tim maqgħud li għandi, li qed jagħtu wkoll it-timbru tagħhom għal din is-sitwazzjoni li għandna quddiemna bħala pajjiż – sitwazzjoni li permezz tagħha l-poplu għandu rasu serħana għall-futur tiegħu u ta' wliedu. Fil-qasam tal-ġustizzja għamilna passi kbar. Illum dan is-settur jinsab ħafna aħjar minn kif sibtu. Mhux se noqgħod nelenka l-kisbiet li saru. Min verament janalizza s-sitwazzjoni f 'dan il-qasam b'mod kostruttiv, jaf x'qed ngħid. Sodisfatt? Għamilna passi kbar 'il quddiem u fadlilna x'nagħmlu. Imma li huwa żgur huwa, li l-kmiem jinsabu mxammrin u qed naħdmu. U din il-ħidma tidher ukoll. Ħa nagħti eżempju wieħed biss. Ir-rapport ippubblikat iħares, kif għidt, lejn diversi oqsma. Iħares lejn il-ġustizzja. U jfaħħar ir-riformi li għamilna f 'dan is-settur. Hemm riformi li għamilna li ta' qabilna raqdu fuqhom. Hemm riformi li daħlu u għamlu differenza, oħrajn qed isir aktar xogħol fuqhom. Insemmi biss li filwaqt li fl-2010 każ il-Qorti kien qed idum 866 ġurnata biex jinqata', dan diġà tnaqqas għal 446 jum, grazzi għar-riformi li għamel il-Gvern. U se nkomplu naħdmu biex naraw aktar riżultati. Fil-qasam tal-Kultura għamilna wkoll kisbiet kbar. Ħloqna atmosfera li permezz tagħha l-artist qed inħalluh jesprimi ruħu b'liema mezz ta' arti tinsab l-aktar għal qalbu. L-artist – u l-ġurnalist – qed inħalluh liberu bil-mod kif jesprimi ruħu. Komplejna niftħu t-toroq biex l-artist ma jibqax marbut mal-konfini ta' pajjiżna, imma jista' jimraħ 'il barra minn xtutna u juri dak li jaf il-Malti quddem udjenza barranija. L-artist jista' jesprimi ruħu mal- kollegi tiegħu l-artisti barranin, kemm f 'pajjiżna u wkoll lil hinn minnu. Imma fuq kollox fil-qasam tal-kultura qed naraw, illum il-ġurnata, parteċipazzjoni aktar wiesgħa kemm mill-artist, imma fuq kollox mill-udjenza. Udjenza li qed tikber ukoll – u ta' dan inħossni sodisfatt ferm – fiż-żjarat li jsiru fil-mużewijiet u siti tagħna. Sa Settembu kellna rekord ieħor ta' viżitaturi li daħlu bi ħlas f 'dawn is-siti – bi ħlas. U fuq kollox din mistennija tikber. Fil-jiem li għaddew rajna l-Kummissarju Ewropew għall- Edukazzjoni u Kultura Tibor Navrascics ifaħħar l-inizjattiva li ħadna li l-istudenti jdaħħlu magħhom żewġ adulti – kollha mingħajr ħlas – għal żjarat fil- mużewijiet u siti storiċi. Rajnieh ukoll ifaħħar il-mod kif il-Berġa tal-Italja – b'investiment, restawr u viżjoni – ġibniha mużew li għandu kollezzjoni tal-arti li permezz tat-teknoloġija tal-lum, addattajnieh ukoll għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar tagħna. Mużew li diġà qed ikun ikkwotat f 'rivisti influwenti barranin. Dawn huma l-kisbiet li qed isiru. F'kull settur. Mhux ta' b'xejn li qed ikollna r-riżultati li qed ikollna. Mhux ta' b'xejn li qed ningħataw rati ta' 'A+'! Baqa' xi jsir. Imma determinati li dak li hemm bżonn biex pajjiżna jkun fuq quddiem fis-servizzi, fl-oqsma – anki dawk innovattivi u ġodda – meta jkun imqabbel ma' pajjiżi oħra bil-wisq akbar minna – nagħmluh. Imma fuq kollox kburin li flimkien qed naħdmu għas-serħan tal-moħħ tal-poplu – u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna. illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 16 Opinjoni N har il-Ġimgħa delegazzjoni ta' Alternattiva Demokratika ltaqgħet ma' Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, biex miegħu niddiskutu l-White Paper ippubblikata mill-Gvern dwar ir-riforma tal- kunsilli lokali. Waqt id-diskussjoni għaddejna lil Silvio Parnis l-ideat tagħna dwar din il- White Paper. Għamilna tmien proposti b'dik ewlenija tiffoka dwar il-ħtieġa li jkun aċċettat u implimentat il-prinċipju tas- sussidjarjetà. Il-prinċipju tas- sussidjarjetà jeħtieġ li jifforma parti mill-kostituzzjoni biex iservi ta' linja gwida għall- amminstrazzjoni pubblika tal- pajjiż u allura jħares b'qawwa l-ħidma tal-Gvern lokali u reġjonali. It-trattati Ewropej diġà għamlu dan il-pass meta addottaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala prinċipju bażiku li jirregola r-relazzjonijiet kumplessi bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà hu l-iktar żviluppat fl-istati hekk imsejħa Ġermaniċi tal- Ewropa u ċioè l-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera, liema pajjiżi għandhom qafas ta' Gvern lokali u reġjonali b'saħħtu u bħala riżultat ta' dan ir-responsabbiltajiet u l-poteri huma mifruxa. L-amministrazzjoni pubblika teħtieġ li tkun l-iktar viċin possibli taċ- ċittadin: min jamministra u jiddeċiedi għandu jkun l-iktar qrib possibli ta' min hu effettwat mid-deċiżjonijiet. L-eċċezzjonijiet għandhom ikunu rari u altru milli ġustifikati. Jacques Delors, li kien President tal- Kummissjoni Ewropea, hu kkwota li qal li: is-sussidjarjetà ma tillimitax biss l-intervent tal-ogħla awtorità f 'dak li kull persuna jew komunità tista' tiddeċiedi hi nnifisha, imma hi wkoll dover ta' din l-istess awtorità biex taġixxi b'mod li lil din il-persuna jew komunità tgħinhom biex iwettqu l-ħolm tagħhom." Dan jitfa' dawl fuq żewġ aspetti tas-sussidjarjetà. L-ewwel li ħlief f 'każijiet eċċezzjonali l-ogħla awtorità ma jindaħalx fejn ma jesgħahiex fil-ħidma ta' awtoritajiet oħra taħtha. It-tieni: l-obbligu li tgħin biex tinkoraġixxi l-kisba tal- awtonomija. Alternattiva Demokratika qed tipproponi li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun aċċettat bħala prinċipju kostituzzjonali li jagħti gwida lill-amministrazzjoni pubblika u dan bħala l-ewwel pass għat- twettiq ta' proposta radikali oħra: id-diċentralizzazzjoni tal-ħidma operattiva tal- amministrazzjoni pubblika lill- awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-Gvern iżomm f 'idejh il-funzjonijiet regolatorji. Dan jista' faċilment jitwettaq fuq il-mudell ta' Għawdex bid- differenza li jitmexxew minn politiku reġjonali flok minn politiku nazzjonali. Id-dokument bil-proposti ppubblikat minn Alternattiva Demokratika jittratta diversi temi oħrajn bħalissa ċentrali fid-dibattitu dwar ir-riforma proposta tal-Gvern lokali u reġjonali. Is-servizz ta' kull kunsillier lokali għandu jkun apprezzat, mhux biss is-servizz li jagħti s-Sindku! Il-proposta li l-uffiċċju tas-Sindku jkun wieħed full-time ma hemmx ħtieġa tagħha. Hemm diversi raġunijiet għal dan. Bħala riżultat ta' din il-proposta dawk kollha li ma jistgħux jieqfu mill-impieg normali tagħhom ikunu esklużi milli joffru s-servizz tagħhom fil-kariga ta' Sindku. Dan billi tali proposta teffettwa b'mod qawwi l-possibilità li huma jirrintegraw ruħhom fl-impieg meta jintemmilhom il-perjodu tal-ħatra tagħhom. Bla dubju jinħolqu wkoll kunflitti bla bżonn mas-Segretarju Eżekuttiv li l-liġi llum tikkunsidrah bħala l-uffiċjal amministrattiv ewlieni tal- kunsill lokali. Flok ma tiffoka fuq is- Sindku r-riforma għandha tinkoraġixxi iktar il-ħidma kolleġjali fil-lokalitajiet tagħna b'mod li twassal għal sehem iktar attiv ta' kull kunsillier fit-tmexxija tal-lokalitajiet. Il-proposta li qed jagħmel il-Gvern li kull kunsillier jingħata responsabbiltajiet hi tajba. Saret diġà minn Alternattiva Demokratika fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-kunsilli lokali li saret fl-2008. Waħedha imma mhix biżżejjed. Trid tkun segwita minn pass ieħor: li kull kunsillier jingħata onorarju raġjonevoli. Din m'għandhiex tkun materja riżervata għas- Sindku. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu japplika wkoll biex materji ambjentali jkunu regolati minn dawk li l-iktar jeffettwawhom mill-viċin. Li jkunu involuti sewwa l-kunsilli lokali u reġjonali f 'dawn id- deċiżjonijiet għandu jwassal għal deċiżjonijiet aħjar minn dawk li għandna llum. Imma dwar dan, darb'oħra. Il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-Gvern lokali u reġjonali issa ġiet fit-tmiem. Nistennew il- pożizzjoni li ser jieħu l-Gvern dwar in-numru mhux żgħir ta' proposti li saru. Nittama li jittieħdu bis-serjetà. Is-sussidjarjetà fil-Kostituzzjoni CARMEL CACOPARDO OWEN BONNICI carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com EkonomijA+

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018